Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 | illum Allura int taqbel li tim tal-Premier jista' jilgħab sa 11-il barrani? Ma naqbel assolutament xejn. Tant ma naqbilx li għall-ġid tal-futbol Malti aħjar li jnaqqsu n-numru ta' barranin minn sebgħa għal ħamsa. Għandna nippruvaw dejjem aktar lill-Maltin għax wara kollox anke t-tim nazzjonali jibbenefika. Taqbel miegħi li r-ritorn ta' Luke Montebello jista' jitqies bħala akkwist ġdid għall-klabb? Iva, naqbel miegħek li nqisu r-ritorn ta' Luke Montebello bħala akkwist. Jien tajtu n-numru 9, li għall-Istripes huwa numru ċelebri minħabba li qablu libsu plejers leġġendarju bħal Michael Galea. Fl-istess ħin ċedejtu lil Llewelyn Cremona b'self. Iva, kellna nagħmlu din il-mossa sabiex naraw li Llewelyn ikollu ċ-ċans jilgħab iktar minħabba li għandna għażla kbira f 'nofs il-grawnd. Plejers bħal Matthew Guillaumier u Jake Grech flimkien ma' MislavAndelkovic jiffurmaw nukleu tajjeb f 'nofs il- grawnd. U x'ġara eżatt ma' Paul Fenech? Filli għamiltu festa kbira filli telaq? Nemmen li Paul Fenech huwa plejers kbir iżda fir-ritorn lura magħna rajt li ma tantx qabad art magħna. Ma nafx x'inhi r-raġuni. Fil-jiem li għaddew ġew Ħal Balzan għalih u kien hemm anke Floriana iżda hu reġa' għażel li jmur ma' Balzan. B'hekk kien hemm iċ-ċans li nġibu plejer aktar żagħżugħ u għażilna lil Johann Bezzina. Taqbel mal-idea tal-14-il tim fil- kampjonat Premier? Le assolutament ma naqbilx. Għall- ġid tal-futbol Malti jkun aħjar li kieku l-kampjonat Premier isir bi tmien timijiet. Huwa veru li kien hemm riżultati li juru li hemm ċertu livell bħat-telfa li sofrejna kontra St Andrews jew meta Pietà kienu qegħdin jirbħulna f 'logħba partikolari. Huwa veru wkoll li ħadd ma ġera b'ħadd. Iżda biex niġbdu n-nies lejn il-grawnd irridu naraw aktar futbol ta' livell. Taħseb li l-plejers barranin li għandna huma inferjuri? Ifhem hemm taħlita. Jekk nitkellem fuq il-livell tal-plejers barranin li kellna jekk taqta' lil Andelkovic u Naumowski, ma tantx kellna tajbin. Neħħejna xi barranin li kellna għax ma rajthomx li kellhom xi livell partikolari. Jien nemmen li aħjar ikollok ħames barranin ta' livell milli jkollok ruxxmata u jkunu ta' inferjuri. Aħjar tħallas iktar u jkunu sura ta' nies. U John Arne Riise jaqbel mat-teorija tiegħek? Iva jaqbel magħha minħabba li ħafna barranin f 'tim tal-futbol joħnoq il-plejers Maltin. Anzi hu ssuġġerili li nkunu biss tliet barranin. Xewqa oħra li għandi hu li nibdew nitħarrġu filgħodu wkoll bil-Maltin b'kollox. Inħoss li dan kollu jista' jseħħ bil-mod il-mod. Xi tgħidli dwar Michael Mifsud li huwa kkunsidrat bħala ikona tal- futbol Malti? Dan huwa plejer li xtaqtuakkost ta' kollox. Webbistrasi u ġibtu lejn Birkirkara FC. Għalkemm għandu 37 sena huwa plejer validu ħafna. Meta tarah jitrenja taħseb li qed tara plejer ta' 20 sena. Għad għandu dik il-ġirja tipika tiegħu u fl-opinjoni tiegħi għad fadallu x'joffri lill-futbol Malti. Narak ukoll li ssegwi lit-tim tan-nisa ta' Birkirkara. Xi tgħidli fuq dan it- tim? Dan huwa tim b'qalb kbira. Dawn jilagħbu mingħajr lanqas biss jitħallsu. Jien ħadt ħsieb li nagħmilhom l-assigurazzjoni għax napprezza dak li jagħmlu għall-klabb. Għandna grupp b'saħħtu ħafna bi plejers ta' esperjenza mħallta ma' oħrajn żgħażagħ. Hemm Ayrton Galea li jaħdem bla heda ma' dan it-tim. Konna wkoll l-ewwel tim Malti li ġibna l-punti fil-grupp taċ- ChampionsLeague tan-nisa. Nista' ngħidlek li ninsab kburi bihom. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lill-partitarji ta' Birkirkara. Ix-xewqa tiegħi hi li jkollna l-enclosure mimlija bil-partitarji ta' Birkirkara. Meta niftakar fil-mumenti tal-glorja li konna għaddejjin minnhom u nara l-grawnd ippakkjat kien jaqbadni l-bard. Madankollu nħeġġiġhom biex ma jaqtgħux qalbhom. Aħna mhux ser naqtgħu qalbna. Għandna bżonn lill-partitarji tagħna għax ġejjin logħbiet iebsin fit- tieni rawnd tal-kampjonat Premier. jista' jinsa li xi darba għad ikun kowċ ta' Birkirkara' Huwa l-president ta' Birkirkara FC li tant jaħdem għall-akbar ġid ta' dan il-klabb. Qabel beda jokkupa din il-kariga kien viċi- president jgħin lil Dr Adrian Delia li dak iż- żmien kien president ta' Birkirkara FC. Kien il-moħħ ewlieni biex John Arne Riise ġie ngaġġat bħala Direttur Tekniku ta' Birkirkara FC. FRANK ZARB

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19