Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat DUANE Bonnici - plejer ta' talent u ta' karattru li fil-jiem li għaddew għadu kemm ingħaqad ma' Mosta mingħand il- ġirien Naxxar Lions. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Bdejt nilgħab il-futbol sa minn meta kelli erba' snin. Niftakar meta kont żgħir dejjem inġorr xi ballun miegħi u kont immur nara lil missieri u lil ħija jilagħbu. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma' Mosta? Qed inħares lejha bħala opportunità ġdida biex nilgħab fil-Premier u nuri l-kapaċitajiet tiegħi. X'taħseb dwar dak kollu li urejtu matul dan l-istaġun s'issa bħala Naxxar Lions li llum huwa l-eks tim tiegħek? Matul dan l-istaġun bħala Naxxar Lions ma tantx bdejna fuq nota tajba minħabba problemi tal- klabb però bit-tim qalbieni li kellna għamilna li stajna u kellna ħafna logħob pożittivi u ġbarna l-punti ma' timijiet li kienu aħjar minnha. Taqbel mal-format ta' 14- il tim fil-Premier? Personalment ma naqbilx għax il-livell li hawn Malta nemmen li b'għaxar timijiet, il-Kampjonat ikun iktar kompetittiv u ħadd ma jkun f 'żona komda minn kmieni fl-istaġun. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Id-differenza li għalija hemm hija l-professjonalità bejn il- klabb u l-finanzi għax jekk kull plejer jagħti l-100% tiegħu, jista' jilgħab ma' kulħadd. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat Premier? Il-grawnds tjiebu ħafna fejn li kienu speċjalment is-Centenary Stadium u l-Istadium Nazzjonali. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa? Ir-referis huma dixxiplinati ħafna. Xi kultant ikun hemm mumenti li ma naqbilx magħhom però l- logħba hija kkontrollata minnhom. Huma jafu biżżejjed ir-regoli tal- logħba. Jistgħu jkunu żbaljati imma fl-aħħar mill-aħħar kulħadd uman. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Sagrifiċċji jrid ikun hemm ħafna aktar milli kulħadd jaħseb biex joqgħod attent x'jiekol u x'jixrob, titħarreġ kuljum jekk jista' jkun ikollok double session darbtejn fil- ġimgħa u ħafna aktar. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal- futbol? Dak jiġi parti mis- sagrifiċċju tal-plejer. Ikun hemm ċerti ġranet li jkollok tieħu l-leave minħabba xi logħba jew xi training session filgħodu. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill- kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Dik hija waħda mix- xewqat tiegħi li mhu ħa naqta' qalbi qatt u nibqa' naħdem u nagħti l-100% tiegħi imma fl-aħħar mill- aħħar huwa l-kowċ u li jaf x'inhu l-aħjar għat-tim nazzjonali Malti. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Ix-xewqa tiegħi hi li xi darba nkun plejer professjonali u nilgħab barra minn Malta u nirrapreżenta t-tim nazzjonali. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Jien ngħidilhom li biex tilħaq livell professjonali trid tistinka u taħdem ħafna. Xejn mhu impossibbli fil-ħajja. Jekk dejjem tħares 'il quddiem u tagħmel is-sagrifiċċji tasal fejn tkun tixtieq u l-ħolma ssir realtà. 'Qed inħares lejn l-esperjenza ġdida ma' Mosta bħala opportunità ġdida biex nilgħab l-Premier u nuri l-kapaċitajiet tiegħi' - Duane Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19