Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 | illum Izibet u Juventus Club Vero Amore ji r- maw ftehim ta' sponsorizzazzjoni minn Cristian Antony Muscat JUVENTUS Club Vero Amore bi pjaċir ħabbar li ffirma ftehim ta' sponsorizzazzjoni mal- IZIBET, l-aktar isem popolari fis-suq tal- isports betting f 'Malta. B'dan il-ftehim, l-IZIBET se tkun l-isponsor uffiċjali tal-akbar klabb internażżjonali ta' sapporters tal-Juventus fid-dinja. Dan il-ftehim se jorbot lill-IZIBET u Juventus Club Vero Amore għal tliett snin. L-isponsorizzazzjoni se tipprovdi numru ta' benefiċċji lill-klabb u aktar minn hekk għall-membri fi ħdan il-klabb. Wieħed mill- isbaħ benefiċċji se tkun lotterja annwali li fiha l-membri tal-klabb se jkunu jistgħu jirbħu vjaġġ 'all-inclusive' għal waħda mil-logħbiet tal-Juventus ġewwa Turin. Franco Degabriele – Business Development Director tal-IZIBET, irringrazzja lill-Juventus Club Vero Amore għall-ħidma kontinwa li jipprovdu lill- membri tagħhom, u fuq kollox tax-xogħol siewi li jagħmlu għall-partitarji tal-Juventus ġewwa Malta, billi jipprovdu 'link' dirett ma' wieħed mill- klabbs tal-futbol l-aktar prestiġjuż fid-dinja. "Aħna nifmhu li l-Juventus Club Vero Amore huwa wieħed mill-aktar klabbs importanti tas-sapporters tal-Juventus fid-dinja. Il-passjoni u d-dedikazzjoni tal- membri u l-istil ta' gwida fil-klabb huwa sinonimu mal-istil tal-Juventus. Għaldaqstant kburin li l-IZIBET se tkun qiegħda tassoċja ruħha ma' isem li ilu jiddomina l-Kampjonat Taljan għal dawn l-aħħar seba' snin, u nisperaw li jkollu sena rekord fl-2019. "L-isponsorizzazzjoni mal-Juventus Club Vero Amore hija parti integrali mill-istrateġija tal-kumpanija li biha l-IZIBET jersaq aktar dejjem viċin mal-partitarji vera tal-futbol," sostna s-sur Degabriele. Is-sur Joseph Fenech, President tal-Juventus Club Vero Amore esprima s-sodisfazzjon ta' dan il-ftehim mal-IZIBET, "Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li l-lista ta' sponsors tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) rat mil-lum iż- żieda ta' isem illustri. Fil-fatt Izibet għażlu li jissapportjaw l-inizjattivi tal-Club tagħna u se jkunu qed jagħtu l-appoġġ finanzjarju tagħhom lill- Klabb fix-xhur li ġejjin. Ninsabu ferm onorati li kumpanija kbira bħal Izibet għażlet li torbot isimha mal-Klabb tagħna. Bħal dejjem il-Kumitat mhu se jieqaf qatt sabiex jattira aktar sponsors lejn il-Klabb sabiex hekk inkunu nistgħu nikbru u noffru servizz dejjem aqwa lilkom il-membri. Fl-istess ħin il-fatt li kumpanija tal-kalibru ta' Izibet qed tkun sponsor tal-Klabb tagħna, turi biċ-ċar li l-ħidma li qed inwettqu hi tassew waħda ta' kwalità u li ssib l-apprezzament ta' kulħadd. Edin Dzeko jilqa' delegazzjoni ta' Roma Club Malta ġewwa Trigoria minn Cristian Antony Muscat LATTAKKANT prolifiku Edin Dzeko rċieva l-Premio Roma Club Malta bħala l-aħjar plejer Romanista għall- istaġun 2017-2018, ivvutat mill-membri tal-klabb. Il-president tal-klabb, Ray Sant awgura lill- bomber giallorosso biex jirrepeti l-istess prestazzjonijiet tas-sena l-oħra u bil-gowls tiegħu din id-darba isarrfu fil-finali taċ-Champions League. Dzeko bi tbissima qallu li jispera li jseħħ hekk. Huwa ħa gost ħafna b'dan il-premju f 'mument xejn feliċi għalih, peressli jinsab imweġġa'. Fost id-delegazzjoni Maltija kien hemm preżenti, l-attakkant promettenti ta' Birzebbugia St.Peter's Andrea Sant, li huwa t-tifel ta' Ray Sant. Andrea jqis lil Dzeko bħala r-role model tiegħu. L-attakkant Bożnijaku bi tbissima fuq fommu awguralu li meta jirtira jeħodlu postu fit- tim ta' Roma.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19