Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt BĦALISSA għajnejn dawk li jsegwu x-xena politika lokali hija fuq il-Partit Nazzjonalista u l-ġlied intern li għaddej fl-istess partit. Stejjer ta' intriċċi u ġlied intern, stejjer ta' tradiment u attentati biex jitneħħa l-kap jew jinqasam il-partit. Imma forsi fil-vena tal-preżent ħafna jinsew illi dak li qed jiġri fil-PN illum ġara matul is-snin fl-istess Partit Nazzjonalista u ġara wkoll fil-Partit Laburista, bl-istess intensità, korla u drammatiċità. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aktar mumenti politikament storiċi illi matulhom kien hemm ċaqlieq seżmiku fil-partiti. Il-mumenti meta kien hemm sfida diretta fil-konfront ta' Kap ta' partit minn grupp ta' nies jew individwi fl-istess grupp li jmexxi. Illum, fl-ewwel parti tal-ħarsa lura se nfakkru fil-waqa' tal- Gvern Laburista fl-1998 wara li l-eks PM Laburista u 'salvatur' għal ħafna Laburisti Dom Mintoff ħadha kontra l-eks PM Laburisa Alfred Sant. Se nagħtu ħarsa wkoll lejn kif Ġorġ Borg Olivier kellu ribelljoni u tneħħa "bil-pulit" minn Kap tal-Partit Nazzjonalista biex minfloku kien elett Eddie Fenech Adami. L-1998 - Gvern Laburista ġdid jitwaqqa' mis-salvatur tal- Laburisti Is-sajf tal-1998 kien wieħed jaħraq. Sajf illi matulu l-Gvern li kien imexxi Alfred Sant iffaċja waħda mill-agħar kriżijiet interni li qatt għadda minnu l-Partit Laburista fl-aħħar 20 sena. Sant kien beda numru ta' proġetti biex tkun riġenerata l-Kottonera u fost dawn il-proġetti kien hemm dak tal-Waterfront tal-Birgu, il-moll tal-Birgu. Kien dan li prima facie waqqa' lill-Gvern hekk kif Mintoff m'aċċettax li l-art pubblika tingħata lill-privat bħala parti minn dan il-proġett. Imma din kienet biss parti żgħira tal-kwistjoni kollha li tmur lura għall-1996 meta dakinhar Mintoff kien ħareġ bħala kandidat fuq it-Tieni Distrett li jinkorpora l-Kottonera u kien qal illi għamel dan b'numru ta' kundizzjonijiet. Mintoff kien sinonimu mal-Kottonera hekk kif kien ukoll popolari f 'dan id-distrett illi fih twieled, ħadem u llum huwa mfakkar permezz ta' monument fi Pjazza Paolino Vassallo, Bormla. Imma fid-disgħinijiet dan il-politiku kien sar it-'traditur' u l-'Ġuda' għal ħafna Laburisti, inkluż għall-Prim Ministru tal-lum Joseph Muscat li kien qal illi l-Malta Labour Party (MLP) ma kienx se jafda lil min lagħab il-logħba ta' ħaddieħor. Kien qed jimplika għan-narrattiva Laburista dak iż-żmien popolari u kredibbli li kien hemm laqgħat bejn Mintoff u l-Partit Nazzjonalista, speċifikimanent l-eks Viċi Kap tal-PN Guido De Marco, biex Mintoff iwaqqa' l-Gvern. Il-Partit Laburista u l-Gvern għaddew minn prattikament sena ta' ġlied intern, tgħajjir u eventwlament telfa kbira li reġgħet tefgħatu fl-oppożizzjoni bla mistenni. Jitħabbar il-Baġit u jibda l-inkwiet Il-Gvern Laburista ressaq it-tieni Baġit tiegħu, li fih kien ħabbar numru ta' miżuri li ma niżlu xejn tajjeb mal- poplu. L-inqas popolari kienet żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, dakinhar biex tibda tissolva problema ta' dejn fil- korporazzjoni Enemalta li kif nafu kibret u kompliet tiggrava sal-2013. Nhar is-7 ta' Novembru 1997, wasal l-ewwel stallett Mintoffjan hekk kif dan astjena fuq vot finanzjarju dwar il-Baġit. Jekk Gvern jitlef vot dwar il-baġit awtomatikament ikun ingħata vot ta' sfiduċja. Dakinhar kienet l-Ispeaker Miriam Spiteri Debono li 'salvat' lill-Gvern bil-casting vote. Il-Gvern Laburista kellu maġġoranza ta' siġġu wieħed biss u allura dak ta' Mintoff kellu sinifikat qawwi u eventwalment detrimentali. Fit-18 ta' Novermbru Mintoff jerġa' jastjeni f 'żewġ voti ta' żewġ Ministeri oħrajn. Għal darb'oħra l-Gvern isalva grazzi għal Spiteri Debono. Fid-dawl ta' dan l-affront qawwi intern mill-akbar ġgant politiku Laburista sa dak iż-żmien, Sant mar għand id- delegati u talab vot ta' fiduċja li rebaħ b'99.3%. Sussegwentement Mintoff għamel diskors twil fil- Parlament, bil-pajjiż kollu mwaħħal mar-radjijiet jisma' d-diskors ta' Mintoff. Kien diskors qawwi ħafna u li fih attakka mhux darba lil Sant, il-Baġit li kien ressaq, il-valuri li kien iħaddan l-MLP taħt Sant u l-vot ta' fiduċja li kien ressaq l-istess Mexxej Laburista quddiem id-delegati. L-ilma baqa' jbaqabaq biex f 'Marzu 1998, il-Gvern ma rebaħx vot ta' fiduċja li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni Eddie Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista. Id-dibattitu kien jiċċentra l-aktar mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hekk kif il-Gvern Laburista kien, skont il-programm elettorali tiegħu, waqqaf l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru tal- Unjoni Ewropea. Il-moll tal-Birgu...iċ-ċirasa fuq il-kejk! Bħalissa ħafna attenzjoni tinsab fuq Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista. Imma dak li qed jiġri fi l-PN l-ewwel darba li qed jiġri? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-akbar ġlidiet interni fi l-PL u l-PN mill-Indipendenza 'l hawn... Mit-tradiment sal-kostituzzjoni: Dom Mintoff fl-1998, ftit qabbel ivvota kontra l-Gvern ta' Alfred Sant Guido De Marco u Eddie Fenech Adami, it- tnejn ivvutaw kontra Ġorg Borg Olivier fuq il-Kostituzzjoni Repubblikana Ritratt: eddiefenechadami.com Ġorġ Borg Olivier, eks PM ta' Malta Ritratt: DOI

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19