Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

X ogħol il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali huwa vast. Għandna responsabbiltajiet f 'diversi setturi – kollha bl-importanza tagħhom. Ix-xogħol tagħna huwa dak li nkomplu nibnu fuq dak li diġà kellna s-suċċess fih, inkomplu nwettqu riformi u ngħaddu liġijiet u ntejbu l-liġijiet eżistenti b'emendi li huma meħtieġa minn żmien għal żmien. Inkomplu naħdmu bla mistrieħ biex intejbu kemm lill- pajjiż u wkoll inkomplu nsaħħu l-qagħda tal-poplu tagħna. Il-kultura tinsab ferm għal qalbi, kif dejjem stqarrejt. U dil- ġimgħa ninsab sodisfatt ħafna li mill-Parlament għaddejna emendi għall-Att dwar il- Patrimonju Kulturali, li allura daħlu fis-seħħ. 16-il sena ilu ġie mħabbar l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. Kif tlajna fil- Gvern mal-ewwel ħassejna li għandu jkun emendat biex jirrifletti aħjar iż-żmien li qed ngħixu fih u wara diversi konsultazzjonijiet pubbliċi, dan il-Gvern qiegħed idaħħal fis-seħħ emendi li jirriflettu r-realtajiet tal-lum u l-isfidi li s-settur tal-patrimonju kulturali issa qiegħed jaffaċja kemm minħabba l-ambjent lokali kif ukoll minħabba r-realtajiet li qegħdin iseħħu 'l barra minn xtutna. L-emendi huma meħtieġa biex jirregolaw aħjar il- professjoni tal-konservazzjoni- restawr u fornituri oħra ta' servizzi kulturali u biex jagħmel provvedimenti dwar il-patrimonju kulturali ta' taħt il-baħar. Din il-liġi l-ġdida se tirregolarizza l-għoti tal- warrants lill-operaturi fil- qasam tal-konservazzjoni u restawr, meta qabel kellna sitwazzjoni li l-warrants lill- konservaturi u r-restawraturi ma setgħux jinħarġu uffiċjalment minħabba nuqqasijiet fil-liġi oriġinali. "Dan kollu qiegħed isir sabiex nipprovdu standards ogħla fil- professjoni tal-konservazzjoni u r-restawr u b'hekk qed niżguraw li din il-parti tal-wirt kulturali qiegħda tiġi mħarsa b'mod professjonali. Bidla oħra importanti hija l-inklużjoni tal-wirt kulturali li jinsab fil-baħar ta' madwarna. Fil-fatt, minħabba li l-liġi kif kienet qabel ma kinitx tinkludi speċifikament il-wirt kulturali li jinsab fil-baħar, din il-liġi tintroduċi d-definizzjoni tal-wirt kulturali li jinsab fit-territorju ta' madwarna u jagħti responsabbilitajiet lill- istituzzjonijet diversi inkluż l-ħtieġa ta' rrappurtar meta tinstab xi ħaġa ta' valur kulturali fl-ibħra ta' madwarna. Heritage Malta se ssir ukoll l-entità ewlenija li wieħed irid jikkonsulta magħha dwar bżonnijiet relatati mal- konservazzjoni u r-restawr. Heritage Malta se tingħata l-mandat biex tagħti pariri lill-Gvern u istituzzjonijiet oħra dwar l-aħjar prattiċi fil- konservazzjoni tal-kollezzjoni nazzjonali. Tajjeb li nispjega wkoll li fost diversi emendi oħrajn, din il-liġi se tindirizza diversi lmenti dwar il-possibbiltà ta' aċċess għal rapporti ta' skavi, billi tobbliga lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex tikkonkludi dawn it-tip ta' rapporti fi żmien tliet snin. Dan il-Gvern jibqa' kommess u impenjat li jkompli jaħdem biex itejjeb u jħares dan is- settur li kulma jmur qiegħed dejjem jikber fl-importanza tiegħu. • • • Kienet ġimgħa ta' ħidma, kif ktibt qabel. Dan għaliex daħħalna wkoll fis-seħħ emendi legali importanti fil-liġijiet tal- kompetizzjoni u l-konsumatur. Ħa nispjega eżatt x'għamilna. Dan beda wara sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-3 ta' Mejju tal-2016 fl-ismijiet Federation of Estate Agents vs id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni). Fiha kien ġie deċiż li l-emendi li kienu daħlu fil-liġi tal-kompetizzjoni lura fl-2011 kienu jmorru kontra l-ispirtu tal-kostituzzjoni, u għalhekk dan il-Gvern intervjena u daħħal fis-seħħ emendi u mekkaniżmi legali importanti bl-għan li pajjiżna jkollu liġi tal-kompetizzjoni robusta konformi mal- Kostituzzjoni ta' Malta. Permezz ta' dawn l-emendi, dan il-Gvern qiegħed jimplimenta mekkaniżmi legali importanti li filwaqt li jsaħħu d-drittijiet fundamentali tal-intrapriżi jew negozjanti kkonċernati, jaċċertaw ukoll li l-Uffiċċji rispettivi jibqgħu mogħnija bis-setgħat b'saħħithom u proċeduri effettivi biex jinvestigaw ksur tal-liġijiet kkonċernati. Fil-fatt, il-mudell amministrattiv unitarju kkontemplat fil-liġi tal- 2011, li fih l-Uffiċċju għall- Kompetizzjoni kien jinvestiga ksur potenzjali tal-liġi rispettiva u wkoll jieħu deċiżjoni u jimponi rimedju u multa, se jiġi sostitwit b'mudell li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jagħmel l-investigazzjoni tal-każ umbagħad iressaq il-każ quddiem il-Qorti għal deċiżjoni finali li fiha l-Qorti ssib jekk sarx ksur tal-kompetizzjoni u timponi l-multi u r-rimedji opportuni. Barra minn hekk, l-emendi li kienu introdotti fl-2011 taw ukoll lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall- Kompetizzjoni l-fakultà biex iwettaq spezzjonijiet f 'kull fond, art u f 'kull mezz ta' trasport tal-intrapriża kkonċernata mingħajr il-ħtieġa ta' mandat maħruġ mill- Qorti. Din is-sitwazzjoni issa se tiġi emendata b'tali mod li l-ispezzjonijiet msemmija jkunu jistgħu jitmexxew biss meta d-Direttur Ġenerali jkun debitament awtorizzat b'mandat maħruġ minn Maġistrat, biex din is-setgħa tkun konformi primarjament mal-Kostituzzjoni ta' Malta. Se tiġi estiża wkoll l-kompetenza tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) biex tisma' l-każijiet tal-Kompetizzjoni u tal- Konsumatur u b'hekk din il-Qorti se tissostitwixxi t-Tribunal tal-Appell għall- Kompetizzjoni u għall- Konsumatur. Fost diversi emendi oħrajn, se tiġi inkluża wkoll b'mod espliċitu fil-liġi d-dritt li intrapriża ma tinkriminax lilha nnifisha u anke se jiġi żgurat id-dritt fundamentali tas-smigħ xieraq, li jinkludi wkoll id-dritt għall- assistenza legali, fejn persuni suġġetti għall-ispezzjoni se jkunu jistgħu jiġu assistiti minn rappreżentant legali. Dan il-Gvern huwa kommess illi mhux biss jissalvagwardja, b'mod konformi mal- Kostituzzjoni ta' Malta, id- drittijiet fundamentali tal- intrapriżi, iżda wkoll jassigura kompetizzjoni effettiva bejn l-intrapriżi u suq verament ħieles illi finalment jibbenefika minnu l-kosumatur. • • • Anki fis-settur tal-wirt storiku tagħna dil-ġimgħa komplejna għaddejjin – fejn jidħol restawr ir-rittmu jibqa' għaddej bla waqfien. Żort il-bidu tax- xogħol ta' restawr fuq kampnar tal-kunvent tal-Kapuċċini fil-Kalkara li qed isir mid- Direttorat tar-Restawr, fi ħdan il-ministeru. Huwa importanti ferm li nsaħħu l-wirt lokali tagħna. Binjiet patrimonjali bħalma hija l-knisja tal-Kapuċċini, apparti li jġorru sinifikat storiku, għandhom ukoll valur estetiku u artistiku. Dan huwa parti mix-xogħol tad-Direttorat tar-Restawr li qiegħed jaħdem biex iħares il-wirt lokali tagħna permezz ta' ħafna proġetti ta' restawr madwar gżiritna. U bis-saħħa ta' dawn l-inizjattivi, nistgħu nagħtu lura l-glorja oriġinali lill-binjiet u l-monumenti storiċi lokali, biex dawn jiġu apprezzati u jitgawdew mis-soċjetà u fuq kollox nippreservawhom għall- ġenerazzjonijiet futuri. Ix-xogħlijiet ta' restawr jinkludu, apparti l-kampnar, l-uċuħ tal-arloġġ li wkoll se jiġu rrestawrati. Ix-xogħlijiet ta' restawr fuq il-kampnar – li jmur lura għall-1743, għandhom jieħdu ħames xhur, b'investiment ta' €67,435. • • • Nagħlaq b'nota dwar it-tieni rebħa fil-Qorti kontra l-gideb. Dil-ġimgħa Jason Azzopardi tilef bl-ispejjeż b'kollox kawża ta' libell li kien fetaħli wara li kont għidt li Jason kien intervjena biex jinstab kompromess skandaluż u tal-mistħija fuq l-art tal- Lowenbrau. Issa Jason kien diġà tilef il-libell quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u issa reġa' tilef quddiem il-Qorti tal- Appell preseduta mill-Imħallef Anthony Ellul. Dakinhar li fetħali l-libell, Jason Azzopardi kien qal li jien kont qed nigdeb, anzi ddikjara li dak li għidt jien kienu "sensiela ta' gideb mill-bidu sal-aħħar". Lanqas il-Qrati ma emmnuh! Anzi l-Qorti tal-Appell qalet: "Irid u ma jridx (Jason Azzopardi) għandu jġorr ir- responsabbiltà politika għal dak li kien qiegħed jiġri 'under his watch'". Dak li kien għaddej meta Azzopardi kien responsabbli bħala Segretarju Parlamentari u Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet. Dan huwa Jason Azzopardi li jiffronta sidru bħala paladin tal-governenza tajba. Nirrepeti dak li kont sħaqt dakinhar li ġara l-każ. Hemm biss triq waħda onorabbli għall-Partit Nazzjonalista - dik li jaqbad u jiddistakka ruħu, darba għal dejjem, minn dan il-politiku diżonest. Il-politika u d-demokrazija f 'pajjiżna jixirqilhom ħafna aħjar minn nies bħal Jason Azzopardi. Owen Bonnici huwa Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali OWEN BONNICI illum | Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 18 Opinjoni Ħidma għaddejja f 'kull settur Il-kunvent tal-Kapuċċini fil-Kalkara Il-politika u d-demokrazija f'pajjiżna jixirqilhom ħafna aħjar minn nies bħal Jason Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019