Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 META kamra fejn ikunu qed jitkellmu numru ta' nies timtela b'enerġija u passjoni liema bħalha jkun sinjal ċar illi dak li qed jagħmlu dawn in-nies qed jagħmluh minn qalbhom. U hekk hu. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Kap tad- Dipartiment tal-Kardjoloġija Robert Xuereb u l-intraprenditur John Magro, li huma amminisraturi tal-bord ta' Marigold, is- Segretarju Eżekuttiv ta' Marigold, Jennifer Xuereb u d-direttur nazzjonali ta' Special Olympics Malta u kowċ ta' Michelle Muscat, Anna Calleja. Ilkoll jiltaqgħu għal għan wieħed u għal skop li jmur lil hinn mill-ħidma tagħhom. Il-Fondazzjoni Marigold, assoċjata ma' mart il-Prim Ministru Michelle Muscat, li fil-fatt hija l-ko-fundatriċi tal-fondazzjoni flimkien mal-BOV, tagħmel ħafna xogħol nobbli li forsi jew kważi qatt ma nisimgħu dwaru jekk mhux relatat mal-għawma annwali tal- istess Muscat. Il-gazzetta tisaqsi: Imma kif u għaliex din l-enerġija kollha? Sweet 16, Pink October u aktar U r-risposta għal din il-mistosqsija tieħu l-biċċa l-kbira tal-intervista ma' dawn l-erbgħa min-nies li lkoll joffru l-esperjenza individwali tagħhom fil-ħidma ma' Marigold. Dawn kollha jfakkru lill-gazzetta ILLUM illi minflok tgħin individwi, il- Fondazzjoni Marigold tgħin għaqdiet non governattivi jew inkella inizjattivi partikolari, li mbagħad jgħinu lill- individwi huma. Hawnhekk Xuereb telenka wħud mill-għaqdiet li qed jiġu mgħejjuna; il- Fondazzjoni Karl Vella, Caritas, l-Assoċjazzjoni tal- Ġenituri bi tfal bl-Awtiżmu, Victim Support Malta, Fondazzjoni Oasi, Europa Donna u aktar. Mistoqsijin għalfejn l-għajnuna tingħata lil NGOs u għaqdiet/inizjattivi oħrajn mhux individwi, huma jagħtu diversi raġunijiet, waħda minnhom ukoll hija l-fatt li l-Fondazzjoni qed titmexxa mill-mara tal-PM u allura għajnuna lill-individwi tista' tiftaħ il-bibien għall-kritika politika. Il-gazzetta staqsiet ukoll dwar il-Fondazzjoni Karl Vella u x'tagħmel eżattament. Ifakkru illi din hija organizazzjoni li tgħin lit-tfal ta' familji milqutin mill-kanċer u kien hawn li rrimarkaw kif wieħed mill-għanijiet kruċjali ta' Marigold huwa propju biex tingħata għajnuna lill-organizzazzjonijiet li mhumiex daqstant magħrufin f 'pajjiżna u allura li r-riżorsa tagħhom tkun iktar limitata. Ilkoll huma mimlija ħeġġa biex jgħidu tagħhom u jispjegaw aktar lil min jgħinu bħala għaqdiet. Isemmu l-kampanja edukattiva Pink October u hawnhekk jispjegaw kif din is- sena l-kampanja ta' għarfien dwar il-kanċer tas-sider se tkun ferm ikbar. "Għamilna wkoll il- programm Sweet 16, programm li jinvolvi persuni vulnerabbli li jgħixu f 'homes u li ser jingħataw kors iffinanzjat dwar ħiliet bażiċi fil-ħajja, fejn ser jitgħallmu kif jieklu, kif jilbsu, kif iġibu ruħhom u affarijiet oħrajn li forsi aħna narawhom bħala xi ħaġa normali." Jispjegaw kif jekk juru li huma kommessi u jagħmlu l-kors kollu, jiggradwaw fil-ballu tal-President. "Ikunu akkumapanjati minn Michelle Muscat. Noħolqulhom dak l-ambjent ta' fairy tale u ġieli anke Michelle tiżfen magħhom," jgħidu. 'Michelle ma tħallix il-politika tidħol fil- Fondazzjoni' Jgħidu illi din tagħmel differenza kbira f 'ħajjithom u hawnhekk iwieġbu mistoqsija preċedenti ta' din il-gazzetta: Ma taħsbux li l-fatt li Michelle Muscat hija daqstant assoċjata mal-politika jista' jkun negattiv fuq l-immaġini ta' Marigold? Ma jaħsbux li jekk jinqala' xi ħaġa fil-ħajja politika ta' Muscat dan se jirrifletti ikrah fuq l-istess fondazzjoni? L-erba' rappreżentanti, huma entużjasti biex jispjegaw kemm fil-fatt, anke meta kien hemm kwistjonijiet jaħarqu ħafna (bħall-kwistjoni ta' Egrant u l-allegazzjonijiet fuq l-istess Muscat), Michelle Muscat żammet dak li huwa politiku lil hinn mill- Fondazzjoni. "Aħna ma narawha xi ħaġa negattiva xejn, anzi l-preżenza tagħha tgħin biex tagħti aktar preġju lill-attività. Semmejna l-programm Sweet 16 u kif Muscat tmur mat-tfal il- ballu tal-President. Nista' nsemmi wkoll il-ġurnata li Muscat tqatta' ma' persuni li qed isegwu kors il-Caritas; tmur tagħmel xirja u ssajjar magħhom u tiekol magħhom u nagħmlu ġurnata, niddiskutu u xi kultant jiftħu qalbhom magħna. Il-fatt li hija mart il-PM tgħin hux, sabiħa li mart il-PM tpoġġi u tiekol miegħek." "Qed naraw il-frott," qal Magro filwaqt li jsemmi ħajjiet ta' persuni differenti li segwew dan il-programm; "min iggradwa, min mar jgħix għal rasu..." Magro u Xeureb jaqblu u jfakkru li kulħadd jgħin b'mod differenti. "Kull mara tal-Prim Ministru għenet kif taf hi. Forsi Muscat iżgħar u mimlija enerġija, imma kollha għenu bil-mod tagħhom." "Dan apparti li hija l-mutur wara l-Fondazzjoni; hi tiġi bl-ideat, tiġri, tagħmel id- disinji u logos tal-kampanja, xi kultant tant taħdem li tgħejjina, ma tiqafx. Ara, biss biss, wara kull attività li norganizzaw, bħall- festin ta' wara l-għawma, nerġgħu npoġġu bilqiegħda u niddiskutu xi jmiss u xi Michelle. Imma mhux biss! L-imħuħ u l-qlub wara Marigold Michelle Muscat tagħmel l-għawma annwali. Imma l-Fondazzjoni Marigold, li bdiet hi stess, hija ħafna aktar minn hekk u tagħmel bil-wisq aktar minn hekk. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' erbgħa min-nies b'rabtiet qawwija ma' Marigold John Magro agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019