Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402
12 aħbarijiet 'Issospendejt l-involviment tiegħi fid- ditta... ma kellix sehem fil-profitt' ... tkompli minn paġna 1 Fil-fatt Hyzler kien elett fil- Parlament Malti darbtejn. Darba fl-1996 u sentejn wara fl-elezzjoni tal-1998, li kien rebaħ il-Partit Nazzjonalista. Mar-rebħa, l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ħatru Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas- Servizzi Ekonomiċi. Hyzler kien wieħed mill- fundaturi tal-kumpanija GVZH. Illum m'għadux hekk kif kien approvat b'unanimità biex jokkupa l-kariga tal-Kummissarju tal- Istandards. Madanakollu mal-gazzetta ILLUM Hyzler, filwaqt li kkonferma li hu kien imexxi din il-kumpanija, sostna illi meta sar Segretarju Parlamentari "bħala fatt, issospendejt l-involviment tiegħi fid-ditta legali kif kont obbligat li nagħmel u ma kellix sehem fil- profitt għall-perjodu li servejt fl- eżekuttiv. Hekk ukoll qed jagħmlu korrettament il-Ministri tal-lum." "Bħala Segretarju Parlamentari bejn l-1998 u l-2003," kompla jgħid Hyzler, "jien iddedikajt il-ħin kollu tiegħi għall-kariga uffiċjali, kif kien mistenni li jagħmel kull ministru u segretarju parlamentari." Imma x'ħadet il-kumpanija ta' Hyzler meta kien Segretarju Parlamentari? Bejn l-1998 u l-2003, il- kumpanija GVZH ħadet fiċ-ċert u minn dak li ħareġ sa issa total ta' €165,240 minn numru ta' Ministeri. Il-Ministeru tat-Turiżmu ta lill-kumpanija ta' Hyzler, meta dan kien Segretarju Parlamentari, b'€74,579 f 'konsulenzi legali, professjonali u ħlas ieħor. F'kull każ ix-xogħol kien għal Malta Tourism Authority u f 'każ wieħed għal Malta Freeport. L-aktar li ħadet xogħol minn dan il-Ministeru kien fl-2003 b'€27,100 u fl-2001 b'€26,500. Intant fl-istess perjodu ta' żmien, din il-kumpanija rċeviet xejn inqas minn €54,632 mill-Awtorità tal- Ippjanar, bil-kumpanija tieħu l-aktar xogħol fl-2011, meta rċeviet €13,551 u l-inqas minn din l-entità fl-1999, meta ħadet €9,463. Il-kumpanija GVZH imbagħad ħadet b'€5,157 f 'xogħol fl-istess perjodu mill-Awtorità Marittima Maltija. Fl-istess ħames snin illi fihom Hyzler kien Segretarju Parlamentari, għalkemm hu qed jgħid li ma kellux irbit mal- kumpanija inkwistjoni, GVZH ħadet €30,000 f 'xogħol f 'direct order mill-Ministeru għall- Enerġija. Din il-kumpanija ħadet ukoll ammonti żgħar ħafna ta' xogħol fl-istess perjodu mill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà meta ngħatat direct order ta' €552, fis-sena 2000. Mill-Ministeru għall-Edukazzjoni din il-kumpanija rċeviet €341 għal parir legali. Din l-informazzjoni ħarġet matul Ottubru f 'risposti minn Ministri differenti għal mistoqsijiet tal-Ministru Edward Zammit Lewis. Bħala fatt, issospendejt l-involviment tiegħi fid-ditta legali kif kont obbligat li nagħmel IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Il-gazzetta ILLUM bagħtet mistoqsijiet lill- Kummissarju Hyzler illi fihom staqsietu hekk: 'Meta wieħed iqis illi meta inti kont Deputat Nazzjonalista u Segretarju Parlamentari (1998-2003) id-ditta legali li inti parti mit- tmexxija tagħha (GVTH illum GVZH), għamlet eluf ta' ewro f 'konsulenzi u pariri legali mqabbdin mill-Gvern, ma tħossx li b'xi mod il-pożizzjoni tiegħek f 'din il-materja hija imminata? L-istqarrija (tal-Kummissjoni) tgħid: "iżda l-Parlament ma jistax ikun effettiv f 'dan l-irwol jekk id-deputati jiddependu fuq il- Gvern għall-għixien tagħhom." F'dan il-każ, mhux l-istess kien qed jiġri? Sa ċerta punt kont tiddependi fuq ix-xogħol li qed jagħtik il-Gvern, mhux hekk?' Hyzler wieġeb hekk: "l-ewwel nett importanti li wieħed jagħmel distinzjoni bejn l-irwol ta' ministru jew segretarju parlamentari u dak ta' deputat backbencher. Jiena domt sena bħala backbencher taħt Gvern Nazzjonalista (1995– 1996). F'dan iż-żmien, mhux talli ma kontx niddependi mix-xogħol tal-Gvern imma talli kont direttur ta' xi kumpaniji tal-Gvern u rtirajt minnhom malli sirt deputat parlamentari. Nista' nikkonferma wkoll li dak iż-żmien id- ditta legali tiegħi kienet waħda li tieħu xejra ta' cost-sharing bejn l-imsieħba, jiġifieri li wieħed ma jgawdix mill-qligħ tal-ieħor ħlief li min jaqla' l-iżjed kien jikkontribwixxi aktar għall-ispejjeż. Dan qed ngħidulek għaliex jiena ma kelli ebda xogħol tal-Gvern u jekk kellhom sħabi, u inċidentalment sa fejn naf jien ma kellhomx, ma kontx ingawdi minnu. Għalhekk l-allegazzjoni tiegħek hija bbażata fuq informazzjoni żbaljata. Bħala Segretarju Parlamentari bejn l-1998 u l-2003 jien iddedikajt il-ħin kollu tiegħi għall- kariga uffiċjali, kif kien mistenni li jagħmel kull ministru u segretarju parlamentari. Bħala fatt, issospendejt l-involviment tiegħi fid-ditta legali kif kont obbligat li nagħmel u ma kellix sehem fil-profitt għall-perjodu li servejt fl-eżekuttiv. Hekk ukoll qed jagħmlu korrettament il-ministri tal-lum. Nassigurak li ma naf li kelli ebda konflitt. Biss anke li kieku stess, għall-grazzja tal-argument, jiena għamilt ħazin, li żgur li ma għamiltx, dan la jżid u la jnaqqas il-mertu tad-diskussjoni li qed nipproponi fil-kariga l-ġdida tiegħi, fil- kuntest tal-proċess ta' riforma kostituzzjonali mmexxi mill-President ta' Malta." Il-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler ippropona li Deputati Parlamentari jiġi skwalifikati mill-Parlament jekk jaċċettaw kwalunkwe tip ta' kuntratt jew xogħol mingħand il-Gvern jew entità pubblika. Fil-mument, numru ta' Deputati huma wkoll kapijiet ta' entitajiet pubbliċi, fosthom Manuel Mallia li jmexxi l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol (OHSA) u l-eks Ministru Għawdxi Anton Refalo li qed imexxi l-Heritage Malta. Xi Deputati Nazzjonalisti wkoll għandhom impjieg ma' entità tal-Gvern, fosthom Kristy Debono. "Bl-istess mod, id-deputati m'għandhomx jitħallew jaċċettaw ħatriet bħala persuni ta' fiduċja jew bħala membri ta' bordijiet jew kumitati tal-Gvern," jgħid ir-rapport. "Il- prinċipji tad-demokrazija jitolbu li l-Parlament għandu jkun kapaċi jżomm il-Gvern kontabbli għall-għemil tiegħu, iżda l-Parlament ma jistax ikun effettiv f 'dan l-irwol jekk id-deputati jiddependu fuq il-Gvern għall-għixien tagħhom," sostna l-Kummissarju Hyzler. X'wieġeb Hyzler lill-gazzetta ILLUM? X'qed jipproponi Hyzler bħala Kummissarju tal-istandards? George Hyzler Ara l-Editorjal f'paġna 19