Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 aħbarijiet 'Kruċjali li f'kull skola jkun hemm edukaturi mħarrġa fl-ewwel għajnuna' YENDRICK CIOFFI Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo saħaq mal- gazzetta ILLUM li huwa kruċjali li f 'kull skola jkun hemm persuna mħarrġa apposta biex tagħti l-ewwel għajnuna f 'każ ta' emerġenza. Fil-fatt, meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet ta' din il-gazzetta, Bartolo kkonferma li għad hemm skejjel f 'Malta u Għawdex li għad ma għandhomx persuni mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-istudenti f 'każ li jkun hemm bżonn. L-ILLUM tkellmet mal- Ministru wara li it tal-ġimgħat ilu, id-Deputata Rosianne Cutajar saħqet li wasal iż-żmien biex f 'kull skola jkun hemm mediku. Minkejja li dan l-appell sar kemm-il darba, meta mistoqsi, il-Ministru Bartolo kemmex xuejh u deher xettiku dwar kemm kull skola tista' eventwalment ikollha mediku. Għalfejn Cutajar kienet għamlet dan l-appell? Cutajar għamlet dan l-appell wara li e Times of Malta rraportat dwar każ ta' tifel li jbati minn allerġija severa u kif fl-iskola li jattendi ma hemm l-ebda persuna mħarrġa biex jamministrawlu l-EpiPen f 'każ ta' emerġenza. EpiPen hija injezzjoni li fiha kimika li traqqa' l-vini u tiaħ il-passaġġi tan-nifs fil-pulmun. Fil-fatt din tintuża f 'każ ta' allerġiji severi u jekk tingħata fil-ħin tista' ssalva ħajja. Fil-fatt, l-omm kienet spjegat kif f 'każ ta' emerġenza binha jista' jispiċċa jitlef ħajtu jekk l-iskola ċċempel u tistenna ambulanza flok toffrilu l-ewwel għajnuna. X'qed iżomm lill-għalliema? Mistoqsi għaliex għad hemm skejjel li ma għandhomx persuni mħarrġa apposta fl-ewwel għajnuna, il-Ministru saħaq li l-biża' hija waħda mir-raġunijiet. "Hemm min jibża' li biex tagħti l-EpiPen trid xi għerf u kompetenza kbira. Mhux il-każ," saħaq il-Ministru. Madanakollu, kelliema li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw kif it-taħriġ jingħata barra l-ħin tal-iskola, bl- edukaturi jkollhom jattendu 20 siegħa ta' taħriġ filgħaxijiet. Spjegaw kif l-uniku remunerazzjoni li tingħata hija ta' €300 f 'sena u minnhom tinqata' t-taxxa. "Dan ma jinċentivax lill- għalliema," qalulna. X'passi se jieħu l-Ministeru? Dwar passi li se jkun qed jieħu l-Ministeru wara dan il- każ, Bartolo saħaq li l-Ministeru se jkun qed jassigura li jħarreġ kemm hemm bżonn persuni anke għal affarijiet differenti. Fakkar li hemm skejjel li fihom diġà hemm servizz ta' infermiera tas-St John's Ambulance Brigade. "Dan is-servizz se nżommuh u fejn hemm bżonn insaħħuh," temm jisħaq il-Ministru. Mhux karba ġdida... Ta' min isemmi kif fl-2014, kien intlaħaq ehim bejn il- Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) u l-Ministeru għall- Edukazzjoni bil-għan li aktar għalliema jingħataw it-taħriġ fl- ewwel għajnuna. Minkejja dan, kelliem għall- MUT qal ma' e Times of Malta kif huma it dawk l-għalliema li rċevew it-taħriġ, anke minħabba r-responsabbilità kbira li dan iġorr. Fil-fatt, f 'April tal-2017, kien il-Ministru Evarist Bartolo stess li fil-Parlament kien tkellem dwar il-bżonn li jkun hemm emendi fil-liġi biex persuni li jagħtu l-ewwel għajnuna jkunu protetti u ma jispiċċawx imfittxija fil-Qorti f 'każ li xi ħaġa tmur ħażina. Madanakollu dwar dan ma' kien sar xejn, sakemm id- Deputat Claudio Grech ressaq l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ tas- Samaritan it-Tajjeb, liema abbozz jinsab imwaħħel fl- istadju tat-Tieni Qari. Matul ix-xahar li għadda, fil-Parlament id-Deputata tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg staqsiet dwar it-taħriġ li jirċievu l-edukaturi. Il-Ministru spjega kif il-first aiders preżenti fl-iskejjel huma mħarrġa fil-Basic Life Support, AED, kif tagħti n-nifs f 'każ ta' emerġenza u x'għandek tagħmel f 'każ li xi ħadd ikun qed jixraq. Huwa qal ukoll li l-edukaturi li jagħżlu li jsegwu t-taħriġ qed ikunu mħarrġa wkoll fl-għoti ta' mediċini bażiċi bħal inhaler, EpiPen, rectal suppository u glucose monitoring. Fejn ikun hemm bżonn, l-edukaturi qed jiġu mħarrġa fil-glucogon u mediċini oħrajn skont il-bżonn. Kif għandek tagħti l-EpiPen? L-EpiPen tixbah ħafna pinna jew inkella highlighter. Għandha speċi ta' tap blu fuq u l-parti t'isfel hija oranġjo. Min se jamministra l-EpiPen għandu l-ewwel ineħħi "t-tap" blu billi jiġbed 'il fuq. Wara dan għandu jagħfas, b'id soda u bi it saħħa, in-naħa oranġjo mal-koxxa tal-pazjent sakemm jisma' xi ħaġa tfaqqa' u jżommha soda għal tliet sekondi. Il-labra ma tidher qatt, hekk kif anke meta din titneħħa minn mal-koxxa, il-parti oranġjo testendi lilha nnifsiha biex tgħatti l-labra, indikazzjoni li l-EpiPen tkun għamlet xogħolha. Il-Ministru Evarist Bartolo xettiku dwar kemm f'kull skola jista' jkun hemm mediku jew infermier illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 Kulleġġ Għawdex Skola Medja, Ir-Rabat Skola Sekondarja, Ir-Rabat Primarja x-Xagħra u x-Xewkija Kulleġġ Marija Reġina Skola Medja, In-Naxxar Skola Sekondarja, Il-Mosta (Żokrija) Primarja Għargħur, Il-Mosta (A/B) u San Pawl il-Baħar Learning Support Centre (Sekondarja), In-Naxxar Kulleġġ San Benedittu Skola Sekondarja, Ħal Kirkop Skola Medja, Ħal Kirkop Primarja Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, Gudja, Ħal Kirkop, L-Imqabba, Ħal Safi u ż-Żurrieq Kulleġġ Santa Klara Primarji Gżira, San Ġwann u San Ġiljan Kulleġġ San Ġorġ Preca Skola Medja, Blata l-Bajda Skola Sekondarja, Il-Ħamrun Education Hub, L-Imsida Primarja Furjana, Ħamrun GP, Ħamrun SS, Marsa, Raħal Ġdid (A / B) Kulleġġ Sant'Injazju Skola Medja, Tal-Ħandaq Primary Ħal Luqa u Qormi San Bastjan Kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja, Il-Verdala Primarja Kalkara, L-Isla, Il- Birgu, Ħaż-Żabbar Kulleġġ San Nikola Skola Sekondarja Ħad-Dingli Primarja Ħ'Attard, Il-Baħrija, Ħad-Dingli, L-Imġarr, L-Imtarfa u r-Rabat Kulleġġ Santa Tereża Skola Sekondarja, L-Imrieħel Primarja Birkirkara, Lija-Balzan- Iklin, Santa Venera Kulleġġ San Tumas Moore Skola Medja, Ħal Tarxien Skola Sekondarja, Iż-Żejtun u Santa Luċija Visual & Performing Arts / Sekondarja Subien, Il-Ħamrun (Samra) Alternative Learning Programme (ALP) – Raħal Ġdid Primarja Fjura A/B, Wied il- Għajn u ż-Żejtun A/B Learning Support Centre, Il-Ħamrun Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli Gozo Visual and Performing Arts School L-iskola tal-Mużika Johann Strauss Lifelong Learning L-Imsida Ġużè Ellul Mercer - 16+ Education Project, Il-Gżira F'liema skejjel tal- Gvern għandhom is- servizz ta' first aiders ikkwalifikati? Evarist Bartolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019