Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport 'Bil-ħidma u d-dedikazzjoni, CHRISTIAN MUSCAT Fl-intervista sportiva ta' din il- ġimgħa, il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Andrè Spiteri. Spiteri huwa l-captain tat-tim ta' taħt id-19-il sena ta' Mosta FC. Iżda apparti minn hekk, huwa wkoll il-goalkeeper ta' riserva mal-iskwadra ewlenija tal-istess tim. Ta' min isemmi wkoll li Spiteri beda l-karriera sportiva tiegħu mal-minors tal-Valletta FC. F'din l-intervista, il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Spiteri dwar l-esperjenza tiegħu fil-futbol, il-viżjoni għall-futur tiegħu, ix-xewqat tiegħu u anke tagħtih spazju jesprimi dak li jħoss fuq il-futbol Malti, l-istadiums lokali u ħafna aktar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Sa minn ċkuniti minn età ċkejkna ħafna, propju fl-età ta' erba' snin, bdejt nuri n-namur proprju lejn il-logħba tal- futbol u biex inkun preċiż lejn ir-rwol ta' goalkeeper u dan minħabba l-fatt li għal raġunijiet inspjegabbli, kont nilbes l-ingwanti tas-suf biex nilgħab bil- ballun. Lanqas nista' ngħid li ġejt influwenzat minn xi membru tal-familja għax m'għandi lil ħadd li kien jilgħab il- futbol. Biss kif jgħidu, id-demm jiġbed u jista' jkun li ġibed ftit lejn il-familja tal- bużnanna tiegħi li kienet oħt il-plejer internazzjonali Malti Ġużi Bonnici u ħutu Salvu u Michael Bonnici kollha plejers ta' Sliema Wanderers. Minkejja età daqshekk żgħira, fejn l-iżgħar ballun kien jasal sa rkuptejja u peress li missieri mill-Belt Valletta, il- ġenituri tiegħi bdew jeħduni s-Salinos il-Belt, fejn bdejt nattendi b'mod regolari għat-taħriġ mal-Valletta Nursery. Nista' ngħid li d-dedikazzjoni tiegħi kienet żgur d-dedikazzjoni t'ommi għaliex dejjem sibtha warajja u qatt ma niftakar li fallietli sessjoni ta' taħriġ minkejja l-elementi tat-temp. Minn hemm komplejt nimraħ u kelli diversi talbiet tant li biddilt diversi nurseries. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Biex inkun sinċier l-aħħar staġun ma tantx nista' ngħid li kien wieħed tajjeb u sodisfaċenti bħalma kienu staġuni oħrajn, tant li kelli nibdel il-klabb tal- Valletta FC biex din is-sena ngħaqadt mal-klabb ta' Mosta FC u saħansitra ħatruni bħala captain tat-tim ta' taħt id- 19 il-sena u goalkeeper ta' riserva mal- iskwadra ewlenija. Minn hawn nixtieq nirringrazzjahom tal-opportunitajiet u l-fiduċja. Taqbel mal-format ta' 14 il-tim fil- Premier? Iva, fl-opinjoni tiegħi naraha tajba ħafna għaliex tiżdied iktar il- kompetizzjoni bejn it-timijiet. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva, bla dubju, però kif diġà għidt fuq livell ta' kompetizzjoni, kemm-il darba rajna timijiet inqas kwotati jirbħu lil timijiet hekk imsemmija ta' fuq u dan minkejja l-investimenti li jkunu saru. Hemmhekk tapprezza l-qalb qalbiena tal-plejers, li ħafna drabi jkunu mil- lokal, li jagħtu qalbhom għat-tim tagħhom. Biss xorta nazzarda ngħid li hemm differenza kbira, kemm fl-ammont ta' flus li jintefqu fuq faċilitajiet u biex jinġiebu plejers barranin. Niġu issa għall-kwistjoni ta' plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Egoistikament, ngħid li ma naqbilx magħha għaliex plejers żgħażagħ bħali tista' tonqsilna l-opportunità biex nilagħbu ġo pajjiżna għalkemm nemmen li l-barranin jistgħu jġibu esperjenzi differenti li wieħed jista' jisfruttahom u jitgħallem minnhom. Biss dan xorta jista' jsir bl-ammont ta' plejers barranin li hemm bħalissa. M'hemmx għalfejn ikun hemm 11-il plejer barrani f 'tim li jistgħu jilagħbu biex isir dan. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell komparati ma' plejers Maltin? Iva naqbel u l-esperjenza uriet li ġieli ġew barranin li jkabbru l-aspettattivi tal- klabb biss imbagħad narawhom joffru logħob medjokri kif jibda l-istaġun. Il-problema ikbar tkun li dawn ikunu qegħdin jieħdu post plejers Maltin li kapaċi jkunu ħafna iktar kompetenti. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat Premier? Għalkemm hawn Malta ma tantx għandna faċilitiajiet meta tikkompara mal-istess barra minn Malta nemmen li f 'dawn l-aħħar snin kien hemm ħidma kontinwa biex dak li għandna ntejbuh. Nemmen li għad fadal xi jsir imma nemmen ukoll li l-Assoċjazzjoni Maltija (MFA) għandha pjan ta' ħidma biex il-livell tal-faċilitajiet jitjiebu. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Naħseb li r-referis matul l-istaġun li għadda ma kinux daqshekk ħażin. Kulħadd jieħu żball fil-ħajja. Sfortunatament, meta jieħu żball referì, jidher iktar ikrah però nemmen li xogħolhom qed jagħmluh sew. Minn hawn nixtieq nirringrazzjahom pubblikament u niskuża ruħi magħhom għal xi argumenti li ġieli kelli magħhom waqt il-logħob fuq deċiżjonijiet li jkunu ħadu. Bla dubju, xejn personali u hija xi ħaġa ta' dak il-ħin. Biss, nistqarr li din is-sena qed naħdem ħafna fuqha biex nevita dawn is-sitwazzjonijiet. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċju li jkollu jagħmel plejer iddedikat mhuwiex żgħir. Biżżejjed insemmi li minkejja l-elementi trid tattendi għat-taħriġ akkost ta' kollox. Trid titgħallem tqassam il-ħin biex tipprova tlaħħaq ma' kollox għalkemm xi kultant ma tkun xejn faċli. Qabel kont niddependi ħafna mill- ġenituri tiegħi biex iwassluni 'l hemm u 'l hawn, almenu issa li bdejt insuq qed insibha iktar faċli. Sagrifiċċji oħra li plejer iddedikat irid jagħmel hu li jevita li joħroġ lejlet logħba, xi ħaġa li mhux kulħadd jifhimha anzi ssib lil min jipprova jwaqqgħek għaċ- Li tilgħab għall-flokk li tkun liebes hija importanti IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Andrè Spiteri - captain tat-tim ta' taħt id-19-il sena ta' Mosta FC u goalkeeper ta' riserva mal-iskwadra ewlenija tal-istess tim

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019