Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport Jurgen Balzan jiddebutta ma' tim Belġjan fil-Kampjonat tat-Table Football CHRISTIAN MUSCAT Jurgen Balzan fi tmiem il- ġimgħa li għaddiet kien f 'Caen ġewwa Franza jipparteċipa fiċ-Champions League tat- Table Football, mat-tim il-ġdid tiegħu St Stembert. Is-Sibt kien hemm il-fażi tal-gruppi fejn Balzan kellu prestazzjoni tajba b'diversi rebħiet, fosthom kontra l-plejer tat-tim TSG Rain, Andreas Jung Jun bl-iskor ta' 5-1, u kontra l-plejer ta' FTC Caen Raphael Pommier bl- iskor minimu ta' 1-0. Balzan irnexxielu jikseb draw ta' 2-2 mat-Taljan ta' Napoli Fighter Andreas Ciccarelli u sfortunatament kellu telfa mat- Taljan tat-tim Reggio Emilia, Saverio Bari bl-iskor ta' 6-1. It- tim ta' Stembert għadda l-fażi tal-gruppi fit-tielet post. Il- Ħadd sfortunatament inqalgħu mal-aħħar 16, kontra t-tim ta' Rochefort TS. ST Stembert ġew ikklassifikati fit-12-il post. Intant fl-istess Champions League, Valletta Subbuteo Club, irnexxielhom jaslu sal- kwarti tal-finali. It-tim Belti kien kompost minn Samuel Bartolo (captain), Derek Conti, Joseph Borg Bonaci, Mario Camilleri, Mark Gauci u Angelo Borg. Is-Sibt kien hemm il-fażi tal- gruppi. Valletta SC għelbu lit-tim Taljan TSC Warriors Torino 4-0, lit-tim Franċiż Ftc Issy Les Moulineaux 2-0, lit-tim Grieg Falcons Athens TSC 1-0, u lit- tim Belġjan SC Charleroi 2-0. B'hekk Valletta Subbuteo Club għaddew l-ewwel fil- grupp b'punti massimi. Il-Ħadd lagħbu mat-tim Belġjan SC Lions Eugies u rebħu 3-0. Din ir-rebħa wasslithom għall-kwarti tal-finali kontra t-tim Belġjan Rochefort TS. Sfortunatament, waqfu sal- kwarti tal-finali wara li tilfu bl- iskor ta' 2-1. Valletta Subbuteo Club kellhom prestazzjoni tajba u spiċċaw ikklassifikati fis-seba' post. IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Jurgen Balzan fl-azzjoni It-tim kollu li miegħu Jurgen Balzan ħa sehem fil-kampjonat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019