Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

d-dedikazzjoni, ir-riżultati jaslu' 31 sport ċajt għax ma jifhimx id-dedikazzjoni u l-importanza li wieħed irid jiddedika qabel kull logħba speċjalment jekk tkun xi logħba akkanita jew ta' ċerta importanza. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Għall-grazzja t'Alla, il-ħinijiet tax- xogħol tiegħi jaqblu eżatt mal-ħinijiet li nibda t-taħriġ. Nista' ngħid li wara x-xogħol, il-ħin li jifdalli huwa ddedikat kollu għat-taħriġ peress li jien nattendi żewġ sessjonijiet ta' taħriġ, kemm mal-iskwadra ta' taħt id-19-il sena kif ukoll mal-iskwadra ewlenija u dawn isiru f 'postijiet differenti u għalhekk ikolli nivvjaġġa, xi ħaġa li hawn Malta hija ferm diffiċli minħabba t-traffiku intensiv biex tasal minn post għall-ieħor. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol? Jiena dejjem imxejt b'kawtela u nemmen li iktar ma nikber, iktar timmatura u tapprezza iktar l-affarijiet. Li tilgħab għall-flokk li tkun liebes hija importanti u l-għan aħħari hu li ttejjeb id-dehra tiegħek f 'kull logħba li tilgħab. Nixtieq li fil-futur qrib nerġa' nifforma parti mill-iskwadra nazzjonali ta' taħt id-19-il sena, xi ħaġa li ġejt imċaħħad minnha mingħajr ebda raġuni. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Għal min qed jaqra din l-intervista, ħaġa waħda nixtieq li naqsam ma' min għadu ħafna iżgħar minni u li forsi għadu mhux qed jara l-importanza li jkollok karriera fil-futbol. Il-logħba tal-futbol naħseb li hija l-iktar logħba segwita fid-dinja u lilna l-plejers tgħinna biex inżommu lura minn ċerti sfidi u vizzjijiet ħżiena li bħalissa jeżistu madwar id-dinja. Imbagħad hemm l-element tad- dedikazzjoni, fejn apparti l-iżvog huwa importanti li temmen f 'dak li qed tagħmel fejn wieħed għandu jaħdem fuq pjan fejn wieħed jixtieq jasal u taħdem għal dak il-għan. Taqtigħ il-qalb se jkun hemm għax fid-dinja xejn mhu faċli u xejn ma jiġi waħdu, biss bil-ħidma u d-dedikazzjoni, ir-riżultati jaslu. illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 Il-logħba tal-futbol naħseb li hija l-iktar logħba segwita fid-dinja u lilna l-plejers tgħinna biex inżommu lura minn ċerti sfidi u vizzjijiet ħżiena li jeżistu Andrè Spiteri - Captain ta' tat-tim ta' taħt id-19-il sena ta' Mosta FC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019