Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402
03 aħbarijiet 60,000 mara aktar jaħdmu fl -aħħar sitt snin ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Tagħrif mogħti nhar it-Tnejn l-Parlament, juri kif -aħħar sitt snin kien hemm xejn inqas minn 62,752 mara li daħlu s-suq tax-xogħol. Fil- maġġoranza assoluta tagħhom kienu nisa li ħarġu jaħdmu għall-ewwel darba. Mistoqsi mid-Deputat u Whip Laburista Byron Camilleri biex jagħti rendikont tan-numru ta' nisa li daħlu jaħdmu mill-2013, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, li wkoll hu responsabbli mix-xogħol, elenka ċ-ċifri tan-nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u dawk li reġgħu rritornaw jaħdmu wara ħames snin jew aktar. Il-lista ta' dawk li qatt ma ħadmu qabel u daħlu s-suq tax- xogħol għall-ewwel darba mill- 2013 lil hawn, baqgħet tiżdied sena wara oħra sakemm is-sena li għaddiet ukoll qabżet l-10,500 mara. Sa April li għadda, l-għadd sħiħ ta' nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba kien ilaħħaq għal 52,711. Sadanittant dawk li rritornaw għax-xogħol wara ħames snin jew iżjed ammontaw għal 10,041 -istess perjodu. L-għajnuna b'xejn taċ- childcare centres Mingħajr dubju, waħda mill- miżuri li għenu s-suċċess biex aktar nisa jidħlu d-dinja tax-xogħol kienet dik tal- introduzzjoni taċ-childcare centres b'xejn. Skont tweġiba oħra li ta l-ġimgħa l-oħra, il-Ministru Bartolo għall-mistoqsija Parlamentari mill-istess Deputat Camilleri, jirriżulta li mill-1 t'April 2014, mindu ġiet introdotta l-miżura, sat- 30 ta' Settembru li għadda kien hemm 18,319-il tifel jew tifla li xi darba jew oħra gawdew mis- servizz. L-ispiża għal dan, li wkoll baqgħet tiżdied sena wara oħra, ammontat għal it iktar minn €81 miljun s'issa. Fl-istess perjodu, mat-18,000 tifel u tifla gawdew mis-servizzi fiċ- childcare centres bi spiża ta' €81 miljun għall-Gvern illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 Investiment ta' €9 miljuni Programm Operattiv I - Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali