Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 analiżi YENDRICK CIOFFI Ftit aktar minn xahrejn oħra, ir-Renju Unit se jkun qed jivvota f 'elezzjoni ġenerali bikrija bil-għan li jagħti rigal lilu nnifsu u jinqala' mill-kriżi politika li spiċċa ostaġġ tagħha għal aktar minn sena. Ftit aktar minn ġimgħa wara li sar magħruf li r-Renju Unit se jivvota fit-12 ta' Diċembru u it jiem wara li r-Reġina Eliżabetta II xoljiet uffiċjalment il-Parlament, ġew ippubblikati diversi sondaġġi u sa issa kollha kemm huma qed ibassru rebħa b'saħħitha u ċara għall-Partit Konservattiv tal-Prim Ministru Boris Johnson. Iżda l-elezzjoni hija kaxxa magħluqa. Ma ninsewx li meta fl-2017 eresa May sejħet elezzjoni ġenerali bikrija biex mingħaliha ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Gvern fil- Parlament, għax hekk kienu qed ibassru s-sondaġġi, ir-Renju Unit spiċċa b'Parlament staġnat li wassal għall-kriżi li r-Renju Unit għaddej minnha bħalissa. Fil-fatt, ta' min isemmi, li meta May sejħet elezzjoni ġenerali, is-sondaġġi kienu qed ibassru differenza ta' 21% bejn il-Partit Konservattiv u l-Partit Laburista, l-akbar distakk mill- 1983. Ir-riżultat kien għalkollox differenti. Id-distakk bejn iż- żewġ partiti l-kbar kien ta' 2.4% biss, bil-Partit Laburista jagħmel qabża 'l quddiem u jżid 30 siġġu fil-Parlament, kontra t-13 li tilfet May. Waħedha toħroġ il-mistoqsija: Mela allura għalfejn isiru s-sondaġġi? Fil-ħin tal-vot kulħadd waħdu jkun, iżda jibqa' l-fatt li s-sondaġġi joffru tieqa fuq l-opinjoni pubblika u anke jekk ma tistax torbot dejjem fuqhom, xorta waħda jinfluwenzaw id-diskors politiku mhux biss tal-midja, iżda anke tal-partiti nfushom. Vantaġġ komdu għall-Partit Konservattiv Ġimgħa wara li l-Parlament Ingliż qabel dwar elezzjoni ġenerali fit-12 ta' Diċembru, is-sondaġġi kollha qed ibassru rebħa komda għall-Partit Konservattiv. Ġaladarba s-sondaġġi kollha huma simili, f 'dan l-artiklu, l-ILLUM se tħares lejn is-sondaġġi li jsiru minn żmien għal żmien minn YouGov, kumpanija stabbilita li tagħmel diversi sondaġġi xjentifiċi globalment, inkluż għall-ġurnalisti stabbiliti. L-aħħar sondaġġ li sar bejn il-5 u 6 ta' Novembru, ipoġġi lill- Partit Konservattiv b'vantaġġ ta' 11% fuq il-Partit Laburista. Fil-fatt, kieku kellha ssir elezzjoni llum, skont YouGov, il- Partit ta' Johnson jirbaħ 36% tal- voti filwaqt li l-Partit Laburista jikseb 25%. Interessanti kif minkejja li l-Parlament Ingliż huwa ffurmat minn diversi partiti, il-kultura politika hija simili ħafna għal dik ta' Malta, jiġifieri qasma bejn blu u aħmar. Madanakollu ta' min isemmi kif Sir John Curtice, espert tal-elezzjonijiet, li bassar Brexit u anke r-riżultat tal-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali, jiġifieri tal-2015 u l-2017, qed jisħaq li f 'Diċembru li ġej il- Parlament Ingliż jista' jara numru rekord ta' deputati minn partiti żgħar. Sa issa, dan ma tantx huwa rifless fis-sondaġġi. Il-Liberali Demokratiċi qed igawdu l-fiduċja ta' 17% tal-votanti, il- Partit ta' Brexit 11%, il-Ħodor 5%, l-SNP (Scottish National Ftit aktar minn xahar qabel l-elezzjoni ġenerali fir- Renju Unit, il- gazzetta ILLUM tħares lejn is-sondaġġi, it-tħassib tal-poplu Brittaniku, il-messaġġi taż-żewġ partiti ewlenin u kif dak li ġara fl-aħħar xhur jista' jaffetwa r-riżultat... IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum JOHNSON JISTA' JSERRAĦ RASU JEW ĠEJJA OĦRA? L-ILLUM tħares lejn is-sondaġġi FALZA STIKKA Il-Kap tal-Oppożizzjoni Ingliż Jeremy Corbyn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019