Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402
04 analiżi IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum L-ERBA' RAĠUNIJIET LI QED IŻOMMU LIL FIS-SONDAĠĠI ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Nhar il-Ħadd li għadda kien ippubblikat sondaġġ ieħor, fuq il-gazzetta oħt Maltatoday. Dan wera illi Delia għamel gwadann fil- livell ta' fiduċja, b'4%, persentaġġ illi kien jagħmel differenza kbira, jekk mhux ikun determinanti, kieku d-distakk kemm fil- fiduċja iżda wkoll fl-intenzjoni tal-vot ma kinitx daqstant kbira. Fil-fatt il-PM Joseph Muscat għadu fdat minn 50.5% filwaqt li 21.3% biss qalu li jafdaw lil Delia f 'sondaġġ li sar it wara l-Baġit. Din il-gazzetta, se tagħti ħarsa lejn ir-raġunijiet ewlenin li qed iżommu lill- Oppożizzjoni lura milli tkun b'saħħitha biżżejjed biex toffri sfida serja u ta' ċerta toqol kontra Gvern li issa beda jara l-ewwel xquq ta' skuntentizza. Qed tevalwa wkoll x'jistgħu jkunu s-soluzzjonijiet u l-kunsiderazzjonijiet ta' Delia f 'kull każ. Il-perċezzjoni (jew verità) li l-PN mhuwiex magħqud L-akbar problema biex il-PN ikun meqjus bħala Gvern alternattiv hija l-għaqda jew in-nuqqas tagħha hekk kif jidher illi Delia jibqa' jsib problemi fost sezzjoni tal-Partit Nazzjonlista li wieħed jista' jsejħilha 'establishment'. Nistgħu nsejħulha hekk għax għal snin sħaħ kellha f 'idejha l-poter fil-partit u anke l-pajjiż u dejjem ingħaqdet biex tassigura li dan il- poter ma jkunx iddistabbilizzat. Delia ġie minn barra u allura mhux parti minn din ix-xibka li għal snin żammet il-poter u ggarantiet rebħiet għall-PN f 'elezzjonijiet sussegwenti. Mhux talli mhux parti minn dan il-grupp ta' nies, talli jidher illi hemm jew kien hemm tentattivi mit-tmexxija preżenti biex dan il-grupp jingħata l-ġenb. Mingħajr din il-magna, Delia se jsibha diffiċli ħafna li jibda mqar inaqqas it mid-distakk, mhux biss minħabba l-kobor tad-distakk imma wkoll minħabba illi dik li qed insejħu establishment, għandha l-forza politika, il-kuntatti u l-esperjenza, tliet fatturi li Delia għandu bżonn bil-kbir bħalissa. X'jista' jagħmel? Dwar dan il-punt Delia it jista' jagħmel. Jista' jibqa' ċert illi dawn in-nies mhumiex se jaċċettaw li jitilfu l-poter minn taħt idejhom kif ġib u laħaq. L-aktar li jista' jagħmel il-Kap tal-PN huwa li jibqa' jipprova jibni pontijiet jew inkella li jaċċetta illi jkun parti minn dan in-nukleu żgħir imma kruċjali fil- PN. Fiż-żewġ każijiet Delia jista' xorta ma joħroġx rebbieħ. Fl-ewwel każ jista' jkun li jibni kemm jibni pontijiet, dawn xorta ma jkunux biżżejjed biex dawk li huma kontrih joħorġu l-id tal-ħbiberija u fit-tieni każ wieħed ma jistax jinsa illi minkejja kollox, l-establishment huwa l-istess grupp ta' politiċi u strateġisti li tellfu lill-PN l-elezzjonijiet tal-2009, 2013, 2014 u 2017. F'kull każ it-telfa kienet b'distakk ta' aktar minn 30,000 vot kontra l-PN. In-nuqqas ta' effettività fl- istrateġija tal-partit Min qed jara lill-PN minn barra jħoss illi hemm nuqqas f 'dak li jirrigwarda effettività tal-istrateġija fid-diskorsi u anke azzjonijiet tal-partit. Nibdew bl-aktar każ riċenti (din l-analiżi saret fil-bidu tal-ġimgħa) jiġifieri l-każ tal-permess għal villa fuq art barra ż-żona tal-iżvilupp (ODZ). F'dan il-każ ħafna nies, anke ħafna Laburisti, ma qagħdux lura milli jesprimu r-rabja u d-diżgust għal dan il-permess li issa kien rinunzjat. Meta tkellem nhar is-Sibt, Delia ma kienx ippreparat u ħa numru ta' żbalji. Fost l-iżbalji, il-Kap tal-Oppoziżżjoni qal illi Clayton Bartolo, ir-rappreżentant tal-Gvern fuq l-Awtorità tal-Ippjanar, ma kien qal xejn dwar il-vot tiegħu, meta fil- fatt kien diġà għamel diversi stqarrijiet u ħalla numru ta'messaġġi fuq Facebook jispjega l-vot tiegħu. Jekk xejn, Delia messu rreaġixxa għal dawk l-istqarrijiet tal-istess Bartolo. Iktar minn hekk iżda, Delia naqas milli jsemmi l-aktar punt kardinali dwar il- Nhar il-Ħadd li għadda sondaġġ tal-Mediatoday wera illi minkejja titjib, għad hemm differenza ta' 29% fil-livell ta' fiduċja bejn Delia u Muscat. X'inhuma r-raġunjiet prinċipali li qed iżommu lill-PN lura? U x'jista' jagħmel Delia biex ibiddel is-sitwazzjoni? DELIA LURA