Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jinsabu f 'battibekk dwar Għawdex u u qafas li jirregola u jmexxi lil din il-gżira bħala reġjun. Kollox beda b'abbozz li ressqet il-Ministru ta' Għawdex Justyne Caruana, biex titwaqqaf awtorità li tissejjaħ L-Awtorità għall- Iżvilupp Reġjonali f 'Għawdex. L-irwol ta' din l-awtorità jkun, fost oħrajn, li tikkonsulta s-settur privat, korpi kostitwiti u NGOs f 'dak li jirrigwarda l-istess għanijiet tal-awtorità u jmur bis-sottomissjonijiet għand il-Gvern. Ikun il-Gvern li jiddeċiedi iżda liema proposti jkunu aċċettati u liema le. Il-Gvern, fl-abbozz jgħid ukoll illi din l-awtorità għandha tagħti rakkomandazzjonijiet dwar Kumitat Parlamentari dwar Għawdex. Kumitat li jkun jista' jiltaqa' u jiddiskuti materji relatati ma' din il-gżira, bil-jedd li jtella' xhieda jew esperti f 'dak is-suġġett. L-Oppożizzjoni vvutat kontra l-abbozz tal-liġi, għalkemm id-Deputat Nazzjonalista Chris Said jgħid illi l-PN kellu r-raġunijiet tiegħu għal dan. Il-Ministru Caruana sostniet illi wara dan il-vot fid-dibattiti dwar l-estimi finanzjarji li jittrattaw lil Għawdex, id- Deputat Għawdxi Chris Said ippropona l-istess Kumitat li kien ivvota kontrih meta l-abbozz ġie quddiem il-Parlament. "Ġara li fid-dibattitu tal-Baġit tal-Ministeru għal Għawdex Chris Said qabad u ppreżenta mozzjoni biex jitwaqqaf dan l-istess kumitat," sostniet mal- ILLUM il-Ministru Caruana. Hi qalet li peress li kienet diġà lestiet il-ħidma fuq l-abbozz tal-Gvern bagħtet dan l-abbozz lil Said. Hi akkużat lid-Deputat Nazzjonalista li qed jitkellem daqs li kieku l-Kumitat kien idea tiegħu, meta fil-fatt kien imsemmi fil-programm elettorali tal-Partit Laburista u kien wieħed mill-proposti fl- abbozz tal-Gvern. "Fid-dra tal-mozzjoni li għaddejt lil Chris, fil-fatt niżżilt isem id-Deputati Għawdxin kollha eletti minn Għawdex. Xi ħaġa tajba m'għandhiex titlaq fuq sieq ħażina biex xi ħadd mingħalih jigwadanja xi punti," temmet tgħid Caruana. Din il-gazzetta staqsiet lil Said biex jispjega x'ġara min- naħa tiegħu u sfida lil Caruana biex "ma toqgħodx tfettaq" u jekk vera temmen li l-idea li jsir dan il-Kumitat hija waħda, il- Parlament jaqbad u jgħaddiha mingħajr iktar dewmien. Mal-ILLUM huwa appella lill- Ministru biex tressaq vot fuq dan il-Kunsill kemm jista' jkun malajr. Said qal illi minkejja kollox, dan il-Kumitat għadu ma twaqqafx minkejja li għaddiet nofs il-leġiżlatura ta' dan il- Gvern. Dwar l-awtorità nnifisha Said sostna illi l-proposta tal-Gvern hija waħda nofs leħja għax din l-awtorità "m'għandhiex poteri u lanqas finanzi. €200,000 ġew allokati għal din l-awtorità, lanqas biżżejjed għal xi paga ta' Kap Eżekuttiv, kif jaf iħallas dan il-Gvern," jgħid Said. "Il-liġi xħin tagħsarha ma ssib xejn," temm jgħid Said. 09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 "Il-Partit Nazzjonalista mhux se jaċċetta li jkun kompliċi bis-sehem tiegħu f 'istituzzjonijiet u awtoritajiet, li nħatfu mill- Gvern. Kif ġara fil-każ tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Artijiet. Għalhekk ir-riżenji ta' Marthese Portelli u Ryan Callus. Hekk qal il-Kap tal- Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien intervistat fuq NET FM. Delia qal li qegħdin naffaċċjaw sitwazzjoni fejn hawn tnawwir sistematiku tal-istituzzjonijiet f 'pajjiżna min-naħa tal-Gvern, fejn l-istituzzjonijiet inħakmu minn forzi u min-nies li qegħdin jinjoraw il-ġid komuni. "Dan qed iwassal biex l-istituzzjonijiet, li suppost li qegħdin hemmhekk sabiex iħarsu l-interessi tal-poplu minflok qegħdin jaħdmu biex iħarsu l-interessi tal-it. Għall- Partit Nazzjonalista dan mhux aċċettabbli. Dak li hu ħażin ngħidulu ħażin u dan ngħiduh b'saħħa u konvinzjoni," qal il- kap tal-PN. Adrian Delia qal li inutli li l-Gvern jippruva jfarfar minn dak li qed iseħħ fl-Awtorità tal-ippjanar. Dak li kien se jseħħ u ghad jista jsehh fil- Qala huwa sfreġju ambjentali u l-Gvern qiegħed jherri l-istituzzjonijiet. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li sirna nafu kif awtoritajiet lanqas biss kellhom bordijiet li qegħdin jiffunzjonaw u f 'paniku l-Gvern kellu jaħtar lic-CEOs infushom bħala acting chairpersons flok nominazzjoniet normali ta' kapijiet li l-ħatra tagħhom tgħaddi mill-Parlament. "Dan huwa aġir politiku arroganti li sar f 'paniku sabiex jipprova jsolvi sitwazzjoni li ilha tinħema minn Ottubru." Il-Kap tal-PN Adrian Delia fakkar kif din il-ġimgħa, il-Qorti laqgħat it-talba ta' Repubblika, u ordnat inkjesta maġisterjali dwar allegat korruzjoni mill-bejgħ ta' passaporti minn ditta privata lokali. "Dan ifisser suspett fondat ta' użu ħazin tal-poter mill- ministri u sħabhom," qal Delia Delia saħaq illi l-Oppożizzjoni ser tkompli tkun il-leħen tan-nies mingħajr ebda biża' "mill- intimidazzjoni tal-Gvern." 'Qed niffaċċjaw tnawwir sistematiku tal- istituzzjonijiet' - Delia Caruana tgħidlu ma jippruvax jieħu gwadann u Said jgħidilha biex ma tfettaqx Il-Ministru Justyne Caruana u d-Deputat Chris Said f'battibekk dwar il-Kumitat Parlamentari dwar Għawdex Justyne Caruana Chris Said

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019