Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 sport Manchester City jiċċelebraw il-125 sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom CHRISTIAN MUSCAT Din is-sena Manchester City, champions renjanti tal- Premier League Ingliż, jagħlqu 125 sena mit-twaqqif tagħhom. L-oriġini tal-klabb beda fl- 1880 meta twaqqaf bħala St Mark's (West Gorton) biex fl- 1887 l-isem tal-klabb inbidel għal Ardwick Association Football Club. Kien fl-1894 meta l-klabb ingħata l-isem ta' Manchester City. Interessanti l-fatt li l-ewwel gear milbus minn St. Mark's kien iswed b'salib ta' Malta fuqu. Fl-1899 Manchester City ħadu sehem għall-ewwel darba fil- Football League u rebħu l-ewwel unur tagħhom fl-1904 meta rebħu l-FA Cup għall-ewwel darba. Matul l-istorja ta' 125 sena, il- klabb ta' Manchester City lagħab fi tliet stadia differenti: Hyde Road (1887 – 1923), Maine Road (1923 – 2003) u l-Etihad Stadium (2003 - ). Maine Road jibqa' mfakkar għall-famuż Kippax Stand li kien joffri atmosfera ta' sapport ma jaqta' xejn. Matul l-istorja ta' 125 sena, il- Manchester City għaddew minn diversi fażijiet kemm ta' suċċess kif ukoll żmien diffiċli fejn ġew relegati fl-ewwel, fit-tieni u anke fit-tielet diviżjoni. L-istorja ta' dan il-klabb jekk xejn turi r-rieda u d-determinazzjoni li qatt ma taqta' qalbek. Il-partitarji ta' Manchester City baqgħu dejjem leali lejn il-klabb anke fl-aktar żminijiet diffiċli. Minkejja dawn iż-żminijiet diffiċli, li wħud iħossu illi kienu kaġun ta' żbalji fit-tmexxija tal-klabb, Manchester City irnexxielhom matul iż-żmien jegħlbu bosta sfidi kollha sabiex illum il-ġurnata huma stabbiliti bħala wieħed mill- klabbs ewlenin fl-Ingilterra u fl- Ewropa. Fost bosta stejjer glorjużi jibqa' jissemma kif fil-final tal- FA Cup tal-1956 (Manchester City v Birmingham City), Bert Trautmann, il-goalkeeper leġġendarju ta' Manchester City baqa' jilgħab sal-aħħar minuta tal-finali minkejja illi waqt inċident fil-logħba kien kiser għonqu. Bla dubju ta' xejn, fl-era ta' bejn nofs is-snin 60 u s-snin 70, Manchester City kienu fost l-aqwa timijiet li kien hemm ġewwa r-Renju Unit. Kien żmien ta' suċċess u ta' futbol sabiħ. Żmien illi fih il-Manchester City rebħu l-kampjonat Ingliż, l-FA Cup, il-League Cup kif ukoll il-European Cup Winners Cup. Matul dan iż- żmien glorjuż, il-Manchester City kienu taħt it-tmexxija ta' Malcolm Allison u Joe Mercer. L-iskwadra leġġendarja ta' dak iż-żmien kienet tinkludi plejers bħal Mike Summerbee, Colin Bell, Neil Young, Francis Lee u l-goalkeeper Joe Corrigan fost bosta plejers oħrajn. Wara dan il-perjodu glorjuż, l-iSky Blues għaddew minn żmien diffiċli fejn għal numru ta' snin lagħbu f 'diviżjonijiet iżgħar. Kien żmien meta l-partitarji ta' dan it-team glorjuż ingħaqdu aktar wara dan il-klabb ewlieni tal-belt ta' Manchester. Minquxa fl-istorja ta' Manchester City tibqa' s-second division play-off final kontra Gillingham. Ħafna jqisu dan il- mument bħala kruċjali fl-istorja tal-klabb. Kien gowl ta' Paul Dickov fil-ħin miżjud u s-saves tal-goalkeeper Nicky Weaver illi taw tama ġdida lill-partitarji ta' Manchester City u reġgħu qabdu t-triq lura għall-ogħla diviżjoni. Ċertament, il-klabb ta' Manchester City ħa żvolta kbira meta fis-sajf tal-2008, l-Abu Dhabi United Group Investment & Development Ltd taħt it- tmexxija tax-Sheik Mansour Bin Zajed el Nahnjan xtara l-ishma kollha ta' Manchester City Ltd. Matul dawn l-aħħar 11-il sena, taħt it-tmexxija għaqlija tal- president Khaldoon Al Mubarak sar investiment sostanzjali fi plejers biex għolla lill-klabb fuq l-istess livell ta' ġganti fil-futbol li kienu ilhom snin twal jinvestu flus kbar fi plejers u għalhekk is- City setgħu jikkompetu fl-aqwa livelli. Huma investew b'saħħa fl-istrutturi, riżorsi umani, akkademja tal-futbol fost l-aqwa fid-dinja u bosta inizjattivi fil- komunità ta' Manchester. Fil-fatt illum il-ġurnata, is- City Football Group Ltd huwa proġett mondjali fejn il-grupp għandu numru ta' klabbs oħrajn fosthom fl-Istati Uniti, l-Awstralja, ishma fi klabb ġewwa l-Ġappun, l-Urugwaj, Spanja kif ukoll ġewwa ċ-Ċina. Matul dan iż-żmien ukoll, Manchester City saħħew bil-bosta lil Manchester City Women fejn hawnhekk ukoll dan it-tim huwa fost l-aqwa ġewwa l-kampjonat Ingliż. Bla dubju ta' xejn, f 'dan l-aħħar deċenju l-Manchester City kienu l-aktar tim dominanti fil-Premier League Ingliż b'rebħ ta' erba' kampjonati, żewġ FA Cups, erba' League Cups u tliet Community Shields. F'dan iż-żmien kienu bosta l-mumenti li jibqgħu jissemmew, fosthom l-aqwa mument tal-istorja tal-Premier League meta Aguero skorja l-gowl deciżiv għar-rebħ tal- kampjonat fl-2012 fl-aħħar sekonda tal-kampjonat. Snin ta' rekords, fosthom l-uniku tim fl- istorja tal-futbol Ingliż li rebaħ l-erba' unuri domestiċi fi staġun wieħed, l-aktar tim bl-akbar ammont ta' punti (100 punt), rebħiet konsekuttivi, numru ta' gowls u rekords oħra. Illum il-ġurnata, taħt it- tmexxija ta' Pep Guardiola, Manchester City joffru spettaklu ta' logħob sabiħ, dixxiplina tattika u plejers mimlija talent bħal Sergio Aguero, David Silva, Bernardo Silva, Raheem Sterling, Gabriel Jesus, Kevin De Bruyne u Riyad Mahrez. F'dan l-istaġun, Manchester City jinsabu fit-tieni post tal- klassifika tal-Premier League b'determinazzjoni li jerġgħu jiksbu lura l-quċċata tal-klassifika waqt li jkomplu bl-isfida tagħhom fil-kompetizzjonijiet l-oħra. Manchester City Supporters Club Malta Matul is-snin, bosta partitarji ta' Manchester City f 'Malta kienu jiltaqgħu biex jaraw il-logħob flimkien u sussegwentament għaxar snin ilu ddeċidew li jitwaqqaf is-Supporters Club f 'Malta li hu rikonoxxut mill- klabb prinċipali f 'Manchester. L-isem tal-klabb Malti jinsab minqux mad-daħla tal-Etihad Stadium fost l-ismijiet kollha tas-supporters clubs oħrajn. Matul dawn l-għaxar snin, is-supporters club, illi jiltaqa' ġewwa stabbiliment f 'Buġibba għamel bosta attivitajiet fejn inġabru flus għal istituzzjonijiet bħal Puttinu Cares u l-Malta Community Chest Fund. Apparti minn dan, il-klabb kellu wkoll l-unur li għal darbtejn ġab il-Premier League Trophy kif ukoll il-League Cup f 'Malta. Is-supporters club kien ukoll strumentali sabiex inġiebu Malta l-eks plejers Paul Lake, Peter Barnes u Joe Corrigan flimkien mas-segretarju ġenerali tas-supporters club Kevin Parker. Min jixtieq jissieħeb bħala membru tal-Manchester City Supporters Club jista' jagħmel dan billi jibgħat email fuq l-indirizz elettroniku: mcfcmalta@gmail.com, kif ukoll messaġġ fuq il-paġna ta' facebook Manchester City Supporters Club Malta, Cactus Bar, Buġibba. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur lil Rudolph Gatt – Uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Manchester City Supporters Club Malta. illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 It-tim ta' Manchester City

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019