Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 sport 'L-ambizzjoni tiegħi hi li niffurmaw tim nazzjonali sabiex nipparteċipaw f'kompetizzjonijiet internazzjonali' CRISTIAN ANTONY MUSCAT Bosta jassoċjaw il-frisbee bħala strument ta' logħob ħdejn il-baħar jew inkella f 'xi post ta' rikreazzjoni. Għaldaqstat, wieħed ftit jiġih f 'moħħu li jista' wkoll jintlagħab ukoll bħala sport. Huwa għalhekk li lura għas-sena 1968 grupp ta' studenti Amerikani fil-Columbia HighSchool ivvintaw logħba li fih jintuża l-frisbee. Kienet logħba li saret f 'Ġunju ta' dik is-sena li tat bidu għal dan l-isport li proprjament jissejjaħ Ultimate Frisbee. Il-logħba tikkonsisti li flok ikollok ballun, tilgħab bil-frisbee fejn m'hemmx xi sett ta' regolamenti ta' barra minn hawn u għalhekk wieħed jista' jqisu bħala sport ferm liberu u li fih toħroġ ħafna oriġinalità. Waqt dan il-konfront m'hemm l-ebda uffiċjali involuti u għalhekk wieħed jista' jsejjaħlu sport awtonomu fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-plejers innifishom. Fis-sena 2012 kien hemm madwar ħames miljun plejers tal-Ultimate Frisbee u dan jagħmilha faċli sabiex jiġu organizzati turnaments kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Richard Hillerstom Rundh hu Żvediż ta' 27 sena li qed jgħix hawn Malta u bil-mod il-mod beda jintroduċi dan l-isport f 'pajjiżna. Aħna ltqajna miegħu sabiex jispjegalna aktar dwar din il- logħba innovattiva. Kellimni ftit dwar dan l-isport relattivament ġdid għal pajjiżna. Ultimate Frisbee hu simili ħafna tal- American Football. Id-differenza li hemm hi li ma tistax tiġri bil-frisbee. Dan l-isport hu mibni fuq rispett u fuq kollox li wieħed iżomm l-ispirtu allegru tal-logħba. Aħna ma jkollniex referis u jkun il-plejer stess li jagħmel dik li bl-Ingliż tissejjaħ call. Kif għedtlek ir- rispett reċiproku hu wieħed importanti. Il-logħba hi waħda veloċi. Wieħed irid joqgħod attent li meta xi ħadd iqassam il-frisbee lill-kollega tiegħu, dan irid ikun moħħu hemm peress li dan ibiddel id-direzzjoni tiegħu. Trid taħseb malajr kemm jista' jkun u l-ħeffa hi kruċjali. Bħala riżultat finali, dak it-tim li jġib 15-il punt jirbaħ il-logħba. Normalment logħba ddum 100 minuta b'50 minuta kull taqsima. Kemm hu popolari dan l-isport fid- dinja? Ultimate Frisbee nista' nqisu bħala sport li qed jikber ħafna minħabba li hu wieħed uniku fil-veru sens tal-kelma. Semmejtlek il-ħeffa u l-aġilità. Dawn l-ingredjenti jagħmluh bħala sport uniku. Fl-istess ħin dan hu sport ta' tim fejn il-kollaborazzjoni u l-għaqda hi importanti sabiex jinkiseb ir-riżultat mixtieq. Ultimate Frisbee hu fil-proċess li jiġi approvat bħala sport olimpiku. Nara li l-iktar kontinenti fejn jintlagħab sew bħala sport huma l-Amerika u l-Ewropa. Kif bdejt tipprattika dan l-isport? Minn dejjem affaxxinajt ruħi minn din il-logħba. Meta kont żgħir kont nipprattika l-basketball fil-belt fejn twelidt jien. Kien ħija li ħajjarni nibda dan l-isport. Madankollu meta sirt naf bl-Ultimate Frisbee, tħajjart nipprattikah u bil-mod il-mod bdejt nikkonvinċi diversi ħbieb li kelli sabiex nippruvawh. Jogħġobni l-fatt li tkun f 'logħba ta' tim aktar milli individwali. Inħobb dik l-emozzjoni li taqsam il-ferħ u d-diżappunti ma' sħabek. U dan il-fattur ħajjarni biex anke nipprova nintroduċi dan l-isport f 'Malta wkoll. Għandi l-pjaċir ngħid li hawn diversi ħbieb anke Maltin li bdew jipprattikaw dan l-isport. Dan kollu jħeġġiġni sabiex nibqa' għaddej sabiex inkabbar dejjem aktar l-għarfien ta' din il- logħba tant oriġinali. Jekk inħarsu lejn parteċipazzjonijiet oħrajn barra minn Malta, anke t-tfal qed jibdew jingħataw aktar opportunitajiet meta jeżistu turnaments għal dawk li jixtiequ jibdew dan l-isport. M'hemmx xi ngħidu jeżistu opportunitajiet għal dawk li qabdu sew it-teknika tal-Ultimate Frisbee. Nemmen li wieħed għandu jimraħfl- attivita' sportiva tiegħu. Ħafna jaħsbu li l-kelma sport hi assoċjata biss mal- futbol. Wara kollox, l-isport mhux futbol biss iżda illum hawn għażla varjata x'wieħed jista' jieħu sabiex jipparteċipa b'mod ħolistiku. Kemm jista' jiġik bħala flus dan l-isport? Ħa ngħidu hekk, m'hemmx xi spejjeż ta' barra minn hawn. Hu veru li meta nieħdu sehem f 'kompetizzjoni internazzjonali trid tħallas l-ispejjeż mill-but iżda l-esperjenza li tieħu hi waħda fenomenali. Bħala lbies hu normali filwaqt li forsi tista' tinvesti f 'żarbun li jiswa €100 li jista' jgħinek fil-ġirja minħabba li din il-logħba hi magħmula minn ħafna movimenti li fuq kollox jgħinu sabiex tantiċipa lill-avversarju tiegħek. X'inhuma l-ambizzjonijiet tiegħek? L-ambizzjoni tiegħi hi li dan l-isport jikber f 'Malta u fuq kollox li niffurmaw tim nazzjonali sabiex inkunu nistgħu nipparteċipaw f 'kompetizzjonijiet internazzjonali. Din il-logħba hi miftuħa mhix biss għall-irġiel iżda wkoll għan-nisa. Inħeġġu wkoll lill- atleti femminili biex jipparteċipaw f 'din il-logħba għax verament tieħu pjaċir. Aktar 'il quddiem, meta jkollna aktar konkorrenza, nixtieq niftaħ dan l-isport mat-tfal. Irrid li l-komunità tal- Ultimate Frisbee tkompli tikber dejjem aktar. Fuq kollox nixtieq nirringrazzja lilek tal-interess li ħadt sabiex tippromwovi dan l-isport li konvint li kapaċi jsir aktar popolari f 'Malta. illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019