Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 mużika u ċinema Is-Soċjetà Filarmonika G. M.Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re ser itella' l-kunċert mużikali tagħha llum l-10 ta' Novembru s-Sala Temi Zammit -Università ta' Malta s- 7:00pm. Il-kunċert ta' din is-sena ngħata l-isem ta' 'De Paule in Concert – Grandioso'. Il-Banda Kristu Re, issa saret magħrufa għal dawn il-kunċerti li ilhom jsiru għal dawn l-aħħar 30 sena. Bħal snin oħra dan il-kunċert se jo ri spettaklu kbir b'esperjenzi mużikali, vokali u viżivi mill-aqwa lil dawk kollha li jattendu! Wara s-suċċess tal-kunċerti li għaddew minn din il-banda snin passata, din is-sena nistgħu ngħidu li ħa jkun wieħed mhux b'inqas. Għal din is-sena ntgħażlet mużika varjata li tmiss ma' kull ġeneru. Minbarra siltitiet klassiċi ta' Beethoven u Strauss, ser tindaqq mużika għall- ewwel darba minn banda Maltija. Din hija biċċa mużika meraviljuża mill- kompożitur spanjol Josè Alberto Pina li għandha tinżel tajjeb ħafna ma' kull min jattendi. Mil-lat kontemporanju se jkun hemm biċċiet mid-diski tal- grupp 'Queen', soundtracks ta' lms, solijiet, mużika Pop u ovjament silta mużikali mill-pinna tas-surmast stess. Fost il-kantanti lokali nsibu lil Kristy Spiteri u Kim Grech. Se tindaqq ukoll biċċa mużika taħt id-direzzjoni ta' Surmast Onorarju li kien id-direttur tal-Banda meta rebħet il-konkors tal- baned, 25 sena ilu. Id-direzzjoni mużikali u artistika ta' dan il-kunċert ser tkun dik David Joseph Sammut, surmast direttur tal- istess banda. Sammut għandu bosta esperjenzi f 'dan il-qasam kemm f 'Malta kif ukoll barra minn Malta fosthom -Italja u Dubaj. Aktar informazzjoni dwar dan il- Kunċert tinstab fuq il-paġna u ċjali tas-Soċjetà fuq Facebook - Soċjetà Filarmonika GM Fra. Antoine De Paule Banda Kristu Re jew fuq il- paġna bl-isem ta' De Paule in Concert – Grandioso. Id-dħul għal dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas iżda jkun apprezzat jekk min jattendi jagħti donazzjoni mad- dħul tal-kunċert b'risq is-Soċjetà. Għal biljetti idħlu: https://www.ticketarena. com.mt/ticket/?event=489061 Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 IT: Chapter Two (15) 13:35, 17:00, 20:25, 23:00 AD Astra (12A) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10, 23:45 Angel Has Fallen (15) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 Angry Birds 2 (U) 11:55, 13:20, 15:30 Dora and The Lost City of Gold (PG) 10:50 13:05, 18:35 Downton Abbey (PG) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 Fast & Furious: Hobbs & Shaw (12A) 13:00, 15:45, 18:30, 21;15 Hustlers (15) 13:40, 16:00, 18:20, 20:40, 23:45 Once Upon a Time in Hollywood (18) 15:20, 20:50 The Informer (15) 11:20, 13:50, 16:15. 18:40, 21:05 The Lion King 2D (PG) 11:55, 13:00, 15:30, 18:00, 20:30 The Weeping House of Qala (15) 11:00, 11:25, 14:30, 16:30, 18:40, 20:55, 23:50 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Hustlers (15) 10:40, 13:40, 16:05, 18:30, 20:55 Downton Abbey (PG) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IT: Chapter Two (15) 10:35, 14:00, 17:45, 21:05 Dora and the Lost City of Gold (PG) 11:00, 13:45, 16:15, 18:30 Good Boys (15) 20:45 Angel Has Fallen (15) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Titilfuhx illejla: kunċert grandjuż fl -università Films fi ċ-ċinema

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019