Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878
11 intervista illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 dejjem sab lili warajh ... dik hi Miriam Vella hija dħulija ħafna. Anke fl-attivitajiet taraha tiltaqa' u titħallat man- nies. Nhar ta' Ħadd, anke għax il-quddiesa fil-Palazz ta' San Anton m'għadhiex issir minħabba l-pandemija, hi flimkien mal- President imorru l-Quddies fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt u jpoġġu bilqiegħda fost in-nies (dejjem fl-istess post) u wara jgħidu kelma magħhom ukoll. Erġajt semmejtilha l-ħajja ta' kuljum fiż- Żejtun. "Meta ninżel iż-Żejtun, xorta mmur s'għand tal-merċa. Għamilt ħabta kont ninżel nhar ta' Tnejn filgħodu," qaltilna. "Jiena nħobb inżomm ħafna kuntatt man-nies. Dik ix-xirja ta' kull filgħodu u dawk il-kelmtejn man-nies kont inħobbhom wisq. Nammetti li kien ikun ferm iktar diffiċli nibqa' ġewwa f 'dawn l-aħħar ġimgħat, kieku kont għadni ż-Żejtun." X'tammira l-aktar f'żewġha? Ġieli bassret li se jkun President? U kieku kellha ssemmi kwalità waħda li tammira fir-raġel tagħha, din xi tkun? "Hemm ħafna. Naħseb l-iktar waħda li napprezza huwa li għandu karattru sod. Jiena għalija għandu ħafna kwalitajiet tajbin. Ma nistax insemmi waħda biss. Fiż-żwieġ u l-ħajja tal-familja sibt ħafna xorti għax kulma nkun nixtieq, b'xi mod, dwejjem ikkuntentani," qaltilna b'għajnejha jixegħlu. Staqsejtha jekk qattx għadditilha minn moħħha li żewġha kien se jkun President ta' Malta. Wieġbet illi qatt ma basret li dan ser ikun il-każ. "Ħaġa waħda se ngħid. Meta rtira mill- politika u ma baqax jaħdem ta' tabib, l-ewwel tliet xhur għaddew. Għamel dak li kien ilu biex jagħmel. Irranġa l-kamra fejn iqatta' ħafna ħin, bajjadniha u biddilna l-għamara. Meta għaddew dawn ix-xhur, kont nara li qed inħoss in-nuqqas tal-ħajja attiva li kellu sa it qabel. Konna noħorġu darba s-Sibt għall-quddiesa u forsi nieklu l-Ħadd f 'nofsinhar. Jiena bqajt għaddejja b'ħajti normali. Bqajt noħroġ. Imma għalih kienet ħajja differenti ħafna minn dik li kien għex sa it qabel. Kważi ssakkar ġewwa. Kien iqatta' ħafna ħin jaqra u fil-ġnien." 'Ninduna meta jkun inkwetat' Tkellimna it fuq il-Presidenza ta' George Vella. Iffaċċja diversi sfidi. Fi it xhur kien hawn kwistjoni politika fil-pajjiż, riżenja ta' Prim Ministru u, dan l-aħħar, anke l-kwistjoni fil-Partit Nazzjonalista, fejn il- President kellu jieħu deċiżjoni importanti dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni. Bosta kienu dawk li kienu qed jistennew il-kelma tal- President, anke biex jagħti direzzjoni, imqar morali, lill-pajjiż. Kienet tinkwieta meta tarah inkwetat? Ġieli talabha parir? Vella saħqet li Dr Vella it li xejn juriha meta jkun inkwetat. "Imma jiena ninduna," kompliet. "Dejjem kont hemm, ma' uliedi, biex inkunu ta' appoġġ għalih, anke fil- mumenti l-aktar diffiċli." Għandha xi ħolma? Staqsejtha jekk għandhiex ħolma u li tixtieq taħdem fuqha biex taraha sseħħ. Bdiet tisħaq li, l-ewwel u qabel kollox, tixtieq ħafna li l-ħajja tirritorna għal dik li kienet qabel. "Kif għidtlek, il-Covid, biddlitilna l-istil tal-ħajja tagħna," tenniet. Iżda l-akbar xewqa ta' Miriam Vella tinvolvi l-fondi biex ikunu jistgħu jgħinu lill- persuni fil-bżonn. "Nixtieq nivvinta, nixtieq naħseb f 'xi ħaġa, li tirrendi l-flus biex inkunu f 'sitwazzjoni li ngħinu lil kulħadd." Fil-fatt, is-Sinjura Vella kienet bdiet taħdem fuq dan il-proġett flimkien ma' grupp ta' nies li kienu qed jiltaqgħu b'mod regolari, bl-attivitajiet kienu qed irendu xi it tal-fondi għall-MCCFF, iżda l-Covid-19 anke hawn ħalla l-effett. "Din il-ħolma tiegħi. Li kull min iħabbat il-bieb b'talba għall-għajnuna, ikun jista' jirċievi l-għajnuna." 'Ħmistax ilu qattajna ġurnata l-familja kollha wara ħafna ġimgħat' U t-tfal u n-neputijiet, ikollhom ċans imorru Sant'Anton? Jistgħu jqattgħu ħin bħala familja? "Dażgur li iva, imma din is- sena kemm l-Għid, kemm Jum l-Omm, u anke l-birthday ta' George inzertaw meta konna magħluqa ġewwa. Għall- birthday, it-tfal kellmuh fuq Skype. Tlifna ħafna okkażjonijiet. Ħmistax ilu ltqajna lkoll għall-ewwel darba hawn wara ħafna ġimgħat. Qattajna ġurnata flimkien. Illum il-familja tgħodd l-20. In-neputijiet kollha bil-boyfriends u l-girlfriends. Il-ħajja tinbidel. Konna niltaqgħu Ħadd iva u Ħadd le għandi d-dar. Kont insajjar għal riġment," irrakkontatilna b'xi it ta' nostalġija wkoll. 'Il-mara tasal fejn trid' Tkellimna wkoll fuq l-irwol tan-nisa fis-soċjetà. "Ħa nibda billi ngħidlek din," waqqfitna fil-pront. "Fis-Segretarjat tagħna, l-irġiel qegħdin fil-minoranza. Kulħadd għandu jiġi stmat għall-kapċitajiet tiegħu, irrilevanti jekk mhux mara jew raġel. George u jiena dejjem hekk emminna, u anki lill- uliedna u n-neputijiet hekk tellajnihom jaħsbu." Kien hawn li appellat lin-nisa kollha, speċjalment lit-tfajliet, biex ma jaqtgħux qalbhom. "Kelli bżonn ġejt fiż-żmien tal-lum għax kieku żgur kont inkun mara ta' karriera. Anke lil min hu mħajjar għall-politika, jiena ma naqtagħlux qalbu ... Jiena nemmen li l-mara tasal fejn trid," insistiet. Ħaditna lura fiż-żmien. Tirrakkonta kif kienet tieħu l-inizjattiva li tistieden lill- kollegi tar-raġel tagħha kollha d-dar biex tibni dak l-ispirtu ta' koperazzjoni u ħbiberija li għandu jkun hemm f 'kull grupp. "Kont nipprova nkun attiva kemm nista' u nagħmel mill-aħjar li nista'," qaltilna. Vella faħħret ukoll inizjattivi li ħa l-Parlament Malti, bħal pereżempju l-ħinijiet tal-laqgħat, biex jgħin lid-deputati ommijiet u missirijiet ikollhom il-ħin tagħhom mal-familja u t-tfal u appellat biex anke l-kumpaniji jieħdu dan l-eżempju. "Lin-nisa ma naqtagħlhom qalbhom xejn. Il-pajjiż għandu bżonnkom," appellatilhom. Nirringrazzjak George Fl-aħħar tal-intervista, ħallejna kollox f 'idejn is-Sinjura Vella biex twassal il-messaġġ tagħha lill-President Vella. Il-messaġġ tagħha kien wieħed qasir, iżda deher ħiereġ minn qalbha: "Kompli kif inti sejjer. Jiena dejjem emmint fik. Nirringrazzjak tar-rispett li dejjem ġibtli u tal-ħajja sabiħa u mimlija ferħ li tajtni." RITRATT: MEĦUD MINN JAMES BIANCHI