Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni L-Edukazzjoni: fiċ-ċentru tal-prijoritajiet tal-Gvern IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol W aqt il-laqgħa storika tal-kabinett li kellna fil-Kamra tal-Kum- merċ dil-ġimgħa, ħareġ ċar kemm l-edukazzjoni hija waħda mill-prijoritajiet ta' dan il- Gvern. Anzi huwa settur li l-gvern iqisu bħala wieħed mill-pilastri li flimkien ma' oħrajn qed jibni l-viż- joni ekonomika tiegħu fil-mudell ekonomiku ġdid li kien ippreżentat waqt din il-laqgħa. Laqgħa li kienet l-ewwel waħda li saret fil-bini tal-Kamra tal- Kummerċ. U kienet laqgħa li turi kemm dan il-Gvern huwa gvern li jiddjaloga, jisma' u fuq kollox jiem u jattwa. Matulha l-Prim Ministru fiehem li llum il-gvern għandu esperjenza biżżejjed biex jipproponi mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq prinċipju ta' kwalita' ta' ħajja aħjar. Din il-viżjoni ntlaħqet b'kummenti pożittivi ħafna mir-rappreżentanti tal-Kama tal-Kummerċ u wrew b'mod ċar ħafna li kienu totalment abbord bl-għanijiet u l-mudell ekonomiku nnifsu. F'din is-sessjoni l-Prim Ministru elenka l-bażi li fuqha l-gvern qed jaħdem biex nibnu fuq it-tajjeb u nirranġaw fejn seta' sar aħjar. Bażi li hija mibnija fuq ħames punti ta' prinċipju: Governanza tajba; Tkabbir ekonomiku għal kwalità ta' ħajja aħjar; Edukazzjoni għal ekonomija b'saħħitha fit-tul; Titjib fl-infrastruttura ta' Malta u Carbon neutral sal-2050 b'miri intermedjarji kull 10 snin. Bħala l-Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni, huwa ovvju li se nagħti prijorità lill-dan is-settur f 'din il-ħarsa lejn dawn il-punti. L-Edukazzjoni, marbuta max-Xogħol, hija waħda mill- pedamenti ewlenin li fuqha hija bbażata kull soċjetà, mhux l-inqas is-soċjetà Maltija u Għawdxija. Hija l-qofol ta' ħajjitna. Mingħajr edukazzjoni l-ebda individwu ma' jimxi l-quddiem, kemm fil-ħajja personali tiegħu u wisq anqas fil- komunità. L-ebda pajjiż ma jista' jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli mingħajr investiment sostanzjali fl-edukazzjoni u fil-kapital uman, li jimxu id f 'id. Hija l-edukazzjoni li tarrikkixxi l-qagħda ta' kull wieħed u waħda minnha u twassalna biex intejbu l-kwalità ta' ħajjitna. U l-kwistjoni fundamentali ta' dawn il-ħames pilastri ewlenin hija propju dik li m'hemm għan fi tkabbir ekonomiku jekk aħna, bħala soċjetà, ma ngħixux ħajja aħjar. Naqbel, iva, għalhekk li s-settur tal-edukazzjoni huwa kruċjali għal viżjoni medja u fit-tul ta' pajjiżna. L-edukazzjoni twassalna għal ekonomija b'saħħitha fit-tul. Huwa għalhekk li rridu nħarsu sew lejn dan is-settur, nibnu fuq dak li sar tajjeb, imma rridu naraw ukoll li nġedduħ u mmexxuħ 'l quddiem. Irridu ħsieb profond tas-sistema edukattiva tagħna. Għaliex? Kif intqal waqt il-laqgħa, fis-sistema edukattiva tagħna m'aħniex qed nippreparaw lit- tfal tagħna biżżejjed biex ikunu ppreparati fil-Matematika, Xjenzi u ekonomija diġitali li huma l-qafas tal-viżjoni tal-gvern għall- ekonomija li toħodna għall-ħamsa, għaxra u għoxrin sena oħra. Għandna sistema edukattiva li ilha tinħema snin twal. Imma s-sistema edukattiva tagħna sal-lum ma ħasbitx biżżejjed fil-bogħod. F'dinja li dejjem qed tinbidel, il-prijoritajiet jinbidlu wkoll. F'kull qasam. U għalhekk wieħed irid janalizza kull qasam u kif dan ikun qed ikun magħġun għall-bżonnijiet ta' uliedna li qed jgħixu f 'dinja moderna, id f 'id mal- viżjoni tal-ekonomija tal-pajjiż. U huwa għalhekk li fis-snin li ġejjin l-enfasi tal-ekonomija ta' pajjiżna trid teħodna biex nippreparaw l-istudenti tagħna f 'oqsma bħal Life Sciences, robotics, coding, infrastruttura ta' IT, soware development, Intelliġenza Artifiċjali, Cloud Computing, Quantum, Cyber Security u Industrija 4.0. Irridu nimu wkoll li dawn m'humiex ħarsa lejn il-futur, għaliex dawn kollha huma propju dak li qed iseħħ bħaissa fid-dinja ta' madwarna, f 'pajjiżna - qed iseħħu bħalissa fl-oqsma tal-manifattura u industriji ġodda li diġà qed jirnexxielna nattiraw lejn Malta. Minn din il-viżjoni joħroġ l-importanza ta' fejn irridu mmorru. Għandna bżonn ħsieb iktar profond fuq l-edukazzjoni tagħna u se naħdmu bħala gvern biex naraw li nibqgħu nimmodernizzaw l-infrastruttura edukattiva, imma mhux biss dik tal-ġebel u l-bini, li hija mportanti wkoll, imma b'mod partikolari tas- sustanza ta' kif qed nippreparaw l-edukaturi tagħna, u l-istudenti tagħna. Għalhekk il-mira tal- Gvern issa hija dik li jimodernizza l-infrastruttura edukattiva ta' pajjiżna, b'mod partikolari ta' kif qed jiġu preparati l-edukaturi u l-istudenti. L-enfażi hija fuq tkabbir ekonomiku għal kwalità ta' ħajja aħjar. Tkabbir sostenibbli li jwassal għal xogħol ta' kwalità, iktar ħin ta' kwalità għall-familji u soċjetà iktar ħanina ma' dawk li qed jaqaw lura. Dwar Governanza nirrepeti dak li qal il-Prim Ministru, li governanza tajba hija ċentrali għal ekonomija f 'saħħitha. Għall-kummerċ u l-business, il-korruzzjoni mhux aċċettabbli fl-ebda livell. In-negozju jrid level playing field u dan jista' jiġi biss b'governanza trasparenti. Żewġ prinċipji oħra li fuqhom qed nimxu bħala gvern huma t-tisħiħ tal-infrastruttura u wkoll il-kwalità tal-arja li nieħdu. Hawnhekk il-gvern irid jasal lejn pajjiż li jkun Carbon Neutral sas- sena 2050 b'miri intermedjarji li jintlaħqu fl-2030, fl-2040 u jwasslu sal-2050. Għalkemm bħala pajjiż imxejna 'l quddiem, imma rridu wkoll nirrikonoxxu, kif qal il-Prim Ministru, li dak li għamilna sa issa mhuwiex biżżejjed. L-ambjent huwa l-iktar parti kruċjali ta' dan il-pjan. Waqt din il-laqgħa tkellimna wkoll dwar diversi suġġetti oħra, fosthom l-importanza li n-nisa jkunu fiċ-ċentru tal- potenzjal ekonomiku ta' pajjiżna u li fi rwoli ekonomiċi importanti pajjiżna jkollu iktar nisa li jieħdu d-deċiżjonijiet. Kif qal il-Prim Ministru, ma jiswa' xejn li jkollok tkabbir ekonomiku, jekk is-soċjetà ma tkunx qed tgħix aħjar. Jekk se jkollna tkabbir ekonomiku, mingħajr il-ħarsien tal-kwalità tal-ħajja, allura ma jiswa' xejn. Għaliex ma jistax ikollok pajjiż ekonomikament b'saħħtu jekk in- nies ma jkunux qed jgħixu aħjar. U preċiżament, f 'dawn il-ħames punti ta' hawn fuq, hemm fattur komuni wieħed. Nersqu lejn kwalità ta' ħajja aħjar permezz ta' din il-viżjoni ekonomika l-ġdida. Ikun inutli li jinkiseb tkabbir ekonomiku sakemm dan ma jissarrafx fi kwalità ta' ħajja aħjar. Kwalità ta' ħajja aħjar għandha dejjem tkun prijorità għal kulħadd. Għandna sistema edukattiva li ilha tinħema snin twal. Imma s-sistema edukattiva tagħna sal-lum ma ħasbitx biżżejjed fil-bogħod. F'dinja li dejjem qed tinbidel, il- prijoritajiet jinbidlu wkoll.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020