Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 'Meta ma jkollokx l-awtorità morali ma tistax tgħid lil ħaddieħor biex isegwik' Il-kandidat prospettiv għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, jisħaq li anke jekk hu jsir Kap, Adrian Delia jista' jkun parti mis-soluzzjoni biex il-Partit Nazzjonalista jingħaqad YENDRICK CIOFFI Il-kandidat prospettiv għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, insista li jekk ikun elett Kap tal-Partit Nazzjonalista kapaċi jġib lura fil-PN "l-awtorità morali" li hemm bżonn biex jgħaqqad lill-Partit. Grech qal dan, meta aktar kmieni din il-ġimgħa, żar il-kamra tal-aħbarijiet ta' MediaToday biex jiddiskuti magħha l-viżjoni tiegħu għall-Partit Nazzjonalista u għall- pajjiż. Mistoqsi dwar il-problemi li Delia sab ma' wiċċu, biex jgħaqqad warajh lill-Grupp Parlamentari u x'se jagħmel hu jekk ikun hemm Deputati li anke lilu ma jaċċettawhx, Grech insista li hu mhu se jiċċensura lil ħadd. "Jekk ma għandekx l-awtorità morali ma tistax tgħid lil ħaddieħor biex isegwik ... Il-prijorità tiegħi se tkun li niġbed ir-rispett ta' kulħadd, mhux permezz taċ-ċensura imma bil-persważjoni," insista Grech. Meta mistoqsi dwar jekk Delia hux se jkollu rwol fil-Partit Nazzjonalista, mhux sempliċiment Deputat, Grech ma ċaħadx li lest joffrilu kariga. "Delia jista' jkun parti mis- soluzzjoni," insista. Kien hawn li Bernard Grech qal li kemm fil-kampanja tiegħu, iżda anke jekk ikun elett Kap tal-Partit Nazzjonalista, mhux se jkun qed jaċċetta kliem dispreġġattiv, la fuq Adrian Delia u lanqas fuq ħadd. "Ninsab fiduċjuż li se jirnexxilna ningħaqdu. Naħseb li diġà beda jirnexxili nagħmel dan," kompla Grech. Insista li meta kien mistieden biex jindirizza l-velja għal Daphne Caruana Galizia, mill- organizzazzjoni Repubblika, filwaqt li kien voċiferu kontra l-korruzzjoni, appella għall- għaqda u l-persważjoni u mhux għall-attakki. Bernard Grech se jkun kap interim? Tul id-diskussjoni informali li kellu mal-ġurnalisti tal- MediaToday, Bernard Grech ċaħad suġġerimenti li hu se jkun sempliċiment Kap interim, li sempliċiment se jaqla' lil Delia, jieħu l-PN għall-elezzjoni ġenerali, jitlia u kif jistipola l-istatut, minnufih ikollu jmur mill-ġdid għall-Elezzjon tal-Kap. "Jiena ma nemminx f 'nofs miżuri ... jiena qiegħed hawn biex nibqa'," saħaq Grech. Insista wkoll li l-pressjoni biex jikkontesta din l-elezzjoni, ma kinitx ġejja minn ħdan il-Partit Nazzjonalista imma mingħand ħafna nies minn barra l-Partit. Saħaq li t-talbiet ilhom ġejjin mill-2017, jiġifieri mill-aħħar elezzjoni ġenerali. "Jiena ddeċidejt li nikkontesta mingħajr ħadd ma għamilli kundizzjonijiet," kompla jisħaq. 'Ma tistax titkellem fuq il- governanza, qabel titkellem fuq il-ħobż' Meta kien mistoqsi dwar il-viżjoni tiegħu għal Malta, Bernard Grech insista li "l-bniedem irid ikun dejjem fiċ- ċentru" u li ħadd ma għandu jintuża "bħala ċavetta biex ħaddieħor isir sinjur." Kien għalhekk li, fi kliemu, anke jekk il-PN se jibqa' dejjem voċiferu kontra l-korruzzjoni, ma jistax jitkellem fuq il- governanza qabel ma jitkellem fuq il-ħobż. "It-tnejn li huma importanti, iżda ma tistax titkellem ma xi ħadd li huwa bil-ġuħ, jew li qed jibża' li jispiċċa bla saqaf fuq rasu dwar il-governanza t-tajba. In-nies iridu soluzzjonijiet għal dawn il- problemi ta' kuljum u ma tistax tgħidilhom li l-governanza t-tajba eventwalment se ssolvilhom il- problemi kollha," insista. L-abort u l-housing Ma' Grech, tkellimna wkoll dwar kwistjonijiet jaħarqu, inkluż l-abort. Minnufih insista li hu kontra l-abort iżda saħaq li ma jistax iwaqqaf id-diskussjoni. "Ma rridx li noqtlu t-trabi. Min irid li noqtlu t-trabi? Iżda ma nistax ninjora d-diffikultajiet ta' dawk li jsibu ruħhom f 'dawn iċ- ċirkostanzi," insista Grech. Mistoqsi wkoll dwar is-suq tal-proprjetà, inkluż tal-kirjiet, Bernard Grech saħaq li ma jaqbilx li l-Istat għandu jindaħal, iżda spjega wkoll li l-irwol tal-Istat għandu jkun li jżid il-properjetajiet affordabbli, b'mod partikolari fil- qalba tal-irħula. Insista li dan, eventwalment, se jkun qed ibaxxi l-kirjiet. "Taf kemm hawn propretajiet vojta?" kompla jistaqsi. In-nofsinhar tal-pajjiż u l-Partit Nazzjonalista Mhux sigriet li l-Partit Nazzjonalista it li xejn għandu appoġġ fin-nofsinhar tal-pajjiż u kollox jindika li l-appoġġ kulma jmur qed jonqos. Grech, li huwa minn Raħal Ġdid u ta' età żgħira mar jgħix Birżebbuġa, insista li huwa konxju ta' dan u kkritika gvernijiet nazzjonalisti li ma investewx biżżejjed fin-nofsinhar tal-pajjiż. "Il-Partit Nazzjonalista ma investix biżżejjed u ma indirizzax biżżejjed il-bżonnijiet tar- residenti tan-nofsinhar," insista Grech waqt li rrakkonta kif jiakar il-Freeport jinbena u jikber, sakemm fi kliemu "daħal fl-istonku ta' Birżebbuġa." Saħaq li l-PN irid ikun aktar konxju tal-bżonnijiet tar- residenti tan-nofsinhar tal-pajjiż. "Armejnilhom il-valur tal- proprjetà. Storbju u light pollution il-ħin kollu. Narmu l-Freeport? Le. Imma ma investejnix biżżejjed fihom," insista. Mill-banda l-oħra, semma wkoll proġetti li l-Partit Nazzjonalista għamel fin-nofsinhar tal-pajjiż, foshtom il-Park tal-Familja f 'Wied il-Għajn u li fi kliemu, Gvern Laburista abbanduna għax ma għamilhomx hu. Intant, fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif tikkarga l-kampanja għall-elezzjoni tal-Kap tal- Partit Nazzjonalista, il-gazzetta ILLUM se tkun qed twasslilkom intervisti mal-kandidati, artikli ta' analiżi u anke rapporti dwar dak li jkun għaddej u qed jintqal tul il-kampanja. Ma tistax titkellem ma' xi ħadd li huwa bil-ġuħ, jew li qed jibża' li jispiċċa bla saqaf fuq rasu dwar il-governanza t-tajba. In-nies iridu soluzzjonijiet għal dawn il-problemi ta' kuljum u ma tistax tgħidilhom li l-governanza t-tajba eventwalment se ssolvilhom il-problemi kollha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020