Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 kultura IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 • illum Karmelitan ġeneruz li ħalla ħajtu għal- batut Alfred Mercieca twieled Santa Venera fit- 23 ta' April 1938 min Anthony u Antonia Mercieca. Tgħammed fis – 26 ta' April fil- knisja Parrokjali ta' Santa Venera. F'dak iż- żmien Malta kienet tinsab għaddejja min żmien il – gwerra u kien għalhekk li bata il- faqar u ċ- ċaħda. Mar l – iskola primarja tal- Hamrun u min hemm irnexxielu jidħol fl- iskola Sekondarja Mariano - Apostolica li twaqqfet mill- Provinċja Karmelitana Maltija ġewwa l- Belt. Iżda fis- sena 1952 l- iskola ġiet trasferita għax – Chateau Lonz f 'Santa Venera fejn ingħatat l- isem ta' Mount Carmel College, u Alfred issieħeb mal- istudenti f 'din l-iskola u kompla jissaħħaħ fil- vokazzjoni tiegħu għax kien midħla ħafna tal- patrijiet. Wara li spiċċa mis- sekondarja fis – sena 1953, issieħeb bħalha novizz fit- 23 ta' Settembru tas- sena 1954. Huwa g]amel il – vestizzjoni fil- Kunvent tal- Imdina fit- 3 ta' Ottubru, 1954. Kellu bħalha Surmast lil- Patri Pawl Gatt O.Carm, u għamel l-ewwel professjoni tiegħu fid- 9 ta' Ottubru 1955 flimkien ma' tlett novizzi oħrajn, f 'idejn il- Pirjol Provinċjali Patri Karm Vella O.Carm u tawh l-isem ta' Valerjan. Wara l- professjoni niżel fil- Kunvent tal- Balluta biex studja l – Filosofija bejn il-1955 u l-1957, u t- Tejoloġija bejn il – 1957 u l-1961 fil- kulleġġ San Ċirillu. Għamel il- professjoni Solenni fis – 7 ta' Mejju 1959 f 'idejn il- Pirjol Provinċjali Patri Karm Vella O.Carm fil – knisja tal- Balluta. Irċieva l- Ordni Minuri bejn l- 1959 u l-1960, u ordna saċerdot fis- 27 ta' Mejju 1961 bit – tqegħid tal- idejn minn Mons Arċisqof Mikiel Gonzi flimkien ma Patri Karm Ferrante O.Carm li kienu l-ewwel żewġ saċerdoti Karmelitani li ordnaw fil – Bażilika tal- Belt. Kien iħobb il- ħidma mal-fqar u ħass is- sejha missjunarja meta kien għadu student għax xorob l- ispirtu missjunarju li l- patrijiet kienu qedgħin ixerdu mis – snin tletin sal- erbgħin. Tmien xhur biss wara l- Ordinazzjoni ħalla l – Komunita tal- Fgura u ta' 24 sena ħalla Malta u wasal fil- Kunvent ta' Tarija, u fis- sena 1964 mar f ' Belt oħra f 'Tingo fil – Provinċja ta' Arequipa fil – Peru fejn il- patrjiet kienu waqqfu l-ewwel missjoni fis- sena 1949. Dam it xhur u mar Camana fil- Peru ukoll, u dam sal – 1965. Wara telaq lura Bolivia, u dam sas- sena 1979. Barra x- xogħol Pastorali wettaq diversi xogħlijiet oħra bil- ħidma favur il- fqar. Bejn l-1967 u l-1968 kien segretarju tal- Universita Kattolika San Pablo u f 'isem in – Nunzju Appostoliku Carmine Rocco, kiteb lill- diversi kumpaniji u nies tan – negozju, biex jitlob boroz ta' studju għall- ulied il- ħaddiema fqar li kienu jaħdmu fil- minjieri. Kien ukoll Kumissarju Provinċjali, Pirjol, Kappillan. Membru tal- Kunsill Presbiterali u tal- Kunsill Djoċesan għal – Lajċi kif ukoll vigarju u konsulent tal- Arċisqof Jorge Manrique Hurtado għall- Pastorali. Fiż- żmien id- dittatur Hugo Banzer bejn il- 1971 u il- 1979 għadda min żmien diffiċli fil- Pastorali għal tmien snin sħaħ minħabba li kellu spiji u kien segwit mill- aġenti sigrieti u militari tal- gvern u saħansitra min xi saċerdoti li kienu jappoġaw lill- Banzer. Madankollu P. Valerjan dejjem baqa qrib tal- foqra għax kien il- koordinatur tal- komunitajiet Ekklesjali "di base", li kienu jħaddnu it- Tejoloġija tal- liberazzjoni. Sofra għejja fiżika u mentali li ħallew effett ħażin fuq saħħtu u kellu jinżel Malta fis- sena 1979 wara sbatax il- sena xogħol. Iżda qalbu baqgħet marbuta mal – inġustizzja mad- diskriminazzjoni u ma' vjolenza ħarxa fuq il- fqar, u minħabba dan ix- xokk kulturali ma' setax jadatta ruħu għal – ambjent Malti u fil- bidu tas- snin tmenin għex fil- komunitajiet ta' Santa Venera, l- Imdina u l- Balluta. Fl- aħħar tas- sena 1985 reġa mar il- missjoni din id- darba mal- Patrijiet Karmelitani ta' Recife fil- Provinċja ta' Pernambuco fejn kellu l – formazzjoni tal- istudenti. Ħawnhekk ukoll P. Valerjan kiteb u kkompona żewġ innijiet bil- Portugiz li saru popolari ħafna fl- Amerka Latina kollha u għadhom jitkantaw sal- ġurnata tal-llum. Qabel ma' ħalla Malta kien ukoll l – President tal- Kummisjoni Provinċjali fil- Beatifikazzjoni ta' Titu Brandsma fejn ħadem qatigħ biex ikun magħruf mal- poplu Malti kollu matul is- sena 1984. Wara l- Brażil fis- sena 1987 P. Verlerjan ħadem it xhur mal- Missjunarji Karmelitani fil – Kolombja f 'Meddelin taħt theddid serju għax flimkien ma' saċerdoti oħrajn kien jeħodha qatta bla ħabel kontra l- inġustizzji soċjali. F 'Lulju tal- istess sena, l- Isqof ġdid ta' La Paz il- Franġiskan Luis Sáinz Hinojosa talbu biex jieħu f 'idejħ il- komunitajiet Ekkleżjali "di base" fejn baqa għal- aktar min 20 sena sas- sena 2006. Dawn kienu it- tweġiba tal- knisja fl- Amerika Latina għal għejxien tal – fidi aktar evanġelika u kredibli. Barra li P. Valerjan kien ħa hsieb il- komunitijiet fid- djoċesi ta' La Paz li kienet tgħodd il- fuq min 2 miljun ruħ f 'dan l- istess żmien beda jamministra fid- djoċesi l- ġdida ta' El Alto b' popolazzjoni ta' madwar nofs miljun ruħ. Reġgħu ħadu pussess tal- knisja u l- Kunvent f ' La Paz li għamel xi żmien jitmexxa mid- djoċesi. Patri Valerjan stinka ħafna biex ixerred id- devozzjoni lejn il- Madonna ta' Fatima. Għalhekk ħabbrek biex organizza il- Parroċċa tal- Karmelitani Maltin f ' La Paz, li hija ddedikata lill- Madonna ta' Fatima. Ħa ħsieb ir- restawr ukoll ta' din il –knisja li hija Santwarju Nazzjonali u stinka għal – vokazzjonijiet Karmelitani. Bl- inizjattiva tiegħu l- Provinċja Maltija Karmelitana kellu żewġ Postulanti li kien is- surmast tagħhom. Kien ukoll Direttur Spiritwali tas- sorijiet tar- Ragħaj it – Tajjeb, kif ukoll għalliem fl – Ispiritwalita ġewwa l- fakulta tat – Tejoloġija fis – seminarju ta' La Paz. Wara li saħħaħ il- Kunvent ta' La Paz billi rawwem fih reliġjużi Bolivjani fis –sena 2005, erħielha lejn Santa Cruz de la Sierra, belt popolata u industrijalizzata fil- Bolivia, biex iniedi proġett ta' dar oħra, iżda din il- ħolma ma seħħitx minħabba nuqqas ta' saħħa. Għalhekk fis – sena 2008 reġa ngħaqad mal-komunità ta' Tarija biex jirkupra saħħtu. Ħadem dan iż- żmien biex waqqaf komunità ta' lajċi Karmelitani li jkunu jgħixu f 'eremitaġġ fil-periferija ta' Tarija u jgħixu ħajja awto-sostenibbli. Dan il- proġett ssejjaħ Living with Dignity bil għan li l-ewwel jiġbor flimkien persuni mwarrba mis-soċjetà, u jofrilhom biċċa art fil-kampanja biex ikunu jistgħu jkabbru l-ikel meħtieġ, u t-tieni, li jrawwem fihom valuri nsara ta' solidarjetà u għaqda intima ma' Alla skont il-ħajja spiritwali Karmelitana. Meta ġie Malta, stinka biex jiġbor il- flus għal dan il- proġett. Fis sena 2011, xtara biċċa art madwar 10km 'il barra minn Tarija biex jibni d-dar il-ġdida u li jsir jaf ir-raħħala tal-viċin. Fis sena 2013 P. Valerjan niżel Malta, u wara xahrejn talab li jmur fid- djoċesi ta' Karonga fil-Malawi. Bil- permess tal-Provinċjal P. Michael Farrugia O.Carm., tella miegħu ħwejjeġ u oġġetti sagri biex jitqassmu fil-Malawi. Fil-2015 reġa' ġie Malta u għamel talba oħra biex jissieħeb f 'Tucumán, fl- Arġentina, iżda dam biss it xhur għax marad. Izda fis- sajf tas- sena 2019 għamel talba oħra biex imur fil- Peru fil- Prelatura tal- Isqof Ġiovanni Cefai MSSP ta' Santiago Apóstol de Huancané. Ħadem għal it xhur fid- distrett ta' Putina Punco, viċin il – foqra fiż – żmien tal – Covid 19. Hu għadda għall-ħajja ta' dejjem nhar is- Sibt l- ewwel ta' Awwissu 2020 fil- 11 pm u l- quddiesa tal – funeral saritlu mill- Isqof Cefai u ndifen fit- 3 ta' Awwissu fiċ-Ċimiterju La Capilla ta' Juliaca. Hawn Malta, saret quddiesa għar- ruħu fil- knisja Parrokjali tal – Balluta li tmexxiet mill-Provinċjal P. Joseph Saliba O.Carm., waqt li niseġ l-omelija il-Pirjol P. Charles Mallia O.Carm. Agħtih O Mulej il – mistrieħ ta' dejjem. Ir-relikwa ta' sieq Santa Marija Maddalena P. HERMANN DUNCHAN O.CARM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020