Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 Alex Agius Saliba Alex Agius Saliba huwa Ewroparlamentari tal-Partit Laburista It-tixrid ta' informazzjoni żbaljata I l-pandemija tal-COVID-19 laqtet lil aktar minn għoxrin miljun persuna madwar id-dinja u ħasdet il-ħajja ta' madwar sebgħa mija u ħamsin elf persuna f 'anqas minn tmien xhur. Minkejja li bosta pajjiżi madwar id-dinja, fosthom Malta, kienu bdew jirkupraw u jikkontrollaw it-tixrid tal-virus, matul ix- xhur ta' Lulju u Awwissu sfortunatament erġajna rajna żidiet sostanzjali fin-numri ta' kazijiet ġodda madwar id-dinja, li għalkemm kienet mistennija, xorta waħ- da hija daqqa ta' ħarta kbira. Bla dubju ta' xejn, din il-pandemija kollha kemm aħna affettwatna b'xi mod jew ieħor, kollha kemm aħna ġejna konxji ta' dak li nagħmlu u xi it jew wisq, kulħadd qed jagħti aktar kas minn qabel tal-iġene. Pero' mhux kulħadd jirreaġixxi l-istess f 'mumenti bħal dawn; hawn ħafna li din il-pandemija affettwathom ferm aktar milli naħsbu. Kellna nies li tant ħakmithom il-biżgħa li ser jiġu nfettati bil-COVID-19, li spiċċaw tilfu ħajjitom għaliex ma marrux fil-polikliniċi biex jagħmlu testijiet ta' rutina li jsiru perjodikament, jew inkella ma marrux l-isptar għal interventi urġenti meta ħassew uġigħ mhux tas- soltu. Barra minn dawn il-każijiet għandna wkoll bosta oħrajn li qed ibagħtu fis-skiet. Hawn ħafna nies madwarna li jesperjenzaw anzjeta' u sintomi ta' dipressjoni, u dan il-perjodu kien kiefer għalihom ħafna aktar milli kien għal persuni oħrajn. Matul din is-sena żdiedu ferm il- każijiet ta' mard tas-saħħa mentali u sfortunatament għad hawn min ma jistax jiem li t-tixrid ta' bizgħa u aktar minn hekk, it-tixrid ta' informazzjoni żbaljata, qarrieqa u ta' nofs verita' qiegħed jagħmel ħafna ħsara. Mhux ġust li persuni li qegħdin ixerrdu din l-informazzjoni jibqgħu jagħmlu hekk a skapitu tal-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjeta' tagħna u għalhekk nemmen li għandha tittieħed azzjoni mill-aktar fis possibbli sabiex jieqfu dawn l-okkurrenzi li issa saru xi ħaġa ta' kuljum. Għandha tittieħed azzjoni wkoll b'mod speċjali sabiex jintbagħat messaġġ ċar li mhux aċċettabbli li jinxterdu xniegħat u aħbarijiet foloz sabiex dak li jkun jallarma u joħloq paniku fost il-pubbliku. Min jagħmel hekk għandu jerfa' r-responsabbilta' u jaffaċċja l-ġustizzja sabiex iħallas ta' għemilu u jiġi assigurat li ma tibqax issir aktar ħsara. F'dan il-pajjiż qed naffaċċjaw wkoll pandemija ta' problemi ta' saħħa mentali li irridu wkoll naraw kif ser nikkuraw. Aħna wkoll għandna responsabbiltà li naraw li ma jkunx hemm tixrid ta' informazzjoni żbaljata. Għandna dejjem nivverifikaw informazzjoni li nkunu rċivejna u naraw li ma nkunux pronti nibdew inxerrdu aħbarijiet, speċjalment dawk relatati mal-COVID-19, kif ġie ġie, b'mod speċjali fuq il-mezzi tal-midja soċjali fejn l-informazzjoni tiġri daqs in-nar. Inħeġġeġ lill-pubbliku biex jibqa' jżomm kalm iżda fl-istess ħin ikun kawt f 'għemilu u jkun responsabbli billi jsegwi d-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet tas-saħħa. Irnexxielna nikkontrollaw il-firxa l-ewwel darba u nistgħu nerġgħu nagħmlu dan bħala pajjiż jekk nibqgħu nkunu ubbidjenti u responsabbli. Ejja nkunu magħqudin wara l-awtoritajiet responsabbli, inħalluhom jagħmlu xogħolhom u nirsistu fl- istess ħin biex inwaqqfu dawn l-ispekulazzjonijiet li m'huma jagħmlu l-ebda ġid. Għandha tittieħed azzjoni wkoll b'mod speċjali sabiex jintbagħat messaġġ ċar li mhux aċċettabbli li jinxterdu xniegħat u aħbarijiet foloz sabiex dak li jkun jallarma u joħloq paniku fost il-pubbliku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020