Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878
09 illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 analiżi ċittadini bħala kollettiv. F'kuntest ikkaratterizzat minn klijenteliżmu qawwi, Il-massa tispiċċa f 'individwi f 'ġirja għal-laħma, bil-parrinu jżid iċ- ċilindrat u s-saħħa tal-magna ta' wħud mill-atleti/klijenti fit- tiġrija. Bil-klijenteliżmu, is- solidarjetà tiddawwar f 'tiġrija bejn l-individwi, u t-tiġrija ssir parodija atletika. Biċ--ċittadini weħidhom, f 'kompetizzjoni ma' ċittadini oħra, jiddgħajfu l-possibilitajiet ta' kif iċ-ċittadini jipparteċipaw fis-socjetà b'risq il-ġid komuni. L-individwi jmorru jħabbtu l-bieb tal-parrinu għall-kwiet; il- politika ssir kuntratt individwali bejn il-politiku-klijent u l-klijent b'saħħa politika. Sakemm il-parrini politiċi jħossuhom komdi jħaddmu l-ingranaġġ tal-klijenteliżmu, u jsibu biżżejjed klijenti sabiex jerġgħu jiġu eletti, is-sistema hija garantita għax ċirkolari. Sistema li tant hi trasparenti u eġemonika li n-nies ma jiddejqux juru l-appoġġ materjali fil-pubbliku, kultant b'ċekkijiet ħoxnin, qrib fiż-żmien ta' xi laħma li jkunu għadhom kif akkwistaw. Filwaqt li l-klijentiliżmu huwa dejjem abbużiv, il-fenomenu jsir perikoluż meta l-klijent huwa kriminal jew organizazzjoni kriminali. Internazzjonalment, ġurnalisti kuraġġjużi, u kriminali li spiċċaw xhieda tal-istat, tawna ħafna informazzjoni dwar kif jaħdem il-klijenteliżmu fid- dlam tal-kriminalità. Fil-kuntest Taljan, per eżempju, hemm biżżejjed informazzjoni biex inbniet narrattiva fattwali ta' intimità bejn il-mexxejja tal- maa u l-politiċi li għandhom il-mezzi biex jaqdu lill-mauż. B'ingann u prepotenza, tal- ewwel jorganizzaw l-voti u tal- aħħar jakkwistaw l-privileġġi lill-mauż, inklużi interventi mal-pulizija, qrati jew ħabsijiet. Il-messaġġ lill-politiku onest huwa ċar - jekk m'għandekx x'toffri, warrab jew inwarbuk. Hekk kif dan id-dramm inkiteb u sar pubbliku, f 'għajnejn in-nies ma fadalx istituzzjoni waħda kredibbli li kapaċi tiffunzjona f 'isem iċ-ċittadini onesti. Il-klijenteliżmu, fil-forom differenti tiegħu, huwa ġlata li tnawwar l-moralità pubblika u l-istituzzjonijiet li nbnew biex iħarsuha. Fil-kuntest Malti, prosekuzzjonijiet ċelebri mill- passat, u d-dramm li qiegħed jiżviluppa fil-qorti b'rabta mal- qtil ta' Daphne Caruana Galizia, juru li dan it-tip ta' tnawwir kankrali kiel sew mis-saħħa tal- istituzzjonijiet lokali. Filwaqt li l-klijenteliżmu ssibu kullimkien, il-fenomenu għandu t-tendenza li jixxettel l-aktar f 'kuntesti kkaratterizzati minn ħajja prekarja u nuqqas akut ta' riżorsi. Il-klijenteliżmu jissoda meta l-ġid komuni jitqassam b'mod żbilanċjat, u f 'inħawi fejn il-partitokrazija u t-tribaliżmu huma parti essenzjali mill- pajsaġġ politiku. Filwaqt li l-oligarkija ekonomika titraxxendi l-polarizazzjoni politika, għaċ- ċittadini komuni, il-klijenteliżmu jaf ikun staġjonali u dipendenti fuq il-fortuna tal-partit li jappoġġjaw. Filwaqt li mhux impossibbli li ċ-ċittadini jieklu minn aktar minn mejjilla politika waħda, is-sorveljanza tal-partiti lokali fuq iċ-ċittadini u l-fattur tal-intimità, karatteristika ta' pajjiż żgħir, jagħmluha diffiċli li ċ-ċittadini jieklu dejjem. Dan il-fatt iżid mal-akkanitiżmu għall-Partit, li fih il-partitarji u l-predaturi jaraw it-tama li x-xemx tal-klijenteliżmu terġa' titla', biex ikomplu jew jibdew jinqdew. Meta wieħed jifli l-faċċati kollha tal-klijenteliżmu lokali wieħed jiem li l-parteċipazzjoni massiva tal- poplu fil-ħajja politika Maltija mhux bilfors hija kejl tajjeb tas-saħħa tad-demokrazija parteċipatorja fil-pajjiż. Bosta huma dawk li jiġġustifikaw il-klijenteliżmu bid-diskors tal-effiċjenza; diskors popolari qalb l-investituri u n-nies tal-kummerċ. Flok li titnaqqas il-burokrazija jew jiżdiedu n-nies biex jitħaffu l-proċessi amministrattivi, jidher li l-leġiżlatur jippreferi li jħalli l-istatus quo u jservi ta' medjatur-parrinu biex jitħaffu l-proċessi. Il-politiku anti- eroj jittella' fuq il-pedestall tal-erojiżmu meta jsir parrinu- politiku li juża l-poter biex iwelled l-effiċjenza minn sistema li f 'għajnejn min irid jinvesti hija wisq burokratika u kajmana. Argument ieħor li sikwit jitwaħħad mal-klijentiliżmu huwa dak tal-istabilità soċjali. Għax hu flessibbli u addattabbli, Il-klijenteliżmu jidħol fejn jitħallew it-toqob fil-liġijiet biex jistabilizza ħajjiet li għal raġunijiet differenti jkunu telqu mill-binarji tan-normalità soċjali jew ekonomika. Permezz tal-'arte di arrangiarsi', il-parrinu jirnexxielu jservi ta' forċina jew spalla f 'mumenti diffiċli fil-ħajja tal-individwu billi juża sqaqien li ħadd ma jkun jaf kif jgħaddi minnhom biex juri xaqq ta' dawl lill-klijent. Il-klijenteliżmu jaħdem ma' mudelli oħra, fosthom mal- welfare tal-istat li, mad-daqqa t'għajn, jidher li hu l-oppost jekk mhux l-anti-teżi tiegħu. Fil-kas tal-'welfare state', għal raġunijiet differenti, uħud imsemmija f 'dan l-artiklu, mhux bilfors li s-servizzi soċjali jikkanċellaw il-klijenteliżmu. Filfatt, apparti li l-welfare soċjali hu servizz tal- massa li jista' jirrepeti relazzjoni bejn parrinu (l-istat) u l-klijent (tallab u dipendenti), fis-snin sebgħin f 'Malta, waqt li bdew is-servizzi tal- welfare, dawn żdiedu maż-żmien, aktar milli ħadu post il-klijenteliżmu. Aktar analiżi għandha tistabilixxi jekk is-servizzi soċjali fil-pajjiż kienux biżżejjed biex ma jħallux spazju għall-klijenteliżmu u l-korruzzjoni. Biex nikkonkludu, il- klijenteliżmu ta' llum jirrappreżenta l-uġigħ ta' pajjiż li minkejja li jidher li mmodernizza aspetti tal-ħajja tiegħu, għadu marbut ma' relikwi medjevali, pre-borgiżi, ta' sid l-art u l-vassall tiegħu. Din hija t-tensjoni li ħafna pajjiżi Ewropej għandhom ma' Malta, u li toħroġ b'saħħitha f 'dokumenti li jikkundannaw il-governanza tal-pajjiż. Pajjiżi li qegħdin isuqu f 'ċirkwit soċjo-ekonomiku differenti ħafna minn tagħna. Il-Professur Carmel Borg u Dr Joe Gravina huma żewġ letturi fl-Università ta' Malta li jħarsu lejn fenomeni politiko-soċjali b'lenti interdixxiplinarja.