Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878
14 festi u kultura IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 • illum Fis-sena 1863 il-Kappillan ġdid Dun Ġwann Camilleri ordna l-vara artistika, tal-kartapesta, ta' Marija Assunta għand id-ditta Galard et Fils ta' Marsilja fi Franza. Din il-vara tal-Assunta kienet l-ewwel waħda tal-Assunzjoni ġo Għawdex. Sa mis-sena 1863 il-vara ta' Marija Assunta dejjem ħarġet proċessjonalment, anki fi żminijiet imwiegħra, biex tbierek u tqaddes lill-familji tal-parroċċa. Tant kemm din il- vara ntlaqgħet bil-ferħ li fl-ewwel żminijiet tal-purċissjoni ż-Żebbuġin, bħala sinjal ta' ferħ, kienu joħorġu bis-snieter fil-pjazza u jisparaw fl-ajru biex jagħtuha salut malli tkun dieħla lura fil-knisja. Toħroġ purċissjoni Ħadd fuq il-15 ta' Awwissu. Fuq is-sħab ta' taħt riġlejn il-vara fuq in-naħa tal-lemin hemm miktub 'RAFFL PARIS 1874'. Din hija l-firma tal-iskultur, li ħadimha ġo Pariġi fl- 1874. Il-vara ta' Santa Marija, li hija tal- kina, waslet fil-parroċċa ta' Ħ'Attard fuq karettun, ġo kaxxa kbira tal-injam, fi żmien il-Kappillan Dun Ġwann Ebejer, li dam seba' snin fit-tmexxija, mis-sena 1869 sal-1876. Raffl Ignaz, skultur, twieled fis-17 ta' Diċembru 1828 u miet f 'Mentone fil-11 ta' Novembru 1895. Fl-1925 inħadmu l-pedestall u l-bradella. Din tal-aħħar hija xogħol l-imgħallem Manwel Buhagiar minn Ħal Tarxien. L-induratura ta' din il-vara saret ukoll fl-1925 mid-ditta Coleiro tal-Belt Valletta. Kienet ilha tinħass il-ħtieġa li l-vara ta' Santa Marija Assunta tiġi rrestawrata. F'Jannar 2017 il-vara u l-pedestall ittieħdu għand id-ditta PrevArti tal-Mosta biex jibda l-proċess tar-restawr meħtieġ. Kien il-Ħadd, 30 ta' Lulju 2017 meta l-vara titulari ddaħħlet lura fil-knisja. Toħroġ purċissjoni fil-15 ta' Awwissu. Ħ'ATTARD Il-vara titulari ta' Santa Marija li tinsab fil-parroċċa ta' Ħad-Dingli hija xogħol l-iskultur Rabti Mastru Anton Busuttil, megħjun minn ibnu Francis. Saret fl-1861 fi żmien il-Kappillan Dun Andrea Mallia. Minn dakinhar sal-lum din il-vara ġiet irrestawrata darbtejn, l-ewwel darba fl- 1934, meta ġiet indurata mill-ġdid minn Lorenzo Gatt fil-Birgu u anki ġew mibdula l-anġli li hemm ħdejn il-Madonna, xogħol Wistin Camilleri. F'idejhom qed iżommu ġilju u warda tal-fidda. F'dik is- sena wkoll iżżanżnu l-bradella u l-bankun tassew sbieħ, li fuqhom titpoġġa l-vara. Il-pedestall li fuqu tpoġġi l-vara għandu forma ta' qabar (sarkofagu). Huwa xogħol sabiħ ta' skultura fl-injam. Il-bradella, il-bankun u l-pedestall huma xogħol ta' Manwel Buhagiar minn Ħal Tarxien. Inħadmu wkoll sandli u stellarju minn Charles Fardell. Saru wkoll erba' bukketti tal-ganutell għal madwar il-pedestall. B'kollox dawn swew 174 lira, somma sostanzjali għal dak iż-żmien. L-aħħar darba li ġiet indurata kien fis-sena 1978, minn Horace Farrugia fl-Imdina. Minbarra l-ħsara fl-induratura, il-vara kellha ħafna qsim u ħsarat oħra. Sarilha disinn ġdid tal- iżgraffir magħmul apposta mill-induratur innifsu. Ix-xogħol tal-karnaġġjon sar mill- artist Alfred Camilleri Cauchi. Dan kien fi żmien il-Kappillan Dun Karm Frendo. Toħroġ purċissjoni Ħadd fuq il-15 ta' Awwissu. ĦAD-DINGLI Il-vara titulari ġiet skolpita fl-injam taż- żebbuġ minn Salvatore Dimech, magħruf bħala 's-Sarċ', fis-sena 1868. Dwar din il- vara kien hemm diversi argumenti, għax min ried oħra ġdida, min ried jirranġaha u kien hemm min għoġbitu kif kienet. L-Arċipriet Dun Karm Sciberras qatagħha li tiġi rranġata u tqabbad l-iskultur Ċensu Apap li mmodifikaha. Tlestiet fl-1948. Ċensu Apap biddel l-anġli oriġinali u għamel mudell ieħor. Ir-ras intrefgħet, il- mantar qsar, l-isħaba ċkienet, u żdied il- wiċċ ta' puttin. Tqegħdilha stellarju ġdid tad-deheb mogħti mill-poplu Mosti. Il- pedestall huwa l-oriġinali u jidher stil ta' Dimech. Indurawh fis-sena 1908. Fl-1957 iżżanżan bankun tal-ġewż li sar fuq disinn tar-Rabti Carmelo Tonna. L-iskultura tiegħu saret f 'Pisa, l-Italja. Fl-1975 żdied ċurkett tad-deheb għall-okkażjoni tal- ħamsa u għoxrin anniversarju mid-domma tal-Assunzjoni, u tqiegħed mill-Kardinal Ursi. Fl-1985 ġiet indurata mill-ġdid, b'disinji ornamentali differenti u xi kuluri mibdula minn Manwel Darmanin mill- Belt Valletta. Toħroġ purċissjoni fil-15 ta' Awwissu. MOSTA IŻ-ŻEBBUĠ Il-vara sabiħa u devota ta' Santa Marija, meqjuma fil-Katidral ta' Għawdex, kienet inħadmet fil-Fabbrica di Statue Religiose – Francesco Rosa ta' Ruma f 'Lulju 1897. Il-vara nxtrat mis- Soċjetà Filarmonika Leone, imwaqqfa r-Rabat, Għawdex fis-sena 1863, biex iddawwarha fid-dimostrazzjoni ta' kull it-13 ta' Awwissu. Il-vara, kompożizzjoni ta' ġibs u kartapesta, tbierket minn Ġwanni Marija Camilleri, l-Isqof ta' Għawdex, nhar l-14 ta' Awwissu 1897. Minħabba d-devozzjoni kbira li kienet tgawdi din il-vara, is-Soċjetà xtaqet ħafna li tirregalaha lill-Knisja Katidrali ta' Għawdex. Id-donazzjoni formali saret nhar id-29 ta' April 1956, meta l-vara tbierket mill-ġdid minn Ġużeppi Pace, l-Isqof ta' Għawdex, fi Pjazza Savina, ir-Rabat waqt ċerimonja li għaliha attendew l-eluf. Minn hemm ittieħdet proċessjonalment il-Katidral. Nhar il-15 ta' Awwissu ta' kull sena Santa Marija bdiet tkun imdawra mat- triqat tar-Rabat f 'purċissjoni. Il-vara hi wieqfa fuq pedestall tal- fidda mastizz, li żżanżan għall-festa tas- sena 1962. Iddisinjah Samwel Bugeja u l-eżekuzzjoni tiegħu saret f 'Ruma minn idejn Prof. Paul del Vecchio u A. Sabatini taħt id-direzzjoni personali tal-artist. Kien sewa sitt elef lira. Fis- sena 1964 iżżanżnet bradella tal-ġewż u l-bronż. Fit-8 ta' Awwissu 1981, għeluq il-ħamsa u għoxrin sena mid-daħla tal-vara fil-Katidral, Nikol G. Cauchi, l-Isqof ta' Għawdex, poġġa stellarju tal-fidda ma' ras Santa Marija. Fis-sena 1997 saru festi kbar f 'għeluq il-mitt sena mill-wasla ta' Santa Marija f 'Għawdex. L-istellarju kien inbidel ma' wieħed tad-deheb u l-ħaġar prezzjuż, u tpoġġa fuq ras il-Madonna fl-10 ta' Awwissu 2001 fi Pjazza Savina mill-istess isqof. Wara l-festa tas-sena 2017 sar xogħol ta' konservazzjoni u restawr fuq il-vara ta' Santa Marija mill-istatwarju Aaron Camilleri Cauchi. Sar ukoll it-tindif fuq il-pedestall tal-fidda tal-vara titulari mid-ditta Tarcisio Cassar Gold & Silver Smith taż-Żejtun. Restawr ieħor sar fuq il-bradella minn Zammit Woodworks, xogħol li ġie mwettaq b'xejn mill- familja Zammit. Joseph Vella naddaf il- bronż tal-bradella u tal-bankun. Toħroġ purċissjoni fil-15 ta' Awwissu. IR-RABAT