Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 • illum Policy rurali ġdida proposta biex tappoġġja l-agrikoltura u tissalvagwardja l-kampanja L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika abbozz tal-Policy u Linji Gwida tad-Disinn Rurali bl-iskop li tiġi riveduta l-Policy tal-2014. Din il-Policy proposta tipprovdi interpretazzjoni aktar ċara tal- iskop ta' żvilupp rurali, filwaqt li tpoġġi fuq quddiem nett l-bżonnijiet ġenwini tal-bdiewa u l-konservazzjoni taż-żona rurali li tagħmel parti mill-wirt naturali u l-bijodiversità ta' Malta u Għawdex. Ir-reviżjoni ta' din il-Policy tfittex li ġġib iktar ċarezza li permezz tagħha tagħti definizzjonijiet espliċiti għat- tifsira ta' ċerti terminoloġiji użati fid-dokument. Pereżempju, bini eżistenti f 'żona rurali jeskludi b'mod ċar kwalunkwe strutturi jew fdalijiet temporanji jew girna, u strutturi simili. Tneħħew id-definizzjonijiet preċedenti, li jinkludu bini eżistenti li huwa bini permessibbli jew bini mibni qabel l-1978 li jidher fuq ir- ritratti mill-ajru. Din il-Policy proposta qed tirrakkomanda numru ta' emendi għall-policies li jirregolaw l-iżvilupp relatat mas- settur agrikolu u attivitajiet oħra. Waħda mill-bidliet ewlenin tirreferi għaż-żieda fid-daqs tal- merħliet tal-baqar, nagħaġ jew mogħoż għall-eliġibbiltà għal abitazzjoni ta' bdiewa ġodda. Djar għal bdiewa agrikoli se jkunu pprojbiti. Ir-rekwiżiti tal- art għall-eliġibbiltà għal ħwienet agrikoli huwa propost li jsiru aktar restritti. L-iżvilupp relatat mal-attivitajiet tal-agrikoltura b'valur miżjud se jkun limitat għal kantini żgħar tal-inbid, tal- produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u proċessar tal-għasel biss. Il-konverżjoni ta' razzett għal attrazzjonijiet tal- viżitaturi se tkun limitata għal 25% tal-bini eżistenti. L-akkomodazzjoni turistika għandha tkun permessibbli biss fir-residenza tal-bdiewa eżistenti, fejn il- bidwi jkun qed jospita turisti. L-abitazzjoni eżistenti ma tistax tkun iżgħar minn 100 sqm u mhux akbar minn 250sqm. Fiż- żewġ każijiet, l-applikant irid ikun bidwi reġistrat mill-inqas ħames snin u l-kumpaniji mhux se jitħallew japplikaw. L-għan aħħari huwa li tagħti lit-turisti l-possibbiltà li jesperjenzaw ix- xogħol li jsir f 'razzett Malti. L-abbozz tal-policy jgħamilha ċara li l-ebda bini għall-istalel ma għandu jkun permess. Martin Saliba, ic-chiarperson tal-Kunsill Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, qal li "l-abbozz tal-policy mhux biss jaqbel mal-ispirtu tal-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp, iżda jfittex ukoll li jipprijoritizza li ż-żoni rurali jintużaw biex isostnu l-komunità tal-biedja filwaqt li jiġi pprovdut spazju miuħ għall-pubbliku sabiex jgawdu r-rikkezza naturali tal-kampanja, l-bijodiversità u l-wirt naturali tal-Gżejjer tagħna." Is-Sur Saliba żied jgħid li, "d-dokument jagħmilha ċara l-iżvilupp urban u l-attività urbana b'mod ġenerali, inkluża l-abitazzjoni, għandhom ikunu 'l bogħod miż-żoni rurali u jibqgħu f 'dawk il-partijiet tal-Gżejjer Maltin li jintużaw primarjament għal dan l-iskop." Il-Policy tispjega b'mod ċar liema żviluppi ser ikunu permessibbli f 'żoni rurali. Bini skedat biss li jinsab f 'żoni rurali jista' jinbidel f 'residenza. Dan jiġi kkunsidrat biss jekk tinħoloq unita ta' abitazzjoni waħda bi spazju minimu ta' 100 sq. L-estensjonijiet għall- abitazzjonijiet jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk il-propjetà kkonċernata tkun viżibbli fuq ir-ritratti tal-ajru tal-1978 u ġiet użata bħala residenza qabel l-1978. L-estensjoni ma tistax tkun aktar minn 50% tal-ispazju attwali u qatt ma jista' jkollha aktar minn 200sqm floorpace u 150sqm footprint. L-abbozz tal-Policy u Linji Gwida tad-Disinn Rurali qiegħed fuq il-websajt tal-Awtorità www.pa.org.mt/consultation. Rappreżentazzjonijiet u kummenti għandhom isiru bil- miktub u jintbagħtu permezz tal-indirizz elettroniku: rural. policy@pa.org.mt. Is-sottomissjonijiet dwar din il-Policy proposta għandhom jaslu għand l-Awtorità sal-24 ta' Awwissu 2020.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020