Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 It-tobba jissospendu d-direttivi ... jagħtu lill- Gvern ġimgħa ċans biex iwaqqaf l-attivitajiet tal-massa YENDRICK CIOFFI L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qed twaqqaf id-direttivi kollha tagħha għal ġimgħa mil-lum fejn se tkun qed tistenna li l-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Fi stqarrija, il-MAM saħqet li sfortunatament, dak kollu li hi kienet qed twissi dwaru, qed jimmaterjalizza ruħu. "Il-festa ta' Santa Marija, li normalment tfakkar it-tmiem tat- Tieni Gwerra Dinjija, bil-miġja tal-konvoj, issa tista' tkun assoċjata 'mal-aktar żmien mudlam' għal pajjiżna. Il-MAM tefgħet il-ħtija fuq il- pressjoni, li fi kliemha għamlet l-MHRA, fuq l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u li wasslet biex il-Gvern jieħu deċiżjonijiet "diżastrużi," li qed ikollhom effett dirett u negattiv fuq l-industrija tat- turiżmu u s-saħħa pubblika. "Ħafna pajjiżi Ewropej issa ħarġu l-karta l-ħamra u prattikament taw lil Malta ċertifikat formali ta' inkompetenza," tkompli l-istqarrija. Kien hawn li l-MAM saħqet li l-uħ tal-ajruport mingħajr prekawzjonijiet lejn pajjiżi mhux siguri minħabba l-virus, kummenti bħal "il-battalja għaddiet," u l-permessi għall-attivitajiet tal- massa, ħolqu 'cocktail valenuż,' li l-Maltin qed isibuha bit-tqila biex jixorbuh. Fakkret kif in-numru tal- COVID-19 qed jibqgħu jiżdiedu u l-ħaddiema tas-saħħa qed ipoġġu ħajjithom f 'riskju minħabba "r-regħba" u d-deċiżjonijiet li, fi kliemha, ma tawx kas l-evidenza xjentifika. "Issa, l-għajxien kemm ta' min iħaddem u ta' eluf ta' ħaddiema fis-settur tat- turiżmu, jinsab f 'riskju," kompliet il-MAM. Appellat lill-Gvern biex ma jibqax jinjora dan kollu, daqslikieku mhu qed jiġri xejn. Saħqet li l-Gvern irid jirrikonoxxi l-iżbalji tiegħu u immedjatament jintervjeni biex ma ssirx aktar ħsara. "Issa wasal iż-żmien li l-Gvern isegwi l-pariri tal- esperti fis-saħħa pubblika u anke tal-evidenza xjentifika," insistew it-tobba. Appellat biex ikunu introdotti miżuri effetti li jnaqqsu l-każi l-ġodda u t-tixrid tal-virus u saħqet li dan irid isir immedjatament. "Ma hemmx post għall- parties, id-discos u l-clubbing fil-qalba ta' pandemija," komplew it- tobba. "L-attivitajiet kollha ta' aktar minn għaxar persuni huma l-kawża tal-problema tagħna u għalhekk għandhom jitwaqqfu minnufih." Temmew jisħqu li jekk il-pajjiż irid jevita lockdown totali, mela allura il-miżuri tad-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskra għandu jkun infurzat mill-Pulizija. "Il-Maltin urew dixxiplina kbira minn Marzu sa Mejju u d-deċiżjonijiet tal-Gvern iridu jkunu bbażati fuq l-esperjenza ta' dak iż-żmien li tat suċċess," temmet tgħid l-istqarrija. Għal ġid tiegħek u tal-maħbubin tiegħek, jekk jogħġbok ilbes maskra! Ilbes il-maskra tiegħek sewwa Għatti imnieħrek, ħalqek u geddumek. C M Y CM MY CY CMY K COVID19 - Advert Mlt - 2020 (16th Aug) Final.pdf 2 13/08/2020 11:41:28 Il-MAM kellha kliem iebes u saħqet li r-regħba ta' xi wħud waslet biex illum pajjiżi Ewropej qed jagħtu 'ċertifikat ta' inkompetenza' lil Malta Martin Balzan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020