Illum previous editions

ILLUM 16 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 festi u kultura illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 Maltin … Ix-xbihat ta' Santa Minn riċerka li saret fl-2011 mill- Professur Dun Manwel Agius instab li din il-vara artistika ta' Santa Marija, li tinsab fil-knisja parrokkjali, tlestiet fis-sena 1837. Il-kuntratt sar fit-18 ta' Diċembru 1836 quddiem in-Nutar Vincenzo Carcas, li kien minn Ħal Kirkop. L-iskultur Antonio Chircop naqqax il-vara ta' Santa Marija, li tidher mgħollija fuq is-sħab tielgħa lejn is-sema. Daħlet għall-ewwel darba fil-knisja parrokkjali tal-Qrendi fid- 9 jew l-10 ta' Awwissu 1837 u ħarġet għall-ewwel darba madwar it-toroq tal- Qrendi fil-15 ta' Awwissu tal-istess sena. Swiet 450 skud u tħallset mill-fondi tal- knisja parrokkjali tal-Qrendi. Il-vara kienet turi xbieha ta' mara Maltija li tgħix fil-kampanja. Fis-sena 1911 din il- vara ġiet modifikata minn ħu l-iskultur magħruf Antonio Sciortino, Francesco Saverio. L-induratura u l-iżgraffit saru mid-ditta Francesco Coleiro ta' Triq San Kristofru, il-Belt Valletta. Fil-11 ta' Awwissu 1911 il-vara ddaħħlet proċessjonalment mill-kappella tas- Salvatur għall-knisja parrokkjali. Fl- istess sena żżanżnet ukoll bradella ġdida. Fl-1945 il-vara reġgħet ġiet irrestawrata u indurata mill-ġdid. Ir- restawr u l-induratura tal-pedestall saru mid-ditta Mallia u Xuereb ta' Triq San Kristofru, il-Belt Valletta. Il-pittur Żejtuni Tusè Busuttil għamel mill-ġdid il-karnaġġjon tal-wiċċ u l-idejn. Id- ditta Francis Cassar & Sons ta' Bormla ħadmu ż-żewġ djamanti li nsibu fuq is- sandli tal-Madonna filwaqt li l-arġentier Bormliż Franġisku Cassar kesa bil- fidda s-sħab li fuqu jserrħu riġlejn il- Madonna. L-istess arġentier ħadem ukoll l-istellarju li l-vara għandha madwar rasha. Manwel Sciberras ħadem il-girlanda tal-ganutell li naraw mad-dawra tal-vara. L-ispejjeż kollha tħallsu mill-benefattur Raimondo Ellul. Xogħol ieħor li sar kien li ġie mibdul id-disinn li kien iżejjen id-drappeġġ tal-libsa tal-vara u minfloku sar disinn ġdid minn Emmanuel Buhagiar, il- pedestall ġie rranġat minn Emmanuel Buhagiar, saru erba' gastri tal-fidda għal madwar il-vara, iddisinjati minn Emmanuel Buhagiar u maħduma mid- ditta Francis Cassar & Sons ta' Bormla, kif ukoll uretti tal-ganutell tal-gastri, li nħadmu minn Manwel Sciberras. Is-Sibt, 4 ta' Awwissu 1945 il-vara kienet inġarret mill-Belt sal-Qrendi fuq l-ispallejn. L-għada filgħaxija sar it-tberik tal-vara fuq iz-zuntier tal- kappella tas-Salvatur u wara ttieħdet proċessjonalment lejn il-knisja parrokkjali. L-aħħar restawr fuq din il-vara sar bejn Frar u Mejju tas-sena 2011. Ix-xogħol sar minn Agatha Grima tal-kumpanija Recoop u sewa €4,500. Sar ukoll restawr tal-pedestall u tindif tal-fidda tas-sħab ta' taħt riġlejn il-Madonna u l-istellarju. Toħroġ purċissjoni fil-15 ta' Awwissu. Marija fiż-żmien stabbilit. L-ispiża kienet ta' 250 skud barra z-zokk li minnu nħadmet il- vara. Il-ġurnata stabbilita għat-trasport tal- vara kienet il-Ħadd, 14 ta' Awwissu 1836. Dakinhar fis-1.00 p.m. il-Kleru, flimkien ma' kotra kbira ta' Mqabbin, telqu lejn iż-Żejtun wara li ħejjew kollox biex il-vara tittieħed lejn l-Imqabba. Beda l-vjaġġ lejn l-Imqabba fost briju kbir. Il-vara għaddiet minn Ħal Għaxaq kif ukoll mill-Gudja, fejn intlaqgħet b'ferħ u briju kbir. Dan il-vjaġġ ħa fit-tul, għax il-vara ta' Santa Marija waslet fit-truf tal-Imqabba tard filgħaxija. Ir-raħal tal-Imqabba kien imżejjen mill-aqwa għal din l-okkażjoni. Din il-vara tintrama fuq bradella prezzjuża kif ukoll fuq pedestall tal-fidda. Dawn iż- żewġ opri saru fuq disinn tal-imgħallem Abram Gatt minn Bormla. Ix-xogħol tal- injam sar mill-imgħallem Manwel Buhagiar minn Ħal Tarxien. Ix-xogħol tal-fidda fuq il-pedestall sar mid-ditta Antonio Ghezzi e Figlio ta' Milan, u t-tnax-il figura tal-appostli li hemm madwar il-bradella saru fl-Awstrija. Dawn iż-żewġ opri tlestew u żżanżnu fis- sena 1928. Il-bradella qamet 200 lira filwaqt li l-pedestall sewa 400 lira. Il-bradella tħallset minn Mikiel Zammit u Grazzja Inguanez, filwaqt li l-pedestall inġabar mill-poplu b'sold kull nhar ta' Ħadd bejn l-1923 u l-1927. Fl-1942, meta ntlaqtet il-knisja, il-vara sofriet xi brix li ġie rrestawrat it tas-snin wara. Il-qabar qala' daqqa ta' ġebla u l-marka tħalliet hemm bħala tiira ta' dakinhar. Il- vara ta' Santa Marija qatt ma tneħħiet mill- knisja tagħha, anke meta din kienet nofsha mġarrfa. Fl-istess attakk intilfu ż-żewġ puttini li hemm mas-sħab tal-vara fuq in- naħa ta' wara, peress li dawn kienu jitneħħew u jintrefgħu fis-sala tal-armar. Dawn saru mill-ġdid mill-iskultur Antonio Buhagiar minn Ħal Tarxien, iben Manwel, u tħallsu minn Anġlu Mallia. Oħtu Grazzja ħallset biex sar is-sandli tad-deheb ma' riġlejn il- Madonna. Fis-snin ħamsin saru l-gastri tal-fidda, imħallsin minn Marjanna Zammit, u l-forċini tal-fidda, li kienu ġew iddisinjati minn Abram Gatt fl-istess żmien meta kien iddisinja l-pedestall u l-bradella. Saru wkoll sett uretti tal-lama għal ġol-gastri, li flimkien swew £440. Fl-istess żmien inħadmu s-sitt gandlieri tal-metall arġentat li jintramaw madwar il-vara fil-ġranet tal- festa. Id-disinn kien tal-Kanonku Dun Ġużepp Zammit miż-Żurrieq u nħadmu Milan għas-somma ta' £280. Fl-1966 sarulha uretti ġodda li swew £66 u nħadmu minn Emmanuel Sciberras mill-Qrendi. Fl-1986 l-istellarju tad-deheb ta' madwar rasha ġie mogħni bi 12-il rużetta u numru ta' djamanti, li l-ġbir għalihom sar minn Elisa Buttigieg u Katarina Zammit. Fl-2014 saru mill-ġdid is-sitt xemgħat ta' madwarha, fejn flok pittura ntużat teknika oriġinali ta' tila interzjata fix-xemgħa minn Rosario Zammit mill-Imqabba. Il-vara titulari nħarġet ukoll fit-toroq tar- raħal f 'okkażjonijiet speċjali. Fl-1966, meta sar fuqha r-restawr minn Samuel Bugeja, twasslet proċessjonalment sal-knisja minn ħdejn il-kappella tad-Duluri u fl-1986, meta ġiet restawrata minn Michael Camilleri Cauchi u indurata minn Horace Farrugia, iddaħħlet trijonfalment minn tarf ir-raħal sal-knisja, fejn għaddiet mir-rotta l-antika ta' Triq il-Belt Valletta, li minnha kienet twasslet l-Imqabba 150 sena qabel. Apparti minn hekk, inħarġet f 'pellegrinaġġ fl-1 ta' Novembru fi tliet okkażjonijiet: fis-sena 2000 fl-okkażjoni tal-50 sena mill-proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunta mill-Venerabbli Papa Piju XII, fl-2011 fl-okkażjoni tal-175 sena mill-miġja tagħha fl-Imqabba, u fl- 2017 fl-okkażjoni tal-75 sena mill-miġja tal-konvoj ta' Santa Marija u l-ħbit fuq il- knisja parrokkjali. F'din l-aħħar okkażjoni l-vara twasslet sat-tarf tar-raħal fuq in-naħa tal-Minta u b'hekk tul l-istorja tagħha mill- 1836 sal-preżent nistgħu ngħidu li għaddiet proċessjonalment it-tul kollu, minn tarf għall-ieħor, tar-raħal iddedikat lilha. Toħroġ purċissjoni fil-15 ta' Awwissu. IL-QRENDI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 August 2020