Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878
16 letteratura IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jutta Heim Is-snin tmenin fil-letteratura Spiss tisma' jew taqra, minn bosta qarrejja u kritiċi letteraji, rigward in-nuqqasijiet li għandna fix- xena letterarja Maltija. Uħud jilmentaw li minkejja li żdied l-għadd tal-awturi l-livell baqa' xi it jew wisq fejn kien. Oħrajn jirrimarkaw l-awturi tagħna baqgħu jirriċiklaw l-istess temi filwaqt li it li xejn jiktbu dwar oħrajn. F'intervista riċenti li dehret f 'dan il- ġurnal, pereżempju, traduttriċi partikulari ġibdet l-attenzjoni dwar il-fatt illi s-sesswalità – fis- sens wiesa' tal-kelma – għadha nieqsa ħafna fil-ktieb Malti. Ċerti attivisti politiċi, mill-banda l-oħra, iħossu li ċerti kittieba għadhom joqogħdu lura milli jiktbu dwar kwistjonijiet storiċi u soċjali. Tisma' wkoll b'ilmenti oħrajn. Minn banda naqbel ma' dawn il-kummentaturi, għad illi jidhirli li s-sitwazzjoni mhix daqstant kerha daqs kemm ġieli titpinġa, l-iżjed għax f 'dawn l-aħħar snin f 'dan ir-rigward saru diversi avvanzi sinifikanti. Mill-banda l-oħra ma nistgħux niċħdu l-fatt li f 'dan l-aħħar ħmistax-il sena dehru rumanzi validi li – almenu sa ċertu punt – waslu jxejnu din il- kritika. Nistgħu nsemmu Kapitali ta' Wayne Flask, L-Interdett taħt is-Sodda u Castillo ta' Clare Azzopardi, X'Seta' Ġralu Kevin Cacciattolo? ta' Mark Vella u fuq kollox Is-Sriep Reġgħu Saru Valenużi t'Alex Vella Gera li donnu sar ir-riga li biha jiġu vvalutati r-rumanzi Maltin li jaqgħu taħt dan il-ġeneru. Jispikka fost dawn – anzi qabel dawn – Immanuel Mifsud, li sa mill-bidu nett tal-karriera prolifika tiegħu qatt ma qagħad lura milli jistħarreġ ċerti temi meqjusa pjuttost tabù. Bla dubju f 'dan ir-rigward jirkaċċaw bil-kbir il- ġabriet ta' stejjer qosra L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut (2002) u Kimika (2005). Madankollu, fil-fehma tiegħi, Mifsud kompla jasserixxi ruħu bħala kittieb kontemporanju fl-2014 bl-ewwel rumanz tiegħu Jutta Heim. Kien rumanz li stennejt b'ċerta ħerqa. Daqs sentejn qabel, waqt lejla letterarja fil-Lussemburgu, Mifsud kien garrafeira li kien biħsiebu jippubblika rumanz. L-aħbar intrigatni, l-iżjed sforz il-kurżità dwar kif mill-kitba tal- istejjer qosra kien ser jgħaddi għal dik tar-rumanz. Dejjem emmint li dawn huma żewġ ġeneri letterarji differenti ħafna u li għaldaqstant, ikun min ikun l-awtur, is-suċċess f 'wieħed mhux bilfors ikun garanzija ta' suċċess fl-ieħor. Madankollu Mifsud ma ddiżappuntax, tant li saħansitra rebaħ il-Premju Letterarju fil- kategorija tal-proża. Nemmen li hemm ħafna x'jingħad dwar dan ir-rumanz. Fih nidentifika bosta merti li ħaqqhom reċensjoni għalihom: l-istruttura minimalista tan-narrattiva, il- leħen spiss poetiku, il-mistoqsijiet mhux imwieġba li jħalli. Laqatni qatigħ il-karattru t'Eric Xerri – suġġett idoneu għal analiżi psikoanalitika li kapaċi tiaħ diskussjoni serja fuq is-sesswalità maskili. Iżjed interessenti, għall- inqas fis-suġġettività tiegħi, hija l-ossessjoni tiegħu fuq mara li ma seħħlux iġibha fejn ried. Għall- ewwel kien proprju dan li xtaqt nikteb dwaru l-iżjed. Forsi għax f 'Eric nilmaħ bosta rġiel illi ltqajt magħhom, għandu mnejn kultant xi it ukoll lili nnifsi. Forsi wkoll għax il-ġudizzju negattiv illi esprima Mifsud f 'intervista ma' Teodor Reljić dwar il-persunaġġ t'Eric insibu krudili żżejjed. Forsi wkoll kemxejn simplistiku. Ġieli nħoss li għandi naqbeż daqsxejn għalih. Biss din l-intervista dwar Jutta Heim xeħtitli l-attenzjoni tiegħi band'oħra, qabelxejn sewwasew fuq kwistjoni li ilha tberren f 'moħħi s-snin, voldieri l-avvenimenti politiċi tas-snin tmenin u kif dawn jiġu ttrattati mill-kittieba. Fl-intervista ma' Reljić l-awtur kważi jilmenta li ma jistax jieqaf jikteb dwar dan il-perjodu. Minn banda jilqa' sodisfazzjon il-fatt li għandna kittieba li ma jipprendu xejn jiktbu dwar is-snin tmenin mingħajr ebda biża' jew ċensura; mill-banda l-oħra jesprimi tħassib dwar il-possibbiltà li forsi għad nibdew naħsbu li epoki politiċi oħra ma jistħoqqilhomx l-istess livell t'attenzjoni. Nistqarr li dawn ir-rimarki qanqlu fija bosta mumenti ta' riflessjoni. M'iniex