Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278878
17 letteratura illum • IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 fil-letteratura tagħna konvint li t-tħassib ta' Mifsud huwa ġġustifikat sa barra, iżjed u iżjed meta nqis il-materjal letterarju li wasal għandna f 'dawn l-aħħar snin. Abbli Mifsud stess illum jaħsibha mod ieħor. Niġu f 'dan, kif għedt qabel, diġà dehru rumanzi li jittrattaw il-ġrajjiet politiċi ta' żmienna u nsibha bi tqila nimmaġina li l-kittieba tal- ġejjieni ser jieqfu jiktbu dwar dak li għaddejna minnu dan l-aħħar. Ma nemminx li qatt nistgħu nisfgħu f 'dan il-periklu. Madankollu jista' jkun li f 'dan kollu hemm periklu ieħor: jidhirli li fost ħafna mill-kittieba tagħna donnu hemm bħal qbil illi hemm mod wieħed biss kif nimu u niktbu dwar l-avvenimenti mwiegħra tas-snin tmenin. Spiss nieħu l-impressjoni li f 'dan ir- rigward l-perspettivi letterarji u akkademiċi tal-awturi tagħna huma pjuttost simili. Għaldaqstant kultant nitħasseb illi hawnhekk il- periklu m'huwiex li s-snin tmenin għadhom qegħdin jingħataw iżjed attenzjoni minn epoki oħra, iżda li n-narrattivi dwar dawk is-snin spiss jintisġu minn lenti waħda. Dan kapaċi joħloq żbilanċ xejn siewi fil-mod kif aħna – u iżjed u iżjed il-ġenerazzjonijiet tal- lum – ninterpretaw il-ġrajjiet tal- imgħoddi. M'għandi ebda intenzjoni li niddefendi l-għemil ta' xi partit jew ieħor. Minn daqshekk il- qarrejja jistgħu jserħu rashom: akkont, jidhirli li ċerti ħwejjeġ li saru taħt l-amministrazzjoni ta' dak iż-żmien huma inaċettabbli u indifensibbli. Għalhekk m'għandi ebda oġġezzjoni għal fatt li dawn spiss jiġbu l-kundanna tal-kittieba tagħna. Madankollu, ġaladarba inzertajt twelidt sewwasew fi ħdan dik ix-xaqliba, jidhirli wkoll s'issa fil-ktieb Malti it li xejn qrajna u smajna l-qanpiena l-oħra. Kemm-il darba ser nilmentaw dwar in-nuqqasijiet li jista' jkollha x-xena letterarja tagħna, tajjeb li nilmentaw ukoll dwar dan. Il-kummenti ta' Mifsud, b'mod speċjali l-ġustifikazzjonijiet li ressaq rigward l-għażla tiegħu li jinseġ in-narrattiva ta' Jutta Heim f 'dik l-era partikulari, donnhom serquli l-attenzjoni kemxejn iżjed mir-rumanz innifsu. Dan aktarx ġara minħabba raġunijiet personali. Fl-ambjent li trabbejt fih it li xejn kelli l-opportunità nisma' l-verżjoni tan-naħa l-blu, għajr waqt xi argument jaħraq bejn xi qraba li dik il-ħabta kienu għażlu li jaqsmu l-kamra. Għaldaqstant meta dħalt il-kulleġġ, fejn kont parti minn minoranza, qajla stajt niem ir-riżentiment li kienu jesprimu – spiss b'ton aggressiv – bosta għalliema u studenti dwar it- tmeninijiet. Kien biss meta dħalt fil-ħamsa u għoxrin sena meta ltqajt ma' ċertu kittieb pjuttost politiku – ħadd għajr Alex Vella Gera – li seħħli niem aħjar ir- rabja tax-xaqliba l-oħra. Għandi niem li Vella Gera kien fehem ukoll daqsxejn iżjed x'setgħu ġarrbu dawk ta' faċċata. Minn daqqiet nieħu gost naħseb jew nistħajjel illi dawk id-diskussjonijiet politiċi u spiss ukoll letterarji setgħu b'xi mod nebbħu xi siltiet mir-rumanz Is- Sriep Reġgħu Saru Valenużi. Hu x'inhu, kienu eżempju ta' kif il- letteratura tista' tqarreb narrattivi differenti b'tali mod żewġ kittieba ltaqgħu nofs triq. Ikun tassew ta' fejda li l-letteratura tagħna tfittex li twettaq dan. Mhux faċli, naf... aktarx dan huwa iżjed diffiċli milli tinstab Jutta Heim. Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jiddiskuti x-xena letterarja Maltija fid-dawl tar-rumanz Jutta Heim t'Immanuel Mifsud u tal-kummenti li l-awtur kien esprima dwaru mal-ġurnal maltatoday. Minflok jikkummenta dwar ir-rumanz innifsu, fil- biċċa l-kbira Saliba jagħżel li jistaqsi bosta mistoqsijiet dwar kif il-kittieba tagħna spiss jinterpretaw il-ġrajjiet politiċi tas-snin tmenin.