Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064
F rankament, naħseb li d-dinja ilha ma tgħaddi minn perjodu daqshekk delikat daqs dak li bħalissa għaddejja minnha. Possibbilment, lanqas fl- eqqel tal-gwerra l-bierda d-dinja ma kienet qiegħda fil-periklu li tinsab fiha llum. Qed jingħad dan għaliex matul il-gwerra l-bierda, kien hemm żewġ atturi prinċipali li t-tnejn kellhom skjerament ta' atturi minuri kull wieħed li kienu jaffrontaw u jibbilanċjaw lil xulxin. Kulħadd kien jaf li mossa żbaljata waħda u l-ekwilibriju prekarju kien itir u d-dinja kienet tispiċċa f 'kunflitt b'armi nukleari bla preċedent. Illum, is-sitwazzjoni nbidlet sew wara t-tmiem tal-Unjoni Sovjetika. Ċertu atturi baqgħu l-istess u għandna oħrajn ġodda. L-armi nukleari, għalkemm ħafna anqas fin-numru, hemm għadhom. Imma llum jeżistu armi ġodda, ferm aktar sottili, imma ferm effettivi. L-indħil Russu li għadna kif rajna fl-elezzjoni Amerikana għandu jiftaħ għajnejn ta' bosta għax tassew mhux aċċettabbli. Bosta mill-qarrejja mhux ser jaqblu mal- interpretazzjoni tiegħi: imma ser nagħtiha xorta. Putin huwa bniedem li ma jaħfirx malajr u qatt ma ħafirha lil Hillary Clinton talli tat appoġġ, fuq kollox morali, lil dawk li pprotestaw kontra r-riżultat tal-elezzjonijiet leġiżlattivi Russi fl-2011. Bosta kienu dawk li sostnew li sar qerq kbir f 'dawn l-elezzjonijiet li taw riżultat kbir lill-Partit ta' Putin. Għaldaqstant, ħalef li jagħmel minn kollox sabiex jagħmel bsaten fir-roti lill-kampanja ta' Clinton u jiffavorixxi lill- kandidat Repubblikan li tradizzjonalment ikun ferm aktar anti-Russu. Din id- darba imma Donald Trump wera matul il-kampanja simpatija mhux tas-soltu lejn Putin. Bosta kienu dawk li qabblu l-personalità ta' Trump u Putin. U hemm ukoll ħafna spekulazzjoni dwar l-interessi kummerċjali ta' Trump fir-Russja u speċjalment, mar-Russi. Skont l-aġenziji tal- intelligenza Amerikani, gruppi qrib, jekk mhux diretti wkoll mill- intelligence Russa, irnexxielhom jiħħekjaw kemm il-kompjuters tal- partit Repubblikan kif ukoll dak Demokratiku kif ukoll il-kont Gmail ta' John Podesta, il-kap tal-kampanja ta' Clinton. Madankollu, kienu biss l-emails li imbarazzaw lid- Demokratiċi u lill-kampanja ta' Clinton inħarġu permezz ta' Wikileaks. Jidher ukoll li l-FBI kienet taf b'dawn l-attakki ċibernetiċi imma għamlet ftit li xejn sabiex tinnewtralizzahom u tavża lill-kampanja ta' Clinton. L-animosità tal-FBI għal Clinton kienet tassew evidenti. L-ittra tad-direttur tagħha ftit jiem biss qabel l-elezzjoni jidher li ma kellha assolutament l-ebda bażi legali imma setgħet swiet lil Clinton appoġġ fi stati kruċjali kif ukoll twaqqaf il-momentum tal- kampanja tagħha. Minkejja bosta investigazzjonijiet anke da parti tal-FBI, qatt ma nstab li Clinton kisret il-liġi u qatt ma nbdew proċeduri kontriha. Imma l-kampanja ta' tajn ħadmet u Trump sar president minkejja li Clinton ġabet 2.88 miljun voti aktar minnu. Alleanza xejn qaddisa bejn is-servizzi sigrieti russi u l-FBI taw rebħa lill-kandidat l-aktar improbabbli fl-istorja Amerikana, kandidat bl-ebda esperjenza ta' uffiċċju pubbliku, b'passat fid-dinja tal-kummerċ pjuttost imħallat u b'bosta kontroversji. Imma jidher li s-segwaċi tiegħu, flok ma tgerrxu mill-istqarrijiet l-aktar straordinarji tiegħu bħal dik li jrid jibni ħajt mal- Messiku biex l-istupraturi u l-kriminali Messikani jibqgħu barra u li ma jħallix Musulmani jidħlu fl-Amerika, aktar tawh appoġġ. Bosta emmnuh li se illum | Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 Dawn l-attakki kriminali, ta' kwalunkwe matriċi, jsiru anke f 'pajjiżi li ma jilqgħux ir-refuġjati u li dawn ir-refuġjati huma invarjabbilment nies tal-affari tagħhom li huma ħerqanin sabiex jibdew ħajja ġdida. Opinjoni 14 Ċpar u dellijiet AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT JOE ELLIS Qed niċċelebraw il-Milied imma qed nagħlqu din is-sena bi tħassib kbir.