Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Il-Libja: bomba tal-ħin wara biebna P ajjiżna lbieraħ inqabad f 'nofs terrur, kulħadd imwaħħal quddiem it- TV. Kulħadd jara traġedja potenzjali quddiemu. Il-Gvern Malti u l-awtoritajiet kollha tal-pajjiż ingħaqdu qaqoċċa biex it-traġedja kerha ġiet evitata. Minkejja l-ħasda li pajjiżna esperjenza, din il-gazzetta tixtieq issellem lil dawk kollha li kienu involuti l-missjoni, fosthom il-Pulizija u l-Forzi Armati, l-awtoritajiet u t-tmexxija tal-ajruport internazjonali ta' Malta u anke l-Gvern Malti u speċikament il-Prim Ministru Joseph Muscat li mexxa negozjati li wasslu biex il-passiġġiera kollha ġew meħlusa, imkien mal-membri tal-ekwipaġġ, u l-highjacker jiġi ċirkondat u miżmum. Din it-traġedja, turi wkoll u tikkonferma jekk kien hemm bżonn konferma li pajjiżna jinsab fiċ-ċentru ta' problema kbira u l-problema jisimha: Libja. Il-Libja huwa pajjiż li jinsab f 'pandemonju u anarkija totali. Din hija problema mhux biss għal Malta imma wkoll għaz-żona tal-Mediterran kollu. Dak li ġara lbieraħ fakkarna fil-vulnerabbiltà ta' pajjiżna, ftit mili biss 'il bogħod minn pajjiż li huwa bomba tal-ħin. Il-waqgħa ta' Gaddafi kienet rebħa, imma pjan għal wara dik ir-rebħa għadu ma jeżistix sal-lum. Il-Milied: Ċelebrazzjoni tal- valuri li sawruna Fil-media, nafu li aħbar negattiva 'tbigħ' iktar minn waħda pożittiva u naturalment ukoll huwa parti mill-irwol tal-media li tħares lejn, tevalwa, tikkritika u xi kultant tamplifika dak li huwa ħażin, immorali, vjolenti u korrott. Imma ħafna drabi filwaqt li niffukaw fiq it-tuffieħa metaforika mħassra ninsew li hemm basket sħiħ ta' tuffieħ li la hu, u lanqas irid jitnawwar. Għada (illum jekk qed taqra dan l-editorjal il-Ħadd: l-ILLUM ġiet ippubblikata s-Sibt u se terġa' tiġi ppublikata s-Sibt li ġej fl-aħħar jum tas-sena), niċċelebraw festa li tfakkarna f 'dawk il- valuri kollha li sawru lil dan il-poplu, żgħir fin-numru imma kbir fil-qalb. Nhar jum il-Milied niċċelebraw il-valur tal-familja, il-valur tal-imħabba u s-solidarjetà kif ukoll niċċelebraw il-valur tal-għaqda. Nibdew bil-familja. Minkejja l-ħafna biża' minn drittijiet ġodda u minkejja l-ħafna awto-kritika, il-familja f 'pajjiżna għadha nukleu importanti ħafna li fuqu jinbena l-qafas kollu tas- soċjetà. Għadna pajjiż fejn il-familja, taħt kull forma u mingħajr distinzjoni, tifforma s-suċċessi edukattivi u għalhekk ekonomiċi ta' pajjiżna. Il-familja għadha l-qafas li toffri xibka kontra l-faqar assolut lil dawk l-ulied li jkollhom ulied kmieni u li allaħares ma tkunx din l-istess xibka biex iżommhom 'il bogħod mill-faqar. Il-familja, taħt kull forma mingħajr distinzjoni, tibqa' l-iktar riżorsa importanti f 'pajjiżna biex tinbena soċjetà bieżla, b'valuri sodi u soċjetà fejn il- kollettiv huwa importanti. Fil-Milied, niċċelebraw dan il-miraklu ta' kuljum li tant ġenituri b'sagrifiċċju u b'dedikazzjoni qed jirnexxielhom iwettqu biex il-familja tibqa' b'saħħitha. Din il-gazzetta ssellmilkhom. Il-Milied huwa wkoll ċelebrazzjoni tal-valur tas-solidarjetà, ġenerożità u altruwiżmu. Minkejja kull kritika mqanżħa li setgħet saret, il-fatt li l-għada tal- Milied dan il-pajjiż jingħaqad f 'festa ta' ġenerożità hija minnha nnifisha xi ħaġa pożittiva. Nistgħu ma naqblux mal-metodu u nistgħu ma naqblux mal-filmati ta' nies f 'dulur, imma għall-inqas ejja naqblu li dan huwa att mill- isbaħ f 'pajjiżna. Għal ġurnata waħda minn 365, ningħaqdu lkoll flimkien biex niftakru f 'dawk li għaddejjin minn martirju, minn żmien diffiċli u ngħinu billi nagħtu. Hemm xi ħaġa isbaħ milli tgħin lill- inqas fost ħutek? Infakkru lil dawk kollha li qed jgħinu fl-organizzazzjoni tal-Istrina u lil dawk kollha li se jkunu qed jagħtu minn tagħhom lill-ħaddieħor. Din il-gazzetta sselmilkhom. Fl-aħħar u mhux l-inqas, nhar il-Milied dan il-pajjiż jiċċelebra l-fidi tiegħu u dawk it-tradizzjonijiet kollha madwarha li jagħmluna Maltin. Nistgħu ma naqblux ma' xi deċiżjonijiet jew stqarrijiet tal-Knisja, imma naqblu żgur li l-mod kif niċċelebraw, il-purċissjonijiet bil-bambini, il-presepji, il- quddiesa ta' nofsilejl, l-armar fid-djar, il-villaġġi tal-Milied li qed isiru moda f 'kull lokalità, il-knejjes imżejnin għall-okkażjoni, huma kollha parti fundamentali minn dak li jagħmilna dak li aħna. U l-fidi nisranija, anke jekk illum teżisti d-diversità reliġjuża, tibqa' dak l-element importanti li sawwarna, li għamilna ġens u li serva u jibqa' jservi ta' torċa li tagħti d-direzzjoni. Lil dawk ir-reliġjużi kollha u lil dawk kollha li nhar il-Milied jew lejlietu se jingħaqdu fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' fidi, din il-gazzetta ssellmilkhom ukoll. L-istejjer traġiċi, negattivi, politiċi u ta' żina u korruzzjoni se jibqgħu 'jbigħu' aktar. Imma dan ma jfissirx li f 'pajjiżna m'għandniex ħafna li hu pożittiv, m'għandniex ħafna li huma onesti u m'għandniex bil-wisq li rridu nibżgħu għalih, sabiex nibqgħu l-poplu li dejjem konna u li dejjem rridu nibqgħu. Nota Editorjali: Segwu l-ILLUM ta' nhar is-Sibt li ġej. Dak li ġara fl-2016. L-istejjer tal-ILLUM. U min fl-2016 tela'? U min ħa tisbita 'l isfel? Editur: Albert Gauci Cunningham 19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016