Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 Intervista 12 'Il-komiku ma jmur qatt Ġ urnalist, sindku, attivist l- parroċċa, attur u fuq kollox komiku: karriera kkulurita f 'oqsma varji tal- ħajja. Meta jasal żmien il-Milied, u wieħed jaħseb l-pantomima, partikolarment, mill-ewwel jaħseb f 'Hector Bruno, b'ismu sinonimu mad-dama l-pantomima tal-Istitut Kattoliku. Għal dawn l-aħħar snin, inħass bil- kbir in-nuqqas ta' Bruno fix-xena pubblika, kemm fuq it-televiżjoni, kif ukoll fil-pantomima annwali. Dan in-nuqqas wasal minħabba problemi ta' saħħa li kien qed jaffaċċja, partikolarment minħabba li kien qed jikkumbatti mad- dipressjoni. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Hector Bruno u tkellmet dwar il-Milied u d-diffikultajiet li jġib miegħu, id-dipressjoni. 'Meta kont id-dama, kien ikolli ngħid addio għall-Milied' Din is-sena bħalma ġara għal dawn l-aħħar ftit snin, Hector Bruno mhux se jkun qed jieħu sehem fil-pantomima tal-Milied. Wara snin twal ikun fil-parti prinċipali bħala d-dama tal- pantomima u għal numru ta' snin kien anke l-awtur tagħha, kif se jkun differenti dan għal Bruno? Immedjatament, jistqarr li żgur se jkun inqas impenjattiv, "jekk inħares lejh mil-lat ta' taħbit u xogħol, jien ħadt ir-ruħ li waqaft, għax wara 15-il sena wara xulxin, tagħmel tagħha. Speċjalment jekk inkun ktibtha jien u ddiriġejtha minbarra li kont id-dama, għax din kienet tkun biċċa xogħol iebsa li l-preparazzjoni għaliha kienet tibda minn ħafna qabel. Minkejja dan, dejjem irnexxieli nkampa mas- sitwazzoni, imma kelli ngħid addio għall-Milied, għax waqt li kulħadd ikun qed iħejji u jipprepara għall- Milied, int tkun imsakkar fit-teatru." B'daħka Bruno saħansitra jirrakonta dwar id-drabi li spiċċa jorqod fit- teatru meta kien ikollhom żewġ spettakli f 'ġurnata. Minbarra l-impenn kbir li wieħed jeħtieġ ikollu sabiex jieħu sehem f 'pantomima u jiddedika tant ħin għaliha, hemm ukoll is-sodisfazzjon. Hector Bruno għandu sodisfazzjon ikbar relatat mal-pantomima,u jgħid kif, "għandi sodisfazzjon kbir li l-pantomima f 'Malta rnexxieli ngħin biex nagħmluha aktar aċċessibbli għall-Maltin kollha u dawk li forsi ma jeġdux gost jisimgħuha bl-Ingliż." Dan għaliex il-pantomima fl-Istitut Kattoliku kienet l-ewwel waħda li saret bil- Malti, u li saret fuq skala nazzjonali. "Inħoss li hija waħda mill- milestones tal-karriera personali tiegħi." 'Għadni ngħix għax jirnexxieli nikkomunika man-nies' Fl-edizzjoni ta' din is-sena tal- pantomima fl-Istitut Kattoliku, għalkemm ma ħax sehem fuq il-palk, Hector Bruno kellu parti minima permezz ta' filmat. Dan ġie b'sorpriża għal ħafna, u r-reazzjoni kienet waħda pożittiva mmens, b'ċapċipa bla waqfien li kważi kważi kienet l-ikbar waħda tas-serata. Xi jħoss Bruno meta jara li wara tant snin, in-nies għadha tħobbu daqstant? "Għalija huwa rigal kbir. Il-mod kif jirrispondu n-nies għal dak li nagħmel, għalija huwa rigal." Bruno jkompli jgħid kif huwa l-unur u l-pjaċir tiegħu li jisma' dan, u li għadu maħbub mill-udjenzi u jistqarr kif iħoss li l-komunikazzjoni mal-udjenzi kienet dejjem kruċjali. "Naħseb li ngħix u għad għandi s-saħħa għaliex b'xi mod għad għandi l-kapaċità li nikkomunika man-nies. Dak huwa s-sigriet ta' ħajti – billi nagħmel il-mudelli tal-knejjes, u nagħmel il-wirjiet fiha, u nagħmel it-teatru, billi kont sindku jew involut fil-festi, kull ħaġa li nagħmel, l-importanti li jien qiegħed nikkomunika, u mhux jiġifieri li nitkellem jien biss, imma li tisma' lin-nies tirreaġixxi għal dak li qed tagħmel, mhux biss pożittivament." 'Fil-futur, lest li nerġa' nkabbar is- sehem tiegħi fit-teatru' Kien f 'dan il-mument meta Bruno beda jitkellem dwar il-kritika tan-nies, fejn sostna li jekk din tkun pożittiva, huwa tajjeb li tkun qed tintogħġob min-nies, imma jekk hi negattiva, jiġifieri hemm lok fejn titjieb. Hawnhekk, jiżvela li għalkemm kien hemm assenza min-naħa tiegħu fejn jidħlu dehriet fuq it-televiżjoni jew fuq il-palk, "ma neskludix li jekk inħossni aħjar, nagħmel anke xi ħaġa ikbar mis- sehem żgħir li kelli fil-pantomima ta' din is-sena." Dan jiġi wara li ftit tax-xhur ilu, fuq il-programm Xarabank, kien wera x-xewqa li jagħmel ir-ritorn tiegħu fix-xena tat-teatru u d-drama, anke jekk b'mod ċkejken għall-ewwel. "Minn dak il-programm, kienu ħafna l-okkażjonijiet fejn ġejt mistieden nagħmel l-intervisti, jew dehert f 'xi programmi oħra, imma naturalment, ma nistax naqbad u nerġa' mmur nagħmel il-pantomima mil-lum għall-għada, imma xi ħaġa daqsxejn iktar milli qed nagħmel illum, ma neskludihiex." Fil-fatt, għall-mistoqsija jekk iħossx li fadallu iktar x'jagħti, Bruno jwieġeb li iva, għad fadal x'jagħti u dan kollu jiddependi minn kif ikun qed iħossu. 'Xogħlok isir li ddaħħak...tispiċċa tagħmlu daqslikieku xogħol ieħor' Persuna li tkun għaddejja minn xi mument iebes fil-ħajja tagħha, kapaċi ssibha diffiċli biex tidħaq, jew tingħaqad f 'mument ta' ċajta. Agħar minn hekk, meta din il-persuna, ikun prattikament xogħolha li ddaħħaq u tagħti spettaklu lin-nies. Dan, Hector Bruno jafu sew għaliex kif jistqarr hu stess, għamel prattikament żewġ pantomimi u għadd ta' programmi fuq it-televiżjoni waqt li kien qed jikkumbatti mad-dipressjoni. Għaldaqstant, il-mistoqsija tiġi waħedha: kemm huwa diffiċli għal persuna li tkun għaddejja minn perjodu mhux faċli, sabiex tkompli bil-ħidma tagħha u tipprova ddaħħaq in-nies u tipprovdi spettaklu. "Forsi mhux suppost ngħidha, imma tant kemm dan isir ix-xogħol tiegħek, u tagħmlu daqslikieku qed tagħmel xogħol ieħor. Naturalment, huwa iktar diffiċli li tipprova ddaħħaq għax diġà mhux faċli biex iddaħħaq f 'sitwazzjoni normali, aħseb u ara meta tkun f 'pożizzjoni ta' dwejjaq u stress qawwi," jgħid Bruno, waqt li jsostni li huwa iktar faċli sabiex tagħmel parti serja milli parti komika. 'Domt ħafna newdhen jekk għandix nitkellem fuq il-problemi tiegħi' Meta persuna komuni jkollha problema, wkoll issibha diffiċli sabiex titkellem dwarha u tesrpimi ruħha, iżda dan jidher iktar u iktar meta l-persuna bi problema tkun persuna magħrufa, u maħbuba mill-pubbliku. Fil-fatt, din il- gazzetta staqsiet lil Bruno kemm iħoss li kienet diffiċli li jitkellem u jirrakonta dwar il-problemi tiegħu fil-pubbliku. Jistqarr li kien sabha diffiċli, u dam itella' u jniżżel jekk għandux fil-fatt jitkellem fil- pubbliku dwar il-problemi tiegħu. "In-nies jafu min jien, imma jien għandi għalfejn niddikjara fil- pubbliku li għaddej minn problema? Għandi għalfejn nagħti din l-ispjegazzjoni lill-pubbliku," jistaqsi Hector, waqt li jsostni li, "m'għandix dritt nimrad jien?" Minbarra dan iżda, jgħid kif anke għalih u bħala parti mill-kura, ħass li l-fatt li kien tkellem, kienet għenitu, "flimkien mal-mediċina, li titkellem fuq il-problema tiegħek, hija parti kbira mill-fejqan." Jistqarr ukoll li parti mir-raġuni għalfejn ħass li għandu jitkellem, kienet propju sabiex jiċċara ċertu affarijiet u qlajjiet li ħass li kienu qed jinqalgħu minħabba li ma kienx għadu jidher fix-xena pubblika, "minħabba li kont nieqes għal kollox, in-nies tistaqsi x'sar minnu, u ridt nitkellem biex naqta' anke xi impressjonijiet li ma kinux vera li kien qed jingħad dwari, u ddeċidejt li għandi nitkellem." Minkejja dan, jitkellem dwar il-fatt li kienu tkellmu dwar il-problemi ta' saħħa li kienu għaddejjin minnhom ukoll numru ta' politikanti fl- istess perjodu tal-problemi tiegħu, fosthom Godfrey Farrugia, Beppe Fenech Adami u Mario DeMarco, li jsostni li tawh il-kuraġġ biex anke hu jitkellem dwar dak li kien għaddej minnu. Eventwalment, wara li tkellem, iħoss li għamel xi ħaġa pożittiva ħafna għax, "wara li kont tkellimt dwar l-esperjenza tiegħi fuq Xarabank, kien hemm ħafna nies li kellmuni u qaluli kif kont b'xi mod għenthom sabiex anke huma jfittxu l-għajnuna u jitkellmu dwar is- sitwazzjoni tagħhom." Ridt nitkellem biex naqta' xi impressjonijiet li ma kinux vera li kien qed jingħad dwari " " Ma nistax naqbad u nerġa' mmur nagħmel il- pantomima mil-lum għall-għada, imma xi ħaġa iktar milli qed nagħmel illum, ma neskludihiex " " Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016