Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064
illum | Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 Opinjoni 16 Skont Cacopardo... Solidarjetà staġjonali? I s-solidarjetà, bla dubju, hi waħda mill- karatteristiċi ewlenin ta' pajjiżna f 'dan iż-żmien tas-sena. Dan hu tajjeb u ilu hekk għal żmien twil. Din is-solidarjetà timmanifesta ruħha b'diversi modi, imma prinċipalment permezz tal-ġenerożità, bosta drabi qawwija, favur kawżi ġusti. Matul dawn il-ġranet, isir ġbir sostanzjali għall-Community Chest Fund, għad-Dar tal- Providenza u anke għal diversi kawżi ġusti oħra. Hi solidarjetà staġjonali, solidarjetà għax-xahar tal- Milied. Filwaqt li dan huwa kollu pożittiv, ikun tajjeb kieku naħsbu ftit kif nistgħu mmorru lil hinn minn solidarjetà staġjonali, għal solidarjetà li tkun preżenti fl-istaġuni kollha. Għax filwaqt li hu tajjeb li fi żmien il-Milied nieqfu ftit u ndaħħlu jdejna fil-but biex inkunu ta' għajnuna għal min għandu bżonnha, ikun f 'loku iktar jekk nirrealizzaw li l-ħtieġa għall-għajnuna qiegħda hemm fil-bqija tal- ġranet tas-sena wkoll. Għax is-sena fiha 364 jum ieħor, barra mill-Milied! U f 'sena bħall-2016, ikun hemm ġurnata żejda ukoll. Il-ħajja hi mgħaġġla. Fl-inħawi mibnijin b'mod intensiv f 'dawn l-aħħar snin, naqas sewwa s-sens ta' komunità li kienet tinħass ferm iktar meta l-komunitajiet fl-ibliet u l-irħula tagħna kienu ħafna iżgħar milli huma llum. Fi blokki kbar ta' flats, wieħed ħdejn l-ieħor, ħafna drabi qishom gallinari tal-konkos, illum l-individwu jintilef fil-massa u mhux dejjem faċli li nindunaw b'dawk fostna li jkunu jeħtieġu l-għajnuna fil-mument li dawn ikunu jeħtiġuha. Ħafna drabi, lanqas m'huwa possibli li dawk li jmexxu s-servizzi li jipprovdi l-istat jindunaw mill-ewwel b'dawk li jkunu jeħtieġu l-għajnuna. Il-Kunsilli Lokali jista' jkollhom rwol importanti f 'dan ir-rigward. Rwol li wħud minnhom, minkejja l-limitazzjoni ta' riżorsi, diġà qed jippruvaw jiżviluppaw bil-mod. Mertu għal dan, huwa s-sens ta' inizjattiva li għandhom uħud mill-kunsilliera lokali tagħna u l-imħabba tagħhom lejn lokalitajiet ħajjin li jagħtu kontribut siewi biex jissaħħu l-għeruq tal-komunitajiet tagħna. Għax il-politika soċjali, biex tkun mill-iktar effettiva, teħtieġ li tkun applikata l-iktar viċin possibbli tal-għeruq tas-soċjetà. Hemmhekk, fejn il-biki jinstema' mill-viċin u fejn l-uġigħ jinħass sewwa. Il-biki u l-krib ta' min qiegħed ibati u l-uġigħ tal- imġarrab ma jeżistux biss fil-ġranet tal-Milied. Jeżistu wkoll matul l-istaġuni l-oħra, meta l-parti l-kbira tagħna, inkunu għaddejjin bil-ħajja 'normali'. Anke f 'dawk il-ġranet hemm ħtieġa tas-solidarjetà. Għax l-ispirtu tal-Milied għandu japplika matul is- sena kollha. L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail.com, http://carmelcacopardo. wordpress.com CARMEL CACOPARDO Thursday TVM 20:50 "Filwaqt li hu tajjeb li fi żmien il-Milied nieqfu ftit u ndaħħlu jdejna fil-but, ikun f 'loku iktar jekk nirrealizzaw li l-ħtieġa għall- għajnuna qiegħda hemm fil-bqija tal-ġranet tas-sena wkoll"