Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum 21 TV/Ċinema Il-kumpanija Nickleodeon Movies dejjem taħdem films għat-tfal u l-familji. 'Monster Trucks', produzzjoni mimlija effetti viżwali speċjali mill- aqwa, animazzjoni u bil- proċess tad-3D, li tmiss ġeneri ta' films tax-xjenza fittizja, avventuri tassew eċitanti mimlija azzjoni u movimenti, kif ukoll b'sens umoristiku, hi addattata għat-tfal ta' kull età. Il-karattru prinċipali hu Tripp [Till], żagħżugħ baħbuħ li għadu kemm spiċċa mill-iskola sekondarja u qed jaħdem ta' mekkanik f 'post fejn ifarrku l-karozzi qodma jew spiċċuta wara ħabta. Il-ħsieb ewlieni tiegħu hu li jitlaq darba għal dejjem mill-belt fejn twieled u jibda ħajja ġdida f 'post ieħor. Minn biċċiet ta' karozzi mfarrkin għall-ħadid, jirnexxielu jibni trakk kbir. Fil-qrib qed iħaffru għaż- żejt u inċident ikrah b'ħafna splużjonijiet u nirien, iġib kreatura stramba minn taħt l-art. Din tidħol fil-vettura li bena waqt li jiskopri li dan il-mostru hu fidil, imma b'manija kbira għall-ħeffa tremenda. B'dan il-ħabib ġenwin u bit-tfajla ġdida tiegħu, Meredith [Levy], jirrealizza li sab l-okkażjoni f 'waqtha kif jeħles u jitlaq mill- belt. Din mhix se tkun ħaġa ħafifa għax isusu warajh hemm nies b'aġenda sigrieta, oħrajn malinni u pulizija li jagħmel ir-ronda fit-triqat twal tad- distrett. 'Monster Trucks' jiżvolġi b'andament ħelu, però jieħu rankatura kbira ta' ġiri sfrenat ta' karozzi wara xulxin, 'stunts' inkredibbli u ħerba spettakulari. LEĊĊELLENZA fl- animazzjoni primarjament tal-kumpaniji Disney u DreamWorks, kif ukoll studios oħrajn ta' Hollywood, bħal Blue Sky Studios, Sony Animation u oħrajn, issa għandhom kompetizzjoni minn sorsi diversi. 'Ballerina' hi fantasija avventuruża animata permezz tal-kompjuter, produzzjoni Franċiża/Kanadiża, mitkellma bl-Ingliż. Dan hu xogħol mużikali maħdum ukoll bit-3D b'kuluri verament attraenti u andament tassew mexxej u pjaċevoli. Felicitie Milliner [vuċi ta' Fanning] hija tifla orfni Franċiża li tħobb tiżfen waqt li dejjem toħlom li ssir żeffiena. Hi, flimkien ma' Victor [DeHaan], tfajjel daqsha ta' ħdax-il sena, l-akbar ħabib u kapaċissimu biex jivvinta affarijiet, jaħarbu mill-istitut fil-kampanja ta' Brittany u jitilqu għal Pariġi. Hemm, hi bla kenn u flus, issib refuġju mal-misterjuża Odette [Jepson], li tnaddaf u taħsel fit-teatru tal-Opra ta' Pariġi. Tkun din li tiggwidaha biex tipprova tilħaq l-għanijiet tagħha minkejja żbalji kontinwi u fallimenti f 'ħinijiet kruċjali. 'Ballerina' tassew hu xogħol divertenti, imħarrek u attraenti li jħallik iċċassat tħares lejn il-liżar mingħajr ma taqla' għajnejk għal sekonda waħda. Prominenza kbira għandu l-karattru ta' Felicitie, b'xagħar kannella kulur ir-ram, tfajla makakka ta' intelliġenza speċjali, li kapaċi tindiehes fejn tixtieq, kif ukoll anki tisfida l-awtorità. Ma jistax ma jonqosx ħjiel ta' xebh ma' 'Black Swan' [2010], fl-omm determinata li bintha Camille [Ziegler], avversarja ta' Felicitie fiż-żfin, tirnexxi akkost ta' kollox u f ''The Red Shoes' [1948], is-sigriet tal-imsejkna zoppa Odette. Fuq kollox, l-omm krudili b'manija tal-ġenn fuqha mhix ħlief mera tal-kattiva Cruella de Vil ta' 'One Hundred And One Dalmatians' [1961]. Ballerina' żgur li għandu jogħġob lil dawk kollha ta' qalb tajba ta' kull età. LEKU tà '2001: A Space Odyssey, l-aqwa film tax- xjenza 'fittizja [?]' u l-iżjed serju li qatt intwera, jirbombja fuq 'Passengers' - vjaġġ ta' ħafna u ħafna snin fil-wesgħat immensi u immaġinabbli tal-univers, passiġġieri reqdin f 'nasgħa ta' aktar minn seklu, ħsara fis-sistema tal-vettura li tista' tittermina lil dawk reqdin, eżercizzji u ġiri fil-kuriduri verament twal, kollha dehru fil-film klassiku u kult tal-1968 ta' Stanley Kubrick. Omaġġ ieħor għal dan id- direttur hu d-dekor tal-bar tal-vettura li bilfors ifakkar f 'dak tal-Overlook Hotel ta' 'The Shining' [1980] u tmiem li jagħmel ġieħ lil 'Gravity' [2013]. Minkejja dawn ix- xebhiet kollha, 'Passengers' hu xogħol tajjeb ferm, il-ħin kollu attiv, b'teknika li tħabbatha ma' 'Avatar'. Fuq kollox, dan it- thriller spazjali jiffoka wkoll fuq andament romantiku li wkoll imur żmerċ. Il-vettura spazjali Avalon tinsab fuq vjaġġ fil-profondità u l-baħħ palpabbli tal-ispazju għal 120 sena. Abbord jinsabu ħamest elef passiġġier kollha fl- istat animat ta' raqda twila biex imorru jabitaw fuq il-pjaneta Homestead II. Wara tletin sena, żewġ passiġġieri, Aurora [Lawrence] u Jim [Pratt] iqumu sewwa qabel iż-żmien stipulat, wara żball tekniku fl-apparat. Però, kien hemm raġuni għal din il-ħaġa, u ż-żewġ passiġġieri li anke jsiru jinħabbu, iridu jiskopru l-għaliex ġara hekk. Wara ftit, il-vettura spazjali tibda turi sinjali ta' ħsara irreparabbli u l-ħajja ta' kulħadd tkun tinsab f 'periklu serju. 'Passengers' jista' jitqies bħala wieħed mill-films primi tax-xjenza fittizja, tassew enerġetiku, lussuż fis-sets imponenti li fih, b'teknika meraviljuża, bil-proċess tad-3D, u jagħmel ġieħ lill- produzzjonijiet oħra ta' dan il-ġeneru. Tassew affaxinanti hi l-parti ta' Michael Sheen bħala robot li jservi b'diliġenza kbira wara l-bar. Film li m'għandux jintilef! Embassy Cinemas Valletta Tel. 21 227436, 21 245818 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 10:30, 14:30, 18:00, 21:00 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 10:25, 14:15, 17:45, 20:45 Bad Santa 2 (15) 16:15, 18:25, 20:50 Moana (PG) 10:35, 13:45, 16:10, 18:35, 21:00 Allied (15) 20:30 Ballerina (U) 10:00, 12:10, 14:15, 16:20, 18:25 Passengers (12A) 10:15, 13:30, 16:00, 18:30, 21:00 Eden Cinemas St Julian's Tel. 23 710400 Moana (PG) 11:25, 13:50, 16:15, 18:40, 21:10 Arrival (12A) 11:30, 13:55, 16:20, 18:50, 21:15, 23:50 Office Christmas Party (15) 11:35, 14:00, 16:20, 18:40, 21:00, 23:20 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 11:40, 14:30, 15:30, 17:30, 18:20, 20:30, 21:15, 23:15 Bad Santa 2 (15) 11:45, 14:10, 16:25, 18:40, 20:55, 23:00 Ballerina (U) 12:00, 14:20, 16:25, 18:25, 20:30 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 13:10, 15:50, 18:30, 21:15, 22:35 Allied (15) 13:30, 16:00, 18:35, 21:10 Doctor Strange (12A) 13:35, 16:05, 18:35, 21:05, 23:35 Passengers (12A) 14:00, 16:25, 18:50, 21:15, 23:45 Sully: Miracle on the Hud- son (12A) 14:05, 16:15, 18:25, 20:40, 22:55 Trolls (U) 14:10, 16:20, 18:25, 20:35 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Office Christmas Party (15) 11:15, 13:35, 16:05, 18:30, 20:45 Moana (PG) 10:50, 13:35, 16:00, 18:30, 20:55 Passengers (12A) 11:00, 13:30, 16:00, 18:30, 21:00 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 10:35, 13:15, 15:55, 18:35, 21:15 Ballerina (U) 11:30, 14:00, 16:30, 18:30 Allied (15) 18:30, 21:05 Sully (12A) 11:15, 14:00, 16:05, 18:30, 20:45 Fantastic Beasts and Where to Find Them (PG) 10:45, 14:00, 21:00 Films ċ-ċinema Carmel Bonnici Passengers Atturi Ewlenin: Jennifer Lawrence; Chris Pratt; Michael Sheen; Laurence Fishburne; Andy Garcia. Direttur: Morten Tyldum. Maħruġ minn KRS Releasing Ħin: 116 min Ċert: 12A Monster trucks Ballerina Atturi Ewlenin: Lucas Till; Jane Levy; Amy Smart; Rob Lowe; Danny Glover; Barry Pepper Direttur: Chris Wedge. Maħruġ minn KRS Releasing Ħin: 104 min Ċert: U Vuċijiet Ewlenin: Elle Fanning; Dane DeHaan; Maddie Ziegler; Carly Rae Jepson Diretturi: Eric Summer u Eric Warin Maħruġ minn KRS Releasing Ħin: 89 min Ċert: U

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016