Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet Il-libsa kkulurita tal-Milied HEKK kif joqrob Diċembru, wieħed jista' jara djar, toroq u ħwienet, kollha jilbsu libsa ta' dawl u kuluri li jfakkru lil kulħadd li riesaq jum il-Milied. Il-fotografu tal-ILLUM James Bianchi rnexxielu jaqbad l-ispirtu u l-isbuħija tat-tiżjin tal-Milied f 'ritratti tal-Belt Valletta bil-lejl imżejna għall- okkażjoni. Minkejja li l-Belt hi magħrufa għat-toroq imżejna tagħha f 'dan l-istaġun, bliet u rħula oħra madwar il-pajjiż ma qagħdux lura mit-tiżjin tagħhom, hekk kif f 'bosta lokalitajiet intramaw bosta siġar tal-Milied b'temi differenti fosthom l-itwal siġra naturali tal-Milied f 'San Pawl il-Baħar, u siġra magħmula minn fliexken tal-plastik riċiklat fil-pjazza tas- Siġġiewi. Quddiem il-knisja ta' Birżebbuġa, intramat l-itwal siġra tal-Milied fil-pajjiż, għolja seba' sulari, li tagħha, Anthony Xuereb ħa ritratt mill-isbaħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016