Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 Sports 28 Id-Dipartiment tar-Referis minn Cristian Antony Muscat M'HEMMX dubju li preżentament, id-Dipartiment tar-Referis fi ħdan l-MFA jinsab fl-aqwa tiegħu, hekk kif fil-jiem li għaddew tħabbar kif pajjiżna kien irnexxielu jżomm il-kwota tar-referis fuq il-panel tal- FIFA, waqt li fost oħrajn saru żewġ seminars ferm importanti - wieħed tal-ħarifa li ġie organizzat għall- Uffiċjali Elite u Referee Observers, u ieħor għar-referis li qed jipparteċipaw fil-programm COREMALTA. Malta żżomm il-kwota tar-referis fuq il-panel tal-FIFA Malta żammet il-kwota ta' 17-il referi fuq il-Panel tal-FIFA għall-2017, waqt li r-referis internazzjonali se jkunu qed jibqgħu fl-istess kategoriji tas-sena li għaddiet. Dan tħabbar mid-Direttur tad-Dipartiment tar-Referees fi ħdan l-MFA, Kevin Azzopardi matul il- preżentazzjoni tal-Badges tal-FIFA li saret f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, f 'attività ospitata mill-MFA u mill- Malta Football Referees Association. Kien hemm tliet tibdiliet hekk kif Christopher Francalanza rritorna fuq il-panel tal-FIFA bħala Assistant Referee waqt li Matthew Vella u Jonathan Mallia huma żewġ uċuh ġodda bħala Referee tal- Futsal u Referee tal-Beach Soccer rispettivament. Huma se jkunu qed jieħdu post William Debattista, Franco Cachia u Stefan Pace rispettivament. B'hekk ir-referis fuq il-Panel tal-FIFA għall-2017 huma: FIFA Referis: Trustin Farrugia Cann, Clayton Pisani, Alan Mario Sant and Fyodor Zammit FIFA Assistenti Referis: Alan Camilleri, Christopher Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Edward Spiteri, Jurgen Spiteri, Duncan Sultana, Roberto Vella FIFA Woman Referee: Esther Azzopardi FIFA Futsal Referis: Matthew Vella, Clinton Mario Cassar FIFA Beach Soccer Referees: Jonathan Mallia, Jude Amin Utulu Kevin Azzopardi qal li matul l-aħħar sena, iċ-Ċentru tar-Referis fi ħdan l-MFA u l-Malta Football Referees Association ħadmu id f 'id u kien hemm tentattiv partikolari biex jirritornaw numru ta' persuni fis- settur tar-refereeing. Huwa kompla li matul l-aħħar sena, kien hemm żieda ta' xejn inqas minn 40% fin-numru ta' appointments internazzjonali, u dan ma kienx riżultat ta' lobbying, iżda grazzi għall-potenzjal tal-uffiċjali lokali, fosthom ix-xogħol intensiv u l-commitment sħiħ tagħhom. Il-Kap tad-Dipartiment tar-Referees fi ħdan l-MFA irringrazzja lil William Debattista, Franco Cachia u Stefan Pace għall-kontribut tagħhom u qal li l-bieb se jibqa' miftuħ għalihom, indipendentement minn dak li jagħżlu li jagħmlu, jiġifieri jekk jibqgħux referees jew inkella jibdew jassumu irwol ieħor. Azzopardi żvela li fil-ġimgħat li ġejjin, se jkun hemm ikar skambji ta' referees ma' numru ta' pajjiżi fosthom mal-Kosovo, Andorra u l-Albanija u possibbilment ma' pajjiż ieħor barra mill-Ewropa. Kevin Azzopardi feraħ lil Esther Azzopardi wara li fil-jiem li għaddew, hija ġiet ippreżentata bl-unur prestiġjuż ta' Ġieħ ir-Repubbblika mill-President Marie Louise Coleiro Preca. Huwa qal li dan huwa sinjal ċar li s-soċjetà Maltija qed tapprezza u tonora x-xogħol siewi li jagħmlu r-referis f 'pajjiżna. Huwa kompla billi qal li għalkemm il-kritika kostruttiva tkun apprezzata, attakki personali fil-konfront tar-referees speċjalment fuq il-media soċjali kif kien hemm riċentament mhux se jkunu ttollerati. Azzopardi kkonkluda billi qal li waħda mill-akbar prijoritajiet taċ- Ċentru tar-Refereeing matul is-sena d-dieħla se tkun dik ta' kampanja aggressiva ta' reklutaġġ speċjalment fid- dawl tal-fatt tat-talba kbira ta' referis f 'pajjiżna. Intant, preżenti għal din il- preżentazzjoni, kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-MFA, Angelo Chetcuti, li waqt li feraħ lir- referis li ġew ippremjati bil-badges tal- FIFA, huwa qal li din il-preżentazzjoni għandha sservi bħala tragward għal referees żgħar. Huwa kompla li l-unur ta' Ġieħ ir-Repubblika li ġie ppreżentat lil Esther Azzopardi juri li għas-soċjetà, ir-referee qed jiġi kkunsidrat bħala role model. Chetcuti kkonkluda li r-referees, bħall-amminstraturi tal-klabbs u stake holders oħra, qegħdin hemm biex jagħtu servizz lil-logħba tal-futbol, u ta' dan għandna nkunu grati lejhom. Indirizzaw lil dawk preżenti wkoll il-president tal-MFRA, Alexei Tabone u l-viċi president tal-MFA, li jokkupa wkoll il-kariga ta' chairman tal-Kumitat tar-Referees fi ħdan l-MFA, Alex Manfrè. Elite Referees Autumn Seminar 2016 (29) - L-Elite Referees li ħadu sehem s-Seminar tal-ħarifa Uħud mir-referis li attendew il-Core- malta Seminar organizzat ċ-Ċentru tar-Refereeing

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016