Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

Aħbarijiet 5 Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum 'In-numru ta' nies għall-ikla tal-Caritas diġà qabeż tas-sena l-oħra' Ikla tal-Milied oħra tal-Caritas bil-mira li ħadd ma jkollu Milied waħdu Minn Veronica Lynn Mizzi ISSENA li għaddiet, Caritas Malta organizzat b'suċċess l-ikla tal-Milied bil-għan li ħadd ma jkollu għalfejn iqatta' dan il-jum ta' festa waħdu. Fil-fatt, kienu 200 persuna li attendew l-ikla tas-sena li għaddiet, b'sorpriża kbira għall- organizzaturi, hekk kif kien maħsub li din kienet se tattira massimu ta' 40 persuna. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, Marica Mizzi, li hija l-kelliema għal Caritas Malta qalet li s-sena li għaddiet, meta Caritas Malta ħarġet bl-idea li f 'jum il-Milied tiftaħ il-bibien tagħha għal dawk il-persuni li m'għandhomx x'jieklu, kienet sorpriża li l-maġġoranza ta' dawk li attendew kienu persuni li jgħixu fis-solitudni. Wara s-suċċess li kellha l-edizzjoni tas-sena l-oħra, Caritas Malta ħasbet sabiex terġa' torganizzaha, sabiex tiżgura li verament ħadd ma jkollu għalfejn iqatta' l-Milied fis-solitudni. Fil-fatt, Mizzi qalet kif għal din is-sena, l-organizazzjoni tħalliet f 'idejn Caritas Youths, li ddeskriviethom bħala, "grupp ta' żgħażagħ li b'ħafna enerġija pożittiva daħlu għal din l-attività b'entużjażmu kbir." Marica Mizzi kompliet tgħid li n-numru ta' dawk li se jattendu sal-lum diġà qabeż dak tas-sena l-oħra u għalhekk kellu jinstab spazju ikbar. Dis-sena se terġa' ssir fil-Kurja tal-Arċisqof imma fil-bitħa fejn intramat tinda apposta, għall-okkażjoni. Appellat sabiex, "dawk li jinsabu weħidhom, jew bla saqaf fuq rashom huma mistiedna jċemplu fuq 99122515 u jiġu jqattgħu l-jum tal-Milied mal-familja ta' Caritas." Il-Bibien jinfetħu mill-11 ta' filgħodu 'l quddiem. Il-preparamenti għall-ikla tas-sena l-oħra...mistennija jkun hemm iktar nies mis-sena l-oħra Kienu bosta persuni li meddew idejhom għall- preparamenti tas-sena li għaddiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016