Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 8 It-twelid tal-Bambin f 'Betlehem… sena fil-presepju Minn Ruben Anthony Xuereb SIĠAR imżejna, dwal u dekorazzjonijiet li jibdew jitfaċċaw sa mill-bidu ta' Diċembru jfakkruna li wasal il- Milied. Iżda l-Milied tipiku Malti ma jkunx komplut mingħajr il-presepju tradizzjonali Malti, li għal ħafna dilettanti huwa forma ta' arti, espressa fi proġetti ta' kostruzzjoni li ġieli jibdew it- tħejjijiet għalihom sa mix-xhur tas-sajf. Il-presepju Malti, fis-sempliċità tiegħu, jirnexxielu joħloq l-ambjent natalizju, li saħansitra, bħalissa qed jitgawda anke f 'waħda mill-iktar pjazez popolari u importanti madwar id-dinja, bis-simboli u elementi lokali. L-ILLUM iltaqgħet ma' Charles Bellia, is- Segretarju tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju, waqt il-wirja annwali li torganizza fil-Belt Valletta, u li tattira lejha mijiet ta' Maltin u turisti. Bellia tkellem ma' din il-gazzetta dwar l-oriġini tal-presepju f 'Malta, u x'jagħmel tipikament Malti, il- presepju tradizzjonali ta' Malta. "Sfortunatement, Malta m'hawnx dokumentazzjoni uffiċjali dwar l-oriġini tal-presepji, iżda l-informazzjoni dwar dan ġiet mgħoddija bil- fomm minn ġenerazzjoni għall-oħra għal tul ta' żmien," beda jispjega Bellia. Jingħad li fil-knisja tad- Dumnikani fir-Rabat, kien jintrama presepju sa mill-1617, avolja m'hemm imkien miktub x'tip ta' presepju kien, jew b'liema tip ta' materjal kien magħmul. Wisq probabbli, dan il-presepju kien wieħed ta' stil Naplitan, li bħala struttura huwa bbażat fuq stil ta' arkitettura u ambjent Ruman u jidher differenti mill-prespju tipiku li mdorrijin naraw aħna, hekk kif kellhu kolonni u binjiet Rumani. F'dawk iż-żminijiet, in-nobbli Maltin kienu bdew jixtru dawn il-presepji preġjati u jiswew il-flus minn Napli. Il poplu komuni mid-dehra ma tantx kellu grazzja ma' dawn il- presepji Naplitani, tant li jingħad li fiż-żmien, dawn ġew kollha meqrudin. Id-dehra ta' Betlehem inbidlet f 'waħda tixbah aktar il-kampanja Maltija Fl-1875, Benedetto Papale, patri Franġiskan minn Sqallija kien ġab presepju Sqalli miegħu li ntogħġob u ntlaqa' aktar mill-Maltin minħabba s-sempliċità tiegħu u aktar minħabba l-fatt li l-presepju Sqalli għandu dehra aktar simili tal-kampanja u arkitettura Maltija, dehra li l-Maltin assoċjawha aktar magħhom. Biż-żmien, il-Maltin riedu presepju Malti b'affarijiet tradizzjonali Maltin fih, li jirriflettu sew il-ħajja tagħhom. Fid-dawl ta' dan, bdew jitfaċċaw l-ewwel imtieħen ta' sitt paletti, tipiċi Maltin, fl-isfond tal- presepji u l-ambjent. B'hekk, l-ambjent u l-arkitettura ta' Betlehem ma damux ma bdew jinbidlu f 'pajsaġġ li jixbah wieħed Malti. Il-post tat-twelid ta' Ġesù ħa l-forma ta' għar tal-ġebel jixbaħ wieħed fix-xahri ta' Malta, jew inkella stalla bħala parti minn razzett tipiku Malti, mibdi b'ġebla bħal tagħna u saħansitra mgħammar b'ħitan tas-sejjieħ u bir bil-ħorża. F'xi Charles Bellia - Segretarju tal- Għaqda Ħbieb tal-Presepju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016