Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

illum | Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 22 Kummerċjali Iktar minn 5,000 ta' cables u 180 linja tat-telefon minn GO għall-Istrina Klijenti ta' GO TV igawdu GO Stars b'xejn dal-Milied GO għal darb'oħra qed toffri l-appoġġ sħiħ tagħha għall- Istrina, l-attività nazzjonali ta' ġbir ta' fondi li ssir kull sena l-għada tal-Milied. GO hi kburija mill-fatt li hi waħda mill-iktar kumpaniji li ilha tappoġġja lill-Istrina sa mill- bidu tagħha. GO qed tieħu r-rwol importanti li tgħaqqad il- komunità mal-Istrina billi qed tneħħi l-miżati tat-telefonati u spejjeż oħra relatati ma' donazzjoni bit-telefon. Din is-sena, il-kumpanija qed tuża iktar minn 5,000 metru ta' cabling u installat 180 linja tat- telefon f 'ħidma li involviet iktar minn 900 siegħa xogħol. Meta kien qed jitkellem dwar it-tfassil ta' din is-sena, Pierre Attard, Manager - Fixed Access Plan and Build ma' GO qal: "In- network u s-sistemi ta' appoġġ għall-attività ta' din is-sena kellhom bżonn konfigurazzjoni speċjali u għalhekk kien hemm ħtieġa ta' pjanar u eżekuzzjoni preċiża f 'kull stadju. Konna nafu li l-Istrina teħtieġ sistema tat-telekomunikazzjoni li affidabbli, taħdem, u aktar importanti, imfassla fuq infrastruttura solida – attributi li huma kollha sinonomi ma' servizz ta' GO." Il-phone-in platform ta' GO ser tkun qed tilqa' t-telefonati tad- donaturi permezz tas-servizz tal-Premium Number. Din is- sistema, mgħammra b'numru kbir ta' linji tat-telefon biex takkomoda għal din l-attività, ser tkun qed tilqa' telefonati mill-pubbliku u taċċetta donazzjoni dak il-ħin stess. Linji oħra addizzjonali huma meħtieġa għall-koordinament tal-attività fosthom il-pledge lines. Il-qafas tal-infrastruttura jikkonsisti f 'cables tar-ramm u tnejn tal-fibre, b'dawn tal- aħħar qed ikunu estiżi biex wieħed ilaħħaq sa Għawdex u l-ieħor san-nofs ta' Malta. Dawn ser ikunu qed jappoġġjaw is-servizzi kollha tat- telekomunikazzjoni fosthom il-hot lines, il-linji ġenerali, il-linji ta' donazzjonijiet bl-SMS, il-konnessjonijiet tal-mobiles, kif ukoll id-DDTV u data connections oħra għall-high- speed internet li ser jintużaw waqt l-Istrina. Il-Kap Kummerċjali ta' GO, Kurt Camilleri, qal: "L-appoġġ ta' GO għal l-Istrina hu l-quċċata ta' impenn li jsir matul sena biex tingħata għajnuna lill- komunità u lin-nies fil-bżonn. Lil hinn mill-aspett finanzjarju, l-appoġġ ta' GO jservi ta' kontribut importanti biex jitqajjem aktar għarfien dwar il- Malta Community Chest Fund u r-rwol tal-Fond fl-assistenza ta' persuni f 'diffikultà fis-soċjetà Maltija." GO qed tipprovdi u tieħu ħsieb l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni kollha għal l-Istrina Il-klijenti kollha ta' GO TV se jkunu jistgħu jgawdu l-istazzjonijiet GO Stars għal perjodu ta' ġimagħtejn, li jibdew mill-21 ta' Diċembru. Il-klijenti li għandhom is- servizz Interactive TV se jkunu jistgħu jgawdu GO Stars HD, dment li huma abbonati għall- HD add-on. Dan ir-rigal tal-Milied mingħand GO se jagħti lill- klijenti u lill-familji tagħhom l-opportunità li jgawdu għazla wiesgħa ta' films tal-Milied fosthom Santa's Little Helper, Get Santa, A Merry Christmas Miracle, u films oħra li qed jixxandru għall-ewwel darba, bħal Christmas with the Coopers u Krampus. Films oħra sbieħ li ser jixxandru matul dan il-perjodu li jagħlaq fit-3 ta' Jannar 2017 jinkludu għadd ta' films favoriti tat-tfal fosthom Alvin & the Chipmunks: The Road Trip u Zootropolis. Il-kbar se jkunu jistgħu jaraw films popolari bħal Deadpool, Fast & Furious 7, Straight Outta Compton, Ted 2, Star Wars: The Force Awakens, Mission Impossible – Rogue Nation, u Fifty Shades of Grey. Ħafna minn dawn il-films se jixxandru wara xulxin bħala parti mill-Festive Weekend Special, li se jsir mit-30 ta' Diċembru sal-Ewwel tas-Sena. Kurt Camilleri, il-Kap Kummerċjali ta' GO, qal, "Għal darb'oħra fi żmien il-Milied, GO qed tagħti lill-klijenti kollha li għandhom is-servizz ta' GO TV l-opportunità li jgawdu films u programmi tajbin fuq GO Stars u GO stars HD b'xejn. Ċerti li dan ir-rigal mingħand GO se jgħin biex dan l-istaġun tal-festi jkun wieħed ferrieħi." Christmas with the Coopers Sospensjoni tas-servizz tal-vapur fil-Milied u l-Ewwel tas-Sena Nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-Gozo Channel se tkun qed tissospendi s-servizz tagħha bejn nofsinhar u 15.00. Is-servizz se jkun sospiż sabiex l-impjegati tal-kumpanija li jkunu xogħol f'dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jieklu mal-familji u l-ħbieb tagħhom. Fil-jumejn imsemmija, il-vjaġġi tal-12.00, 12.45, 13.30 u 14.15 mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa, u l-vjaġġi tal-12.45, 13.30, 14.15 u 15.00 miċ-Ċirkewwa mhux se jsiru. Dan ifisser li l-aħħar vjaġġ mill-Imġarr ikun fil-11.15, filwaqt li l-aħħar vjaġġ miċ-Ċirkewwa huwa skedat għal nofsinhar. Wara nofsinhar, is-servizz jerġa' jibda fit-15.00 mill-Imġarr għaċ- Ċirkewwa, filwaqt li l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa għall- Imġarr, ikun dak tal-15.45. HSBC Malta jagħti sorpriża għall- Milied lil xerrejja ta' home loan HSBC Malta ta sorpriża lil tliet xerrejja li xtraw l-ewwel dar tagħhom b'self mill-bank billi rrinunzja għall-ħlas dovut fix-xahar ta' Diċembru. Il-Bank għamel dan bħala rigal ta' ringrazzjament fi żmien il- Milied. It-tliet sidien ta' darhom ibbenefikaw mill-idea tal-Bank imsemmija 'l-ewwel Milied fl-ewwel dar tagħhom'. Il-ferħ tagħhom għall-aħbar inqabad fuq filmat li qed jidher fuq is-sit ta' HSBC Malta, kif ukoll fuq il- paġna popolari ta' Facebook. Il-membri tat-tim ta' HSBC, li għenu lill-klijenti fl-applikazzjoni tagħhom għall-home loan, żaruhom fid-djar ġodda rispettivi tagħhom bi skuża li kellhom bżonn jiffirmaw xi dokumenti. L-aħħar dokument kien nota fejn il-Bank tahom l-aħbar li kien qiegħed jirrinunzja għall-pagament ta' xahar tal-home loan tagħhom. "X'jagħmel il-Milied speċjali?" hi l-kampanja ta' HSBC Malta għal dawn il-ġranet festivi, li apparti l-filmat tal-ewwel xerrejja tal-home loan, kien hemm ukoll żewġ negozji żgħar - The Soap Café f'Tas-Sliema u The Caterer fil-Mellieħa – li qed jagħmlu Milied speċjali għall-klijenti tagħhom. Il-filmati jiċċelebraw il-kontribut li dawn in-negozji jagħmlu lill-komunità Maltija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016