Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064
Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum Intervista 13 qatt minn ġo fik' Illum il-ġurnata... "La tkun qabditek darba d-dipressjoni, jkun hemm iktar ċans li terġa' taqbdek, u jkun hemm ħafna affarijiet li jaffetwaw dan, u ħafna drabi ma jgħinukx," jirrispondi Bruno meta mistoqsi dwar is-sitwazzjoni llum il-ġurnata. Iżid jgħid li jkun verament fieq mid-dipressjoni xi ħadd, "meta tiġik lura l-kapaċità, mhux li ma jaqbdukx dwejjaq, imma li tkun kapaċi taffrontahom." Jitkellem kif tgħin ħafna li jirnexxielek tibni sistema fik innifsek li tagħraf tiddistakka problema minn oħra, u l-problemi ma tħallihomx jakkumulaw, "għax hemmhekk ikun il-punt fejn tiżbroffa." Grezzju Carabott saħansitra kellu l-ħwejjeġ ta' taħt tiegħu biss Fis-snin twal li Hector Bruno ilu attiv fil-ħajja teatrali u dik fuq it-televiżjoni, interpreta għexieren ta' karattri, fejn minbarra l-parti tad-dama għal 15-il sena fuq il- palk tal-Istitut Kattoliku, għamel partijiet varji fuq it-televiżjoni, bħall-karattri tar-reġina u Raffaella Carrá fost l-oħrajn. Imma mil-lista twila ta' karattri, liem huwa dak li l-aktar huwa għall-qalb il-komiku Belti? "Tant għamilt karattri, li qisek lanqas tista' tagħżel, imma per eżempju l-messaġġier tal-Ministeru tal-Finanzi, Grezzju Carabott huwa wieħed speċjali. Saħansitra," jkompli jgħid Hector, "anke l-ħwejjeġ ta' taħt tiegħu partikolari għandu, u meta nagħmel il-karattru, irrid inkun liebes il-ħwejjeġ propja tiegħu, li ma jintlibsu għall-ebda karattru ieħor." Ikompli jgħid li f 'dawn is- snin kollha attiv, akkumula ħafna kostumi u props, u fil-fatt, "għandi żewġt ikmamar mikrija għandi biex inżomm l-affarijiet relatati mat-teatru bħall-kostumi, skripts, props..." 'Il-Milied jamplifika l-problemi ta' min ikun qed ibati' "Il-Milied hi xi ħaġa sabiħa," jibda jirrispondi Hector hekk kif mistoqsi xi jfisser għalih. "Okkażjoni li tgħaqqad il-familja u nieħu pjaċir inqattagħha magħhom," ikompli jgħid filwaqt li jfakkar kif, "sfortunatament, il-Milied huwa wieħed mill-iktar ġranet li min ikun għaddej minn xi problemi, jamplifikalhom dawn il-problemi, dan is-solitudni u dan id-dwejjaq. U forsi mhux dejjem naħsbu fiha biżżejjed. Vera li nagħmlu l-ġabriet u s-solidarjetà, imma mhux dejjem naħsbu kemm vera fil-Milied ikun hawn min qed ibati." Ikompli jitkellem dwar id- diffikultà ta' diversi persuni f 'dawn iż-żminijiet u kemm il- problemi donnhom jidhru ikbar f 'dan iż-żmien, "fosthom lili wkoll personalment." Iżid jgħid li jum il-Milied iqattgħu mal-familja, u jipprova jaħtaf l-opportunità f 'dan il-jum biex ikun mal-familja kollha, hekk kif jistqarr li ma tantx għadu jkollu opportunitajiet biex jiltaqa' mal-familja kollha wara l-mewt tal- papà tiegħu sentejn ilu, u anke minn mindu ommu tinsab rikoverata f 'dar għall-anzjani. 'Il-Belt dejjem f 'qalbi' Hector Bruno, minn dejjem kien attiv fil-ħajja Beltija u fil-fatt, kien l-ewwel sindku tal-lokal, fejn għamel żewġ termini. Din il- gazzetta staqsiet lil Bruno x'kien dak li ġiegħlu li joħroġ u jikkontesta għal din il-kariga. Għal dan, Bruno sostna li lill-Belt iħobbha ħafna u kien dejjem sinonimu mal-Belt, "għax apparti li twelidt hawnhekk, u għext dejjem hawn, minn dejjem kont involut f 'affarijiet li jmorru lil hinn mill-ħajja tiegħu, li huma konnessi mal-Belt, bħal għaqdiet taż-żgħażagħ, il-festi. Il-Belt, meta tgħix fiha, tħossha wisq parti minnek," kompla jsostni Bruno. Żied jgħid li huwa kien attiv anke qabel ma nħolqu l-Kunsill Lokali, partikolarment fejn għandhom x'jaqsmu l-festi, l-aktar dik ta' San Pawl. Fil-fatt, l-intervista saret fl- Uffiċċju Parrokjali tal-knisja ta' San Pawl, li fiha Bruno jagħti daqqa ta' id b'mod volontarju. Hector isostni li dawk li l-iktar ikunu jafu x'għandha bżonn lokalità, huma effettivament dawk li jgħixu fiha, u allura taqbel perfettament mal-kunċett tal- Kunsilli Lokali. M'għandix dritt nimrad jien? " " Ritratt: Chris Mangion