Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064
Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum Opinjoni 15 jżomm il-prodotti barranin speċjalment dawk Ċiniżi li qed joħdulhom xogħolhom milli jidħlu fl-Amerika. U li l-faħam ser jerġa' jieħu r-ruħ kif ser jagħmel l-azzar Amerikan. Fuq kollox emmnuh li ser inaddaf lil Washington mill-interessi speċjali, bħal dawk ta' Wall Street. U hekk id-dinja issa għandha president li qiegħed jaħtar l-aktar Kabinett sinjur fl-istorja bl- akbar numru ta' biljunarji, b'nies li jiffrekwentaw esponenti tal-lemin estrem, fosthom simpatizzanti Nażisti u razzisti u b'nies li jiċħdu t-tibdil tal-klima. Minkejja l-evidenza dejjem tikber, għad hawn min jiċħad li t-tibdil tal-klima huwa riżultat tal-azzjoni umana u dawn l-individwi issa ser ikollhom karigi ferm importanti fl- amministrazzjoni l-ġdida Amerikana. L-istess sfiduċja fil-klassi politika Amerikana qed narawha ukoll f 'pajjiżi oħrajn. Kellna r-riżultat tal-Brexit li kellu xi ftit jew wisq l-istess matriċi bħall- vot Amerikan. Għandek klassi ta' nies, speċjalment ta' ħaddiema, li marru ħażin bil-globalizzazzjoni u tilfu l-privileġġi u l-pagi għoljin li kellhom għal żmien twil. Imma dawn in- nies mhumiex qed jifhmu li l-affarijiet mhumiex ser jitreġġgħu lura, li jekk il-vapur ser isalpa ħdejn is-sireni li qed isejħulhom u jwegħduh il-ġenna fl- art, ser jinkalja. Bħalma dawn in-nies fil-punent għandhom dritt igħixu sew, l-istess għandhom il-ħaddiema Ċiniżi, Vjetnamiti u Indjani li qed joħdulhom xogħolhom. L-adazzjoni għall-effetti tal-globalizzazzjoni hija ferm aktar kumplessa milli l-mexxejja popolisti jpinġu u ħażin għalih min ma jippruvaw jadatta għar- realtijiet il-ġodda. Imma tassew m'hemmx triq oħra. L-ekonomiji tal-punent iridu jagħfsu fuq attivitajiet ekonomiċi ġodda imma dan mhux faċli, aktar u aktar li llum qed naffaċjaw sfida ġdida, dik tal-intelliġenza artifiċjali, li hija mistenni tirrendi miljuni ta' nies bla xogħol fis-snin li ġejjin. Minkejja x-xettiċiżmu tal-amministrazzjoni l-ġdida Amerikana, it-tibdil tal-klima ser jibqa' sfida kbira għad-dinja fl-2017. Fortunatament, il-pajjiż li l-aktar jitfa' CO2 fl-arja, iċ-Ċina qed jieħu l-isfida bl-akbar serjetà u dana anke minħabba t-tniġġiż li qed jifni l-bliet tiegħu. Qed isir investiment tremend fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u llum, id- dinja qiegħda tinvesti aktar f 'dawn l-oqsma mli fis-sorsi tradizzjonali ta' faħam, pitrolju u gass. Fuq kollox, l-ekonomija tas-sorsi rinovabbli ta' enerġija tjiebet ferm u llum ħafna drabi hija irħas mis-sorsi tradizzjonali anke mingħajr sussidji statali. F'dan ir-rigward, teżisti tassew tama u l-qagħda mhijiex daqshekk ħażina. Ovvjament, theddida oħra hija dik tat-terroriżmu. Imma frankament, minkejja attakki bħalma kellna din il-ġimgħa f 'Berlin li fihom imutu nies innoċenti, wieħed m'għandhux jeżaġera l-impatt ta' dawn l-attakki. Ir-rabta bejn dawn l-attakki u l-merħba li l-Ġermanja tat lir-rifuġjati dlonk saret minn bosta propagandisti tal-lemin. Imma l-fatt jibqgħu li dawn l-attakki kriminali, ta' kwalunkwe matriċi, jsiru anke f 'pajjiżi li ma jilqgħux ir-refuġjati u li dawn ir-refuġjati huma invarjabbilment nies tal- affari tagħhom li huma ħerqanin sabiex jibdew ħajja ġdida. Id-dinja dieħla fl-2017 b'ħafna ċpar u ftit dawl jew dell. Imma ma rridux naqtgħu qalbna. Kull min jemmen fil-valuri komuni Ewropej irid jaħdem u jistinka aktar minn qatt qabel sabiex id-dinja ma tispiċċax tmur lura fiż- żminijiet tassew mudlama li l-mewġa ta' populiżmu fis-snin tletin ipprovokat. Dawn il-valuri żguraw paċi u progress f 'dawn l-aħħar sebgħin sena fil-kontinent li għal sekli kien it-tejatru ta' konflitti. U kellhom effett pożittiv ferm 'il bogħod mill-fruntieri Ewropej. Bħala riżultat tal-impenn sabiex id-dinja ma terġax tgħaddi mill-ħruxijiet u l-massakri tat-Tieni Gwerra Dinjija, tnieda esperiment innovattiv sabiex il-pajjiżi Ewropej jaqsmu s-sovranità tagħhom u jilqgħu flimkien l-isfidi komuni. Hija tassew ħasra li hawn daqshekk animożità lejn l-Unjoni Ewropea, ħafna minnha pprovokata bid-difużjoni ta' propaganda falza li rajnieha jkollha effett daqshekk kbir kemm fil-vot tal-Brexit kif ukoll Amerikan. Imma verament bid-difetti, reali jew perċepiti tagħha, ma jeżistux alternattivi konkreti għal din ir-realtà tal-Unjoni Ewropea. Min iwiegħed realtà alternattiva u isbaħ qiegħed jidħaq bin-nies kif ftit ftit qed jiskopru ċ-ċittadini tar-Renju Unit. It-twerżiq ta' dawk li pinġew Renju Unit ħieles mill- 'ktajjen ta' Brussell issa qed jaffaċja r-realtà li l-kappa tal-UE tiżgura l-impjiegi u standards f 'bosta oqsma li ma tistax tgħaddi mingħajrhom. Il-Milied it-Tajjeb lil kulħadd. Ejjew nippruvaw ilkoll inneħħu kwalunkwe sentiment ta' mibgħeda li għandna fl-istonku u naraw lil kull wieħed u waħda minnha bħala ħolqien li jixraqlu d-dinjità li Ġesù Bambin ġie mċaħħad minnha fit-twelid tiegħu. Flimkien biss, bli niġbdu ħabel wieħed, nistgħu naffaċjaw l-isfidi komuni. Id-dinja issa għandha president li qiegħed jaħtar l-aktar Kabinett sinjur fl-istorja bl-akbar numru ta' biljunarji, b'nies li jiffrekwentaw esponenti tal-lemin estrem, fosthom simpatizzanti Nażisti u razzisti