Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum 3 Aħbarijiet l-ajruplan Ruma...niżlu Malta minħabba l-fuel tal-hijackers baqgħu mhux magħrufa. In-negozjati fuq l-art tmexxew mil-Brigadier tal- AFM Jeffrey Curmi Għal din il-kriżi, il- Ministru tat-Trasport Libjan Milad Matoug, waqqaf 'crisis commitee' sabiex tieħu ħsieb in-negozjati mal- hijackers. Fuq il-post, il-kundizzjonijiet tal- hijackers ġew negozjati minn tim ta' negozjaturi Maltin, immexxi mill- Brigadier Jeffrey Curmi. Aktar tard, matul il- ġurnata sar magħruf li l-hijackers talbu li n-negozjaturi Maltin jitilgħu fuq l-ajruplan għall-ftehim; talba li ġiet rifjutata mill-Brigadier Curmi. Tul il-ġurnata kollha, fl-ajruport ittieħdu bosta miżuri ta' emerġenza u numru ta' prekawzjoni neċessarji. Toroq madwar l-ajruport ġew magħluqa filwaqt li fl-ajruport kien hemm preżenza kbira tal- Pulizija u l-Forzi Armati, kif ukoll mill-Protezzjoni Ċivili, flimkien ma' ambulanzi. Mat-tmiem tal-kriżi, il- Prim Ministru ta' Malta, Joseph Muscat, waqt konferenza tal-aħbarijiet li ebda waħda minn dawn ir- rikjesti ma kienet minnha u li fil-fatt it-talbiet tal- hijackers qatt ma laħqu saru. Wara madwar 4 sigħat, il-hijackers bdew iħallu xi passiġġiera mill-111 abbord jinżlu. L-ewwel li tħallew jinżlu kien ġrupp ta' 25 nisa u tfal. Warajhom niżlu grupp ieħor ta' 25, sakemm fl-aħħar tħallew jinżlu l-passiġġieri kollha. Waqt li l-passiġġieri kienu niżlin mill-ajruplan, is- sitwazzjoni kienet il-ħin kollhu waħda kalma hekk kif huma niżlu kollha bil-kalma u b'mod ordnat, u marru fil-kowċis li ntbagħtu hemm għalihom. Lejn l-aħħar, fuq l-ajruplan kien fadal biss iż-żewġ hijackers flimkien ma' ftit membri tal- ekwipaġġ. Ħareġ ixejjer bandiera ħadra tal-Gvern ta' Gaddafi Hekk kif bdew jiġu meħlusa l-aħħar membri tal-ekwipaġġ ukoll, raġel li ma kienx liebes uniformi u għaldaqstant kien mifhum li kien wieħed miż-żewġ hijackers, ħareġ mill- ajruplan iġorr u jxejjer bandiera ħadra, marbuta ma' dak li deher li kienet krozza. Il-bandiera kienet waħda ħadra, assoċjata mal-Libja fi żmien it- tmexxija ta' Gaddafi, konferma li l-hijackers kienu sostenituri tal-eks mexxej Libjan u parti minn Al Fateh Al Gadida. Hekk kif niżel minn fuq l-ajruplan, wieħed mil-hijackers ġie immedjatament imwaqqaf, newtralizzat u arrestat minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta. Il-Prim Ministru Joseph Muscat, iktar tard indirizza konferenza stampa, li għaliha kienu preżenti diversi ministri fosthom Carmelo Abela u George Vella, flimkien mas-segretarju permanenti ewlieni marion Cutajar, u wara nuqqas ta' ħafna żmien mix-xena pubblika, iċ- Chief of Staff tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, fost l-oħrajn. Muscat ikkonferma li l-passiġġieri jinstabu tajjeb u l-hijackers ġew arrestati. Muscat qal li parti minn negozjati esiġew li r-rikjesti tal-hijackers kellhom jiġu milqugħa biss jekk il-passiġġieri jinħelsu; ħaġa li l-hijackers qablu magħha u infatti bdew jeħilsu l-passiġġieri ftit ftit, fi gruppi żgħar. Il-Prim Ministru temm il-konferenza tal-aħbarijiet billi qal li anke l-passiġġieri ġew interrogati qabel jintbagħtu lura l-Libja fuq titjira oħra tal-Afriqiyah Airways. Din il-kriżi poġġiet il-Malta taħt il-lenti tal- media dinija, permezz ta' kollegamenti diretti u aġġornamenti fuq is-siti ripettivi tagħhom dwar l-andament tal- operazzjonijiet fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. 44 titjira lejn u minn Malta ittardjaw jew ġew devjati Sal-aħħar tal-ġurnata tal-Ġimgħa, it-titjiriet kollha lejn u minn Malta reġgħu lura għan-normal. Dan wara li matul il-kriżi fl-ajruport, total ta' 44 titjira ġew effetwati, uħud minnhom b'dewmien sostanzjali, filwaqt li oħrajn kellhom jiġu devjati għal ajruporti oħra. B'kollox, 9 titjiriet lejn Malta ġew devjati, filwaqt li 20 titjira li kellha titlaq minn Malta u 15 oħra li kellhom jaslu matul il-ġurnata ġew posposti sal-ġimgħa filgħaxija, jew sas-Sibt filgħodu. Ritratt i: James Bianchi Iż-ewġ persuni li ħatfu l-kontroll tal-ajruplan kienu sostenituri tal-eks mexxej Libjan, Muammar Gaddafi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016