Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum SPORTSillum 25 L-MFA tħares b'ottimiżmu għas-sena l-ġdida bejn tranżizzjoni u oħra minn Cristian Antony Muscat ILLAQGĦA tal-Kunsill tal-MFA ta' nhar it-Tlieta li għadda li kienet l-aħħar waħda għal din is-sena kalendarja, tista' titqies bħala waħda speċjali għal diversi raġunijiet. Dan għax fost l-oħrajn, din kienet l-ewwel waħda għas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-MFA, Angelo Chetcuti u anke għall-viċi president il-ġdid Matthew Paris, kif ukoll l-aħħar waħda għall- viċi-president uxxenti tal-MFA, Chris Bonett, li mill-1 ta' Jannar li ġej, se jibda jokkupa l-kariga prestiġjuża ta' Integrity Officer tal- UEFA. Dan fost diversi temi interessanti oħra li tqajmu waqt dan il-Kunsill. Beda bl-intervent tiegħu l-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, li sellem lil dawk kollha preżenti u awgura lil Matthew Paris, viċi president elett ġdid fl-aħħar Laqgħa Ġenerali Straordinarja, u lil Angelo Chetcuti, segretarju ġenerali ġdid. Fl-istess ħin, sellem lil Chris Bonett, li għalih din kienet l-aħħar Laqgħa tal-Kunsill. Angelo Chetcuti fetaħ il-Laqgħa billi avża lill-membri li kien irriżenja mill- kariga ta' viċi president ta' Birzebbugia FC u mill-Eżekuttiv tal-MFA. Huwa qal li fil-każ tas-siġġu tiegħu fl- Eżekuttiv, issa nħoloq post vakanti għal siġġu f 'isem il-klabbs tat-Tieni Diviżjoni. Chetcuti informa lil dawk preżenti li Matthew Paris, kien irriżenja wkoll mill-Kunsill Lokali tal-Furjana kif ukoll irtira l-kandidatura għall- elezzjoni ġenerali li kellu mal-Partit Nazzjonalista. Norman Darmanin Demajo qal li jinsab sorpriż kif fil-kamra ma kien hemm l-ebda rappreżentant tal-MFRA għaliex wara d-direttiva li nħarġet fl-aħħar tmiem il-ġimgħa sabiex l-ebda referee ma jintbagħat jikkontrolla l-partita tal-BOV Premier League bejn Mosta FC u Birkirkara FC. Il-president tal- MFA qal li dan ma kienx l-ewwel inċident li nqala' mal-MFRA. Hu qal li xi ġimagħtejn ilu f 'partita tal-Youths, l-MFRA kienet diġà ħarġet direttiva oħra minħabba l-fatt li xi steward tal-MFA għamel xi żball billi ħalla xi grada miftuħa. Il- president tal-MFA qal ukoll li l-MFRA ħarġet direttiva fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għaliex inkitbu xi kummenti fuq Facebook kontra r-referi Malcolm Spiteri. Filwaqt li l-President ikkundanna l-kummenti li nkitbu minn ċerti persuni fuq Facebook, qal li ma jaqbilx mal-mod kif l-MFRA ħadet din id-deċiżjoni. Il-President tal-MFA qal li l-Assoċjazzjoni ma trid toħloq konfront kontra ħadd, tant li l-MFA tat siġġu fil-Kunsill lill-MFRA u u anki fil-Kumitat tar-Referees. Darmanin Demajo qal li għandu rispett kbir għar- referees lokali kollha u dejjem kien minn ta' quddiem nett biex jiddefendi lir-referees kollha. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Angelo Chetcuti qal li dwar l-istadium ta' Mosta FC, bdiet issir investigazzjoni tal-ispejjeż li ntefqu u kif intefqu fuq dan l-istadium. Huwa qal li kien għalhekk li tqabbad il-Perit Torpiano li huwa perit irrispettat ferm f 'pajjiżna, biex janalizza u jħares lejn ir-rekords tal-ispejjeż ta' dan l-istadium. Chectuti qal li l-MFA għadha qed tistenna mingħand il-Perit Torpiano r-rapport u l-istima ta' dan l-istadium. Intant, waqt il-Laqgħa tal-Kunsill, il-President kien infurmat li f 'artiklu li deher fuq sit lokali fl-aħħar sigħat, kien qed jingħad li hu stess kien jaf bl-investitur Franċiż Sebastien Graeff, il-persuna li kien midħla fil-klabb ta' Birkirkara FC u li minn din is-sena qiegħed jimmilita fil-klabb ta' St. Andrew's u li fl-aħħar jiem qed ikun investigat mill-Pulizija ta' Malta, u dan minħabba r-rabtiet passati li kien hemm fil-passat bejn l-istess president u l-klabb ta' St Andrew's. Norman Darmanin Demajo assigura lill-Kamra li b'din il-persuna, Graeff, ma kien jaf b'xejn u li hu personali m'għandu, u qatt ma kellu l-ebda rabta miegħu. Hawnhekk, viżibbilment emozzjonat, intervjena wkoll il-president ta' Birkirkara FC Adrian Delia, li saħaq li hu dejjem kien, għadu u se jibqa' jiġġieled il-korruzzjoni u se jkun qed jagħmel minn kollox biex jara li xejn għajr mill-verità assoluta toħroġ minn dan il-każ. Ma setax jonqos li jitkellem ukoll fuq dan il-każ li laqat lil Birkirkara FC fl-aħħar jiem, Franz Tabone, Integrity Officer tal-MFA, fejn assigura lill-Kamra li l-MFA, li permezz ta' Sports Radar, ma kellha l-ebda partita ta' Birkirkara li kienet 'flagged', jiġifieri li kien suspett ta' betting irregolari minħabba ċerti patterns li jkunu qed jidħlu f 'ħin partikolari. Intant, Norman Darmanin Demajo tkellem fuq il-konferenza stampa li indirizzat l-MFA ftit tal-jiem ilu fuq il-każ 'Bob Higgins'. Hu qal li skont il- liġijiet ta' Malta, kull klabb irid jibgħat lista tal-kowċis li għandu fin-nursery, biex dawn jgħaddu minn taħt is- safeguarding officer tal-MFA, Andrew Azzopardi. Jekk dan ma jseħħx, u xi klabb ikollu inċident, hemm pieni u konsegwenzi koroh li wieħed jista' jiffaċċja. Qabel ma ntemmet il-laqgħa, indirizza l-kamra għall-aħħar darba Chris Bonett, eks viċi president tal- MFA u li mix-xahar id-dieħel ,se jibda impjieg ġdid bħala l-Integrity Officer tal-UEFA. Bonett irringrazzja lil kull min ħadem viċin tiegħu f 'dawn l-aħħar snin kemm fix-xogħol tal-uffiċċju tiegħu u anki fl-avveniment annwali tal-MFA Awards. Bonett qal li qatt ma kien se jinsa n-nies li tellgħuh f 'din il-pożizzjoni li huma dawk kollha li jagħmlu parti mill-MFA u mill-futbol Malti. Bonett irringrazzja lill-persuni kollha fl-amministrazzjoni ta' dawn l-aħħar snin u wiegħed li mill- pożizzjoni tiegħu fil-UEFA se jibqa' jaħdem u jiddefendi l-klabbs kollha Maltin. Matthew Paris imkien ma' Norman Darmanin Demajo Angelo Chetcuti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016