Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 Sports 26 Christian Schembri jtemm is-sena 2016 b'rekord ta' seba' rebħiet u żewġ telet ISSENA 2016 kienet waħda ferm impenjattiva u pożittiva għall-boxer ewlieni Malti Christian Schembri, fosthom lejn tmiem l-istess sena, fejn huwa kellu żewġ taqbidiet fi żmien xahar - waħda ġewwa Ruma fit-12 ta' Novembru kontra Vincenzo Bevilacqua, u waħda hawn Malta kontra Will Cairns. Biex ikollha iktar dettalji rigward x'kienet tinvolvi din is-sena għal Schembri iżda speċjalment dettalji rigward dawn l-aħħar żewġ taqbidiet li huwa kien involut fihom, din il-gazzetta għamlet kuntatt personali ma' dan il- boxer, fejn tana iktar dettalji. Huwa afferma li: "It-taqbida ta' Ruma ma kinitx waħda pjanata. Jiena kont għaddej bil- preparamenti tiegħi għat- taqbida ta' Diċembru. Saħansitra, kelli diġà bbukkjat u pjanat ġimgħa taħriġ ġewwa l-Ingilterra, ħdejn Barry Smith. Iżda ftit jiem qabel tlajt l-Ingilterra, il-manager Demis Tonna ċempilli u qalli li kien hemm ċans għal din it-taqbida. Għall-bidu, bdejna nikkunsidraw jekk niħduhiex jew le, minħabba li kienet biss jumejn wara li ninżel mill-Ingilterra, iżda rraġunajna li kien ċans tajjeb wisq biex nitilfuh u allura aċċettajna. Il-vantaġġ li kelli kien li l-ġimgħa ta' qabel il-ġlieda kont ġewwa l-Ingilterra, fejn għamilt sparring u taħriġ ma' boxers professjonali kemm tal-livell tiegħi bħal mhuma Richie Gray, Shaquille Dayes, kif ukoll tal-aqwa livell Brittaniku bħal mhuma Ahmet Patterson u Philip Bowes, ovvjament dejjem taħt il-gwida ta' Barry Smith. Meta tlajna Ruma, l-organizzaturi tal- avveniment użaw dawk li jissejhu 'tricks of the trade', fejn ibbukkjawlna kmamar inqas milli kellna bżonn, titjira li waslet l-Italja tard u poġġewna f 'lukanda 'l bogħod minn fejn konna se nikkompetu. Dawn huma affarijiet li jsiru biex jippruvaw jiffrustraw l-avversarju tal-boxer tagħhom, li f 'dan il- każ konna aħna! Iżda dawn l-affarijiet kont qed nistenniehom, u jiena tip ta' persuna li ma nieħu xejn bi kbir, allura dawn l-isforzi kienu kollha għalxejn. It-taqbida kienet waħda kompetittiva ħafna fejn jiena bdejt il-ħin kollu nippressa u nattakka, u Bevilacqua dejjem jimxi lura, jiddefendi u jistennieni biex jagħmel il- kontrattakk tiegħu. Sfortunatament, il-ġudikaturi Taljani għoġobhom iktar l-istil tal-boxer tagħhom Bevilacqua, u taw il- maġġoranza tar-rawnds lilu, avolja dan ma laqatnix b'daqqiet ċari jew li dehru b'saħħithom u jien kont aggressiv iktar minnu. Iżda minkejja li tlift it-taqbida bil-punti, jiena impressjonajt lill-organizzaturi tal-event u osservaturi oħrajn midħla tal-boxing Taljan, u għandi nerġa' niġi mistieden biex nikkompeti hemmhekk fl-2017. Din it-taqbida swiet ħafna wkoll għaliex ntweriet live fuq Rai Sport 1, u tatni exposure kbir kemm f 'Malta kif ukoll fl-Italja, u wieħed jista' jaraha anke online. Wara din it-taqbida, ħadt tlett ijiem ta' mistrieħ u erġajt komplejt bit-taħriġ intensiv tas-soltu taħt il-gwida tal-kowċ Super Steve Martin, li ta' min jgħid li fi ftit żmien bena l-gym tiegħu: 'Fight Factory Home of Champions' u mlieh kollu boxers ta' kalibru għoli u tella' diversi champions lokali, u nixtieq nirringrazzjah tax-xogħol kbir li għamel miegħi. Komplejna naħdmu fuq it- teknika u l-veloċità flimkien fuq il-pads, u nagħmel sparring ta' livell tajjeb ħafna mal-boxers lokali Richard Vella, Brandon Borg u Shaun Falzon, li ngħinu u nimbuttaw lil xulxin biex dejjem ngħollu l-livell. It-taqbida ta' Diċembru waslet ukoll u kont determinat li nirbaħ, u wara r-riżultat tal-Italja, kont determinat li nieħu r-riżultat tal-ġlieda f 'idejja u ntemmha jiena, u ma nħallix f 'idejn il-ġudikaturi. Will Cairns ġie biex jagħmel taqbida difensiva, u jipprova jagħmel nas li naqa' fihom jiena mbagħad jarmi daqqiet b'saħħithom ta' kontrattakk. Iżda jien segwejt l-istruzzjonijiet ta' Steve Martin u bdejt inżomm id- distanza tiegħi u ma naqax 'il quddiem, u bdejt nieħdu b'daqqiet b'saħħithom kemm ġo rasu kif ukoll għal ġismu. Id-daqqiet għall-ġismu beda jħosshom, fejn mat-tieni rawnd mill-ewwel waqqajtu b'daqqa ġol-istonku. Bqajt nagħfas f 'din it-tattika u wara li waqqajtu tliet darbiet oħra, dan ma reġax qam fil-ħames rawnd. B'hekk irbaħt b'dak li jissejjaħ TKO - technical knockout, u spiċċajt is-sena 2016 b'rekord ta' seba' rebħiet u żewġ telfiet. Bħal dejjem nixtieq nirringrazzja lill-partitarji kollha tiegħi, li matul is-sena dejjem jagħtuni sapport qawwi u jinkoraġġuni biex inkompli sejjer tajjeb f 'dan l-isport. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-familja tiegħi ta' kemm jgħinuni fil-ħajja ta' kuljum, speċjalment missieri u ommi, li qatt ma tieqaf taħsel ħwejjeg tat-taħriġ u ssajjarli l-ħaxix! Il-preparamenti għal din it-taqtiegħa baqgħu għaddejjin bla waqfien minn wara t-taqtiegħa l-oħra, fejn ġurnata biss wara r-rebħa fuq Mirkko Moisar, it-Tnejn jiena kont qiegħed fil- Fight Factory Home of Champions taħt il-gwida ta' Steve Martin u Roland Muscat biex inkomplu nħejju għal din it-taqtiegħa u nżommu l-kundizzjoni fizika tiegħi fil-quċċata tagħha. Ta' min jgħid li psikoloġikament, din kienet xi ħaġa iebsa, fejn kelli nagħmel tmien ġimgħat sħaħ ta' dieta stretta u nittrenja għaxar darbiet fil-ġimgħa biex ninżel fil-kategorija ta' piż ġdid tiegħi, ta' middleweight (73kg). Barra minn dan, il-promozzjoni tax-xow ħadet daqqa ta' ħarta wkoll meta fil-ġurnata li kellu jseħħ l-avveniment

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016