Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 27 f 'Ġunju, inqala' maltemp kbir, u peress li r-ring kien qiegħed armat barra fuq il-piċċ tal-Victor Tedesco Stadium, dan kellu jkun pospost għall-ġurnata ta' wara, b'konsegwenza li ħafna mill-partitarji li kienu se jattendu kellhom iħassru għaliex l-għada kellhom pjanijiet oħra. Iżda minkejja dawn id- diffikultajiet u s-sagrifiċċji kollha, xorta bqajt ikkonċentrat fuq it-taqtiegħa tiegħi, u kont determinat li nagħti wirja aħjar minn dik ta' tliet ġimgħat qabel, u fil-fatt hekk għamilt. Mimmo Mule, l-avversarju tiegħi, kien ta' statura qasira u matnazza ħafna, allura konna qed nistennewh li jipprova jidħol jiġġieled minn fuq ġewwa, biex ineħħili l-vantaġġ li kelli fuqu tat-tul. Ta' min jgħid ukoll li fiżikament kien b'saħħtu u ma kinitx faċli li jien ninponi ruħi fuqu. Minkejja dan, jiena rnexxieli niddomina l-ġlieda mill- bidu sal-aħħar, fejn irbaħtlu ċar ħames rawnds minn sitta. Irnexxieli nħaddem it-tekniċi tal-boxing li jien u l-kowċis tiegħi konna ppreparati li nużaw, fejn ridna nżommu lil Mule fuq barra bil-jab u l-cross, nieħdu kontroll tan- nofs tar-ring u ma nħalluh qatt jaqbadna fuq il-ħbula. Irnexxieli wkoll nolqtu b'ħafna daqqiet nodfa li dehru sbieħ f 'għajnejn il-pubbliku u tawhom gost waqt il-ġlieda, u nħaddem affarijiet tekniċi oħrajn li bdejt naħdem fuqhom ma' Roland u Steve Martin fil- ġimgħat ta' qabel. L-uniku punt negattiv li noħrog minn din il-ġlieda seħħ fil-ħames rawnd, fejn għal darb'oħra, Mule, pprova jaqbadni fil-ħbula u kif għamilt moviment biex naħarbu, hu żelaq 'il quddiem u ħbatna ras ma' ras, fejn għamilli qasma u kelli nagħmel erba' punti. Dan ġegħelni nieħu ġimgħa sħiħa mistrieħ mit-taħriġ u 28 ġurnata ma nagħmilx sparring fit-taħriġ, biex nipproteġi kemm jista' jkun il-qasma u nħalliha tfieq bl- aħjar mod possibbli. Il-pjan issa huwa li nerġgħu nirritornaw għall- ġlieda oħra fi tmiem is-sajf, f 'avveniment li għandu jsir f 'nofs Settembru, u sadanitant jien u l-kowċis tiegħi naħdmu kemm jista' jkun biex intejbu t-teknika tiegħi filwaqt li nirranġaw xi difetti li hemm preżentament, biex dejjem intejbu u nipperfezzjonaw. Nixtieq nirringrazzja lill-isponsors tiegħi tal- għajnuna kbira li qed ituni fil-karriera tal-boxing tiegħi, li huma Eat me I'm Famous, Harmont & Blaine, Eurosport, Sci-MX Nutrition, Browns Valletta Waterfront, Don Michele Italian Fashion u Michael's Butcher tal-Ħamrun. Fl-aħħar nett, nixtieq ngħid grazzi lill-familja u lill-partitarji kollha tiegħi li jiġu bi ħġarhom f 'kull taqtiegħa li jkolli. Nixtieq nawgura l-festi t-tajba lil kulħadd, u jalla jkollna sena dejjem aqwa milli kellna," temm jgħid Christian Schembri. Christian Schembri -azzjoni. Ritratt: www.maltasportsphotography.com Imniedi t-tieni volum tal-istorja glorjuża ta' Valletta FC FILJIEM li għaddew ġie mniedi t-tieni volum tal- ktieb li jiġbor fih l-istorja kollha ta' Valletta FC u li jġib l-isem ta' 'City! The official history of football in Valletta - Volume Two'. Dan il- volum jinkludi fih il-kisbiet li għamel il-klabb Belti bejn is-snin 1963 u l-2014 f 'aktar minn 660 paġna ta' informazzjoni dettaljata li tinkludi statistika u ritratti bil-kulur miġbura mill- istoriku tal-futbol lokali, Carmel Baldacchino. Fl-indirizz tiegħu lill-media preżenti, il-viċi-president ta' Valletta FC, Paul Spiteri, saħaq li jinsab kburi li kien qed jippreżenta t-tieni u l-aħħar volum tal-istorja ta' Valletta FC. Dan hekk kif fi kliemu, din kienet waħda mill-akbar ħolmiet tiegħu u rringrazzja bis-sħiħ lil Carmel Baldacchino għax-xogħol eċċellenti tiegħu, lill-viċi- president l-ieħor ta' Valletta FC, Alexander Fenech, li kien l-isponsor prinċipali ta' dan il-proġett permezz tal-kumpanija tiegħu Brown's Pharmacy kif ukoll lil Tony Formosa u Tonio Farrugia li għamlu l-qari tal-provi tal- ktieb. Paul Spiteri kkonkluda billi qal li m'hemmx dubju li dawn iż-żewġ volumi għandhom ikunu fuq l-ixkaffa ta' kull min għandu għal qalbu l-futbol Malti hekk kif huma jiġbru parti kbira mill-istorja tal-futbol Malti f 'pajjiżna. Tkellem ukoll Carmel Baldacchino li qal li kien onorat li kien ingħata r-responsabbiltà li jikteb l-istorja ta' wieħed mill-aktar klabbs glorjużi fl-istorja tal- futbol Malti. Huwa kompla li jittama li aktar klabbs Maltin jieħdu l-eżempju ta' Valletta FC, hekk kif dawn it-tip ta' kotba jgħinu bis-sħiħ biex iżommu lill-futbol Malti ħaj għal ħafna snin. Indirizza wkoll il-konferenza stampa, il-viċi-president ta' Valletta FC, Alexander Fenech, li waqt li nkoraġġixxa lil kull min iħobb il-futbol Malti u mhux biss partitarji ta' Valletta biex jakkwista kopja ta' dawn iż-żewġ volumi hekk kif tabilħaqq jistgħu iservu bħala rigal sabiħ għal żmien il-Milied, huwa qal li jemmen li dawn iż-żewġ volumi huma ta' interess kbir għas-segwaċi kollha tal-futbol lokali. Dan it-tieni volum qed jinbiegħ lill-membri tal-klabb ta' Valletta FC għall-prezz ta' €30, waqt li żewġ volumi jistgħu jinxtraw għal €50, waqt li dawk li mhumiex membri jistgħu jixtru volum wieħed għall-prezz ta' €40 u żewġ volumi għall-prezz ta' €70. Sadanittant, fost l-aktar punti interessanti li ħarġu minn din il-konferenza stampa, kien dak mill-president ta' Valletta FC, Victor Sciriha, li żvela li l-Gvern kien ippropona sit ġdid ta' kostruzzjoni ta' stadium tal-futbol b'kumpless madwaru. Huwa spjega li kien ġie infurmat b'dan matul il-jiem li għaddew mis- segretarju ta' Valletta FC, Joe Attard. Madankollu, huwa qal li bħala klabb iridu janalizzaw il-fatti kollha biex jagħmlu ċert li dan il-proġett jilħaq ir-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti kollha tal-klabb Belti, hekk kif mhux se jkun qed jaċċetta li jingħatalhom sit iżgħar minn dak diġà propost lilhom f 'Ħal Farruġ, limiti ta' Ħal Luqa. Victor Sciriha kompla li l-għan primarju ta' Valletta FC huwa dak li mhux biss ikollhom stadium tal-futbol fejn jilagħbu, iżda wkoll li jikkummerċjalizzaw binjiet madwaru, waqt li jattiraw interess ta' investituri barranin. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa qal li qed jittama li din is-saga li ilha għaddejja għall-aħħar disa' snin u li ddeskriva bħala tal-mistħija, ikollha tmiem pożittiv kif mixtieq matul is-sena d-dieħla. Intant, din il-gazzetta għamlet domandi addizzjonali lill-istess president ta' Valletta FC, Victor Sciriha, rigward xi plejers u uffiċjali ta' Valletta FC. Huwa beda biex ġie mistoqsi rigward l-attakkant Arġentin, Federico Matias Falcone, u jekk dan hux se jkun qed iħalli lill-klabb f 'Jannar li ġej, bi Sciriha jikkonferma li fil-fatt hemm ċans kbir li dan il-plejer iħalli lil Valletta FC fil- ġimgħat li ġejjin, biex imur jilgħab ma' xi klabb barra minn Malta, għalkemm ma ta l-ebda dettalji rigward d-destinazzjoni ta' Falcone. F'domanda oħra, Victor Sciriha, ġie mistoqsi rigward il-futur tal-kowċ Paul Zammit u tal-goalkeeper Henry Bonello, li jidher li tilef postu bejn il-lasti Beltin, fejn ikkonferma li dawn se jkunu qed jibqgħu ma' Valletta FC skont kif jistipulaw il- kuntratti rispettivi tagħhom. Din il-gazzetta għamlet ukoll osservazzjoni li jidher li bosta partitarji Beltin ma kinux kuntenti bil-fatt li d-difensur ta' 34 sena, Ian Azzopardi, li għamel sitt snin jilgħab ma' Valletta FC, u li fihom rebaħ erba' kampjonati fost diversi unuri oħra, kien tħalla jitlaq lill-Beltin, biex jingħaqad b'self ma' Gzira United sa tmiem l-istaġun. Victor Sciriha rrisponda li kienu għamlu hekk biex dan il-plejer ikollu iktar ċans li jilgħab u li xorta waħda għadu fuq il-kotba ta' Valletta FC, fejn se jkun qed jirritorna magħhom fi tmiem l-istaġun. Carmel Baldacchino jippreżenta t-tieni volum tal-istorja glorjuża ta' Valletta FC lil Paul Spiteri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016