Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064
Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 29 ħdan l-MFA -aqwa tiegħu Seminar tal-ħarifa għall-uffiċjali Elite u Referee Observers Fil-jiem li għaddew, il-Malta FA Refereeing Department organizza s-solitu seminar tal-ħarifa għal kważi sittin uffiċjali u referee observers, fil- Forti Sant'Anġlu fil-Birgu, li l-aspett storiku u sbuħija arkitettonika tiegħu għadhom kemm ġew restawrati u rinovati. Fl-introduzzjoni tiegħu, id-Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi qal li l-iskop ewlieni ta' dan is-seminar, tliet xhur wara dak li sar qabel il-bidu tal- istaġun, kien li wieħed jieqaf ftit u jara fejn sejrin tajjeb, x'jista' jitjieb u x'mar ħażin fil-prestazzjonijiet s'issa. Qal li l-istil tat-tmexxija tiegħu jista' jidher li hu rilassat iżda riżultati pożittivi huma mistennija minnu u t-tim tiegħu li, madankollu, huma fid-dover li jgħinu lir-referis, meta possibbli. Dan hu staġun li ġab u se jġib diversi bidliet fosthom strateġija, online portal, kits ġodda għat-tliet snin li ġejjin, vanishing spray fil-Premier League, waqt li qed tiġi diskussa skema ta' assikurazzjoni. Qal li s'issa l-ammont ta' appointments internazzjonali kien ta' 22, waqt li fl-2015 kien dak ta' 15, u rrikonoxxa l-mertu tar-referis għal dan il-fatt. Fl-istess waqt appella lil kulħadd biex ikomplu jaħdmu flimkien. Il-mistieden prinċipali, l-eks referi internazzjonali Franċiż u fil-preżent UEFA Refereeing Officer Marc Batta, esprima l-pjaċir tiegħu li kien Malta biex jaqsam l-għarfien u l-esperjenza tiegħu mar-referees biex jgħinhom jitjiebu. Hu mexxa sessjonijiet bis-suġġetti Positioning, The Advantage Clause, Effective Teamwork, u Communication & Personality permezz ta' powerpoint presentations u wiri ta' filmati b'sitwazzjonijiet meħuda minn diversi leagues u kompetizzjonijiet Ewropej, fejn ħarġet l-importanza ċara li r-referi jrid jittrenja iebes fiżikament u mentalment, biex ikun ippreparat isegwi l-azzjoni u jibqa' iffokat u konċentrat tul il-logħba kollha biex ikun kapaċi jieħu korrettament id- deċiżjonjiet mistennija minnu. Suġġetti oħra ġew indirizzati mid-Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi dwar Tackling Major Decisions, u min-national instructors Charles Agius dwar Handball, u Gaetano De Gabriele dwar Adopting the Right Attitude on and off the field of play. Diskussjonijiet fi gruppi għar-referees tmexxew mid-Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi u r-Refereeing Assistant Marco Borg, għall-assistenti referees (dwar offside) mill-Assistent Ditrettur Philip Agius; u r-Refereeing Officer Alex Arena laqqa' lir-referee observers. Fit-tlett ijiem tas-seminar, il- parteċipanti sarulhom quizzes dwar General Knowledge u profiċjenza fil-lingwa Ingliża u test dwar ir- regolamenti tal-logħba immexxija mir-Refereeing Officers Andrè Arciola u Adrian Azzopardi, li taw ukoll ir- rispons dwarhom. Il-konferenza stampa li matulha ġew ippreżentati l-kits ġodda tar-referis, bla ma jħallsu xejn għat-tliet snin li ġejjin, ġiet indirizzata mill-eks Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo li qal li issa li se jibda avventura ġdida mal-FIFA, ried jirringrazzja lill- uffiċjali għall-koperazzjoni tagħhom f 'dawn l-aħħar sitt snin u nofs fl- implimentazzjoni tal-pjan strateġiku tal-MFA għall-preżent u l-futur tar-refereeing lokali, bir-riżultat li llum għandna aktar referis u referis aħjar, u ta' livell għoli wkoll. Huwa rringrazzja lil Marc Batta li għoġbu jiġi jaqsam l-esperjenza tiegħu. Intant Marc Batta, irrikonoxxa x-xogħol imwettaq minn dawk preżenti filwaqt li rrimarka li ħa gost bil-parteċipazzjoni tagħhom fl-aħħar tlett ijiem; appellalhom għall- konsistenza bl-għajnuna tar-refereeing officers u r-referee observers, u awguralhom għall-futur. Is-Segretarju Parlamentari għar- Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius irringrazzja lil Marc Batta li qasam l-esperjenza vasta tiegħu mar-referees lokali; lil Kevin Azzopardi, it-tim tiegħu u r-referees li flimkien huma parti importanti mil- logħba tal-futbol. Filwaqt li rringrazzja lil Bjorn Vassallo għall-ħidma tiegħu fl-MFA u awguralu fil-karriera ġdida tiegħu fi ħdan il-FIFA, feraħ lil Angelo Chetcuti li kien preżenti wkoll, u li ħa l-kariga tiegħu bħala Segretarju Ġenerali tal-MFA. Intant, Kevin Azzopardi qal li fl-istess ġimgħa tas-seminar attenda UEFA Workshop u rrealizza li s-settur tar- refereeing tagħna hu wieħed mill-aqwa fl-Ewropa f 'dik li hija organizzazzjoni strateġika u inizjattivi meħuda, u dik hi r-raġuni wara l-ammont ta' appointments internazzjonali li l-uffiċjali ħabrieka tagħna ħadu s'issa fl-2016, jiġifieri 40% aktar mill-2015. Huwa kompla li r-referis lokali se jkunu qed jiggwadanjaw minn żewġ proġetti internazzjonali tal-UEFA, li huma iktar skambji ta' referis li se jseħħu aktar tard matul dan ix-xahar u fl-2017, kif ukoll ir-Referees' Academy li reġghet għandha 20 kandidat ieħor għal dan l-istaġun. Dan waqt li għall-2017 inżamm l-istess ammont ta' uffiċjali internazzjonali jiġifieri 17. Huwa rringrazzja lil Marc Batta li aċċetta l-istedina biex ikun il-lecturer ewlieni tas-seminar; lil Chris Agius għall-għajnuna tiegħu; Heritage Malta; l-MFRA; u l-isponsors AutoFactors; it- tim amministrattiv tiegħu għax-xogħol siewi li jwettaq, innutat ukoll minn Marc Batta, u Bjorn Vassallo filwaqt li awguralu personalment u f 'isem il- familja tar-referis għall-karriera futura tiegħu mal-FIFA. Fl-għeluq tas-seminar, id-Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi spjega xi punti amministrattivi, bil- kummenti konklussivi tiegħu jkunu li jidher li hemm sodisfazzjon ġenerali għall-prestazzjonijiet tal-uffiċjali sal- fażi fl-istaġun, u li kien seminar tassew fejjiedi. Coremalta Seminar organizzat fiċ- Ċentru tar-Refereeing Riċentament, iċ-Ċentru tar- Refereeing organizza seminar ta' jum għall-parteċipanti fil-programm COREMALTA. Meta indirizza lill-parteċipanti fl-introduzzjoni tiegħu, id-Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi enfasizza li huma kienu magħżula biex itejbu l-iżvilupp tagħhom b'suċċess fil-kategorija Elite. L-idea li ġie mniedi l-programm COREMALTA ittieħdet mill- mudell pożittiv tal-UEFA Centre of Refereeing Excellence (CORE) li diġà ġie kkupjat u attwat ukoll minn pajjiżi oħra. L-ewwel preżentazzjoni 'Reaching your goals' saret mill-FIFA Referee Clayton Pisani, li qasam l-esperjenzi personali mill-ewwel passi tiegħu fil-karriera sal-lum, kif ukoll esprima xi ħsibijiet tiegħu. Tkellem dwar il-preparazzjoni tal-logħba, attitudni, u l-ħtieġa li wieħed iħares lejn iċ- ċirkostanzi b'moħħ miftuħ. Għal din is-sessjoni attendew ukoll l-istudenti tar-Refereeing Academy, li ħolqu sinerġija pożittiva bejn iż-żewġ gruppi ta' parteċipanti. It-tieni preżentazzjoni saret mill- Assistent Direttur tar-Refereeing Andrè Arciola, li żewwaqha b'diversi video clips dwar sitwazzjoni differenti fil-logħbiet. Wara li l-parteċipanti raw il-clip assenjata lilhom, ġew imqassma fi gruppi biex wara rrapportaw il-kummenti tagħhom dwarha. Il-kelliema mistiedna Samantha Tabone (Sport Psychologist) animat il-preżentazzjoni tagħha dwar preparazzjoni mentali għal logħba u rutina mentali li tista' tgħin l-uffiċjali jiffukaw, speċjalment għal-logħba li jkollhom. Is-sessjoni nkludiet numru ta' eżerċizzi prattiċi li ttestjaw il-livell ta' konċentrazzjoni tal-parteċipanti. Ir-raba' sessjoni dwar sitwazzjonijiet li l-uffiċjali lokali kellhom fil- kampjonati domestiċi tmexxiet mill- Assistent Direttur tar-Refereeing Philip Agius, li għal aktar uniformità bejniethom, enfasizza l-importanza tal-koperazzjoni bejn ir-referi u l-assistenti tiegħu, it-teknika korretta fit-tixjir tal-bandiera mill-assistenti referis, u l-aħjar użu tal-apparat tal- komunikazzjoni. Il-kap ta' COREMALTA Stephen Mallia, għalaq is-seminar billi emfasizza li l-għan ewlieni tal- programm hu li jinħoloq ambjent b'saħħtu li fih il-parteċipanti jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom kemm jista' jkun, għalkemm f 'kompetizzjoni iżda f 'atmosfera ta' ħbiberija. Filwaqt li awgura kull suċċess lill-parteċipanti, innota b'sodisfazzjon l-entużjażmu u l-ispirtu tagħhom f 'attitudni pożittiva f 'dan is-seminar. Ir-Referis Maltin li ngħataw il-Badge tal-FIFA