Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kont nilgħab mal-minors ta' Balzan FC u kelli l-ambizzjoni li nilgħab mat-tim tal-kbar, iżda minħabba l-istudji tiegħi li għamilt fl-Ingilterra, kelli nieqaf mill-futbol milgħub, sfortunatament. Minn dak iż-żmien li kont tilgħab għaż-żmien preżenti, kif rajtu jinbidel il-futbol f 'Malta? Inbidel ħafna. L-ewwel nett hemm ħafna plejers barranin, bil-faċilitajiet tjiebu u hemm iżjed ħsieb u approċ professjonali. L-istakes huma iżjed għoljin fid-dinja kalċistika. Madankollu, għad baqalna x'naħdmu għaliex hemm ħafna kompetizzjoni permezz tat-televixin, partikolarment, minħabba l-fatt l-logħbiet tagħna jaħbtu ma' logħbiet ta' kampjonati maġġuri madwar l-Ewropa. X'inhu l-ħsieb tiegħek wara l-investiment massiv li għamilt fil- futbol Malti? Iżjed milli investiment, naraha bħala ħaġa li ttini pjaċir, għaliex nixtieq naħdem ma' tim żgħir u nagħtihom pjaċir. Madankollu, naħdem ħafna anke mat-timijiet taż-żgħar, għandna iżjed faċilitajiet fejn naħdmu u anke qed ikollna iżjed kowċis barranin li qegħdin ikunu interessati fil-ħidma tagħna. Bażikament, nixtieq nagħti liż-żgħar dak iċ-ċans li qatt ma kelli jien. X'tikkummenta fuq il-kankru tal-betting li kulma jmur qed jeqred il-futbol mondjali? Hija problema diffiċli li teħles minnha. Madankollu, hemm il- moniteraġġ u jien ma nemminx li kollox huwa mbagħbas - ma tistax titfa' lil kulħadd fl-istess keffa. X'taħseb dwar ix-xogħol li qed tagħmel fil-preżent l-MFA? Naħseb li qegħdin jagħmlu ħafna xogħol għall-ġid tal-futbol Malti, minkejja l-pressjoni li forsi jkollhom. Minkejja li intom raħal żgħir, qegħdin ittellgħu bosta partitarji fil-grawnd. X'qiegħed isir biex tħeġġuhom? Qegħdin nagħmlu minn kollox, speċjalment nużaw il-media soċjali. Nispera li fil-futur ikollna iżjed partitarji għaliex għandna tim tajjeb. Inti li tkun ħafna l-Awstralja, kif jirnexxielek issegwi sew lil Balzan FC? Insegwihom dejjem, speċjalment meta jkun hemm il-logħbiet online, dejjem insegwihom. Nirċievi anke l-affarijiet u d-dettalji rigward kull logħba. X'tikkummenta fuq il-kowċ ta' Balzan FC, Oliver Spiteri? Qiegħed jaħdem tajjeb ħafna magħna u huwa persuna dedikat ħafna. Jalla jeħodna f 'livell ieħor sabiex niċċelebraw xi ħaġa speċjali. X'inhu l-għan ewlieni ta' Balzan FC għal matul dan l-istaġun? Matul is-sajf li għadda, ġeddidna l-kuntratti tal-plejers Maltin ewlenin tagħna, fosthom Lydon Micallef, Justin Grioli, Steve Bezzina, Dylan Grima u l-goalkeeper Christian Cassar. Żammejna l-istess nukleu ta' plejers Maltin għall-istaġun li ġej, iżda saħħaħna l-iskwadra bl- akkwist ta' tliet plejers barranin ta' ċertu livell li huma Bruno Giglio de Oliviera, Anderson Francisco de Barros u Borče Manevski. Barra minn hekk, żammejna tliet plejers barranin oħra li huma Elkin Orlando Serrano Valero, u ż-żewġ Montenegrini Bojan Kaljevic u Ivan Janjusevic. Għalkemm l-iskwadra ta' Balzan FC hija waħda ferm kompetittiva, ma neskludix li fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nakkwistaw iktar plejers. B'hekk, l-għan ewlieni tagħna għal dan l-istaġun se jerġa' jkun dak li bħala Balzan FC niksbu post mal-ewwel tlieta jew erbgħa tal- Kampjonat. Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent? Il-wirjiet murija u r-riżultati miksuba minn klabbs Maltin fl-aħħar impenji tagħhom f 'kompetizzjonijiet Ewropej, kienu ferm inkoraġġanti, b'Birkirkara jirnexxielhom jagħmluha għat- tielet round ta' kwalifikazzjoni illum | Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 Sports 30 Il-Malti-Awstraljan li rrivoluzzjona Cristian Antony Muscat "L-għan tiegħi huwa dak li nkompli nara lil Balzan FC mexjin fit-triq it-tajba, u nispera li nkomplu niġġieldu għar-rebħ tal-unuri kollha li qed nikkompetu fihom fi tmiem l-istaġun, għalkemm żgur li din mhux se tkun xi ħaġa faċli" "Għandi l-għan li nkompli nara iktar plejers żgħażagħ telgħin mill- akkademja ta' Balzan FC, li hija waħda tassew professjonali" Anton Tagliaferro - il-president Malti-Awstraljan ta' Balzan FC, li minn mindu ħa t-tmun tat-tim, irrivoluzzjonah biex sar wieħed li jisda għar- rebħ tal-unuri l-futbol lokali, fejn l-preżent jinsab jokkupa l-ewwel post tal-Kampjonat BOV Premier

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016