Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064
għall-UEFA Europa League, Valletta għat-tieni round ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League, waqt li aħna bħala Balzan FC konna ferm sfortunati li sfajna eliminati mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Europa League, għalkemm fit-tieni leg barra minn darna f 'Baku fl-Ażerbaijan, ksibna rebħa tajba ta' 2-1 kontra FC Neftchi. Dan kollu juri li l-livell tal-futbol Malti għola matul l-aħħar snin, u dan għandu jinkoraġġixxi iktar spettaturi biex jerħulha lejn id-diversi stadia li fihom jintlagħab il-futbol Malti biex isegwu lit- timijiet tagħhom. Nemmen li l-livell tal-futbol Malti fil-preżent jista' jikkumpara tajjeb ma' dak ta' numru ta' Kampjonati madwar l-Ewropa. L-uniku dispjaċir li għandi huwa dak li l-attendenzi fl-istadia Maltin għadhom foqra, u li xejn ma jirriflettu l-isforzi kbar li jagħlu l-klabbs Maltin għall-akbar ġid tal- futbol Malti. Taqbel mal-kunċett ta' 14-il tim fil-Premier jew mal-fatt li sa mill- istaġun jista' jkun li kull tim jibda jutilizza sa massimu ta' 11-il plejer barrani f 'kull tim? Ma naqbilx mal-kunċett ta' 14- il tim fil-Premier minħabba li l-ispejjeż għall-klabbs involuti telgħu ħafna, u se jkun hemm klabbs li jsibuha diffiċli biex jikkompetu mat-timijiet ta' fuq. Fl-opinjoni tiegħi, il-Kampjonat Premier għandu jkun kompost minn għaxar timijiet bi tliet rawnds, hekk kif skont jien huwa biss permezz ta' kampjonat ta' dan it-tip, li jkun qed jogħla l-livell tal-futbol Malti. Intant, ma naqbel xejn mal-fatt li jista' jkun li sa mill-istaġun li ġej, kull tim, ikun jista' jutilizza sa 11-il plejer barrani fil-grawnd, iżda ma nħossx li din hija l-problema ċentrali fil-futbol Malti. Għandi mistoqsija kbira fuq il-fatt kif jista' jkun li jkun hawn 54 klabb Malti b'amministraturi u kowċis li jsejħu lilhom infushom bħala professjonali u li veru għandhnom għal qalbhom il-futbol. Huwa għalhekk li nsewwed tassew qalbi b'aħbarijiet li smajna matul l-aħħar jiem rigward allegati każijiet ta' korruzzjoni marbuta ma' match fixing. Nawgura li jekk din il-proposta tal-11-il plejer barrani tgħaddi, ma jbatux futbolers Maltin u anke t-tim nazzjonali Malti. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek u anke dak ta' Balzan FC? L-għan tiegħi huwa dak li nkompli nara lil Balzan FC mexjin fit-triq it- tajba, fejn nispera li nkomplu sejrin hekk u niġġieldu għar-rebħ tal-unuri kollha li qed nikkompetu fihom fi tmiem l-istaġun, għalkemm żgur li din mhux se tkun xi ħaġa faċli. Barra minn hekk għandi l-għan li nkompli nara iktar plejers żgħażagħ telgħin mill-akkademja ta' Balzan FC, li nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li hija waħda tassew professjonali. Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 31 rrivoluzzjona lil Balzan FC "Iil-Kampjonat Premier għandu jkun kompost minn għaxar timijiet bi tliet rawnds, biex jogħla l-livell tal-futbol Malti" Twieled f 'Tas-Sliema, -1959 Huwa l-president ta' Balzan FC, li minn mindu ħa t-tmun ta' dan it-tim irrivoluzzjona lil dan it-tim Għandu l-għan ewlieni li jkompli jara lil Balzan FC mexjin t-triq it-tajba, fejn jittama li jkomplu sejrin hekk u jiġġieldu għar-rebħ tal- unuri kollha li qed jikkompetu hom tmiem l-istaġun. Barra minn hekk, għandu l-għan li jkompli jara iktar plejers żgħażagħ telgħin mill- akkademja ta' Balzan FC, li hija waħda tassew professjonali. ANTON TAGLIAFERRO