Illum previous editions

illum 24 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/767064

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Aħbarijiet 7 Is-Sibt 24 ta' Diċembru 2016 | illum kienet...is-sena skont il-gazzetta ILLUM NEWSPAPER POST Nr 495 • 10 t' April 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Franz Tabone Ara paġni 34 u 35 Urtati bil-kbir Mizzi jitfa' l-ballun f 'saqajn Muscat minn Albert Gauci Cunningham ILMOSSA tal-Ministru Konrad Mizzi, issa Deputat Mexxej tal-Partit Laburista li jitfa' l-futur politiku tiegħu f 'ħoġor il-Prim Ministru, ma niżlet tajjeb xejn ma' bosta Laburisti, mal-istrateġisti tal-istess partit, speċjalment man- nies fl-ogħla karigi u lanqas ma' ħafna mid-deputati tal-PL. Din ir-rabja kienet trażmessa l-aktar fid- diskors tal-Ministru Evarist Bartolo waqt il-Konferenza Ġenerali li sostna li l-każ Panama, "mhux qed iħalli lill-Gvern jaħdem b'mod seren," u li huwa, "l-akbar test għall-Partit Laburista." Il-fatt li Mizzi, minflok irreżenja kif ħafna kienu qed jaħsbu li se jagħmel, tefa' l-futur politiku tiegħu fuq Muscat, ġiet interpretata minn bosta fil-partit bħala mossa li poġġiet lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista f 'sitwazzjoni mill-aktar diffiċli. "Mizzi jaf li l-Laburisti ma jridux li l-partit jidher li qed ibaxxi rasu għal kull forma ta' pressjoni mill-PN, u jaf ukoll li d-diskors ta' bosta huwa li jekk Muscat jġiegħlu jirreżenja, ikun qed jidher dgħajjef. Għalhekk," komplew jgħidu dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta, "Konrad iħoss li għandu l-lussu jibqa' f 'postu u jħalli lil Muscat ikeċċih." Dawk viċin il-PL li tkellmu mal-ILLUM, sostnew li hemm nies influwenti u qrib il-Prim Ministru li qed jinterpretaw dak li għamel Mizzi bħala sfida diretta lil Muscat. "Ma niżlet tajjeb xejn, anzi ħafna kienu dawk li interpretawha bħala daqqa ta' stallett minn wara, għad-detriment ta' Muscat." "Kieku rreżenja, kien ikun qed jidher li fehem is-sentiment ta' rabja lejh u kien jagħti ftit ċans lilu nnifsu jerġa' jibni l-karriera politika mill-ġdid. Imma għażel li jibqa' u jitfa' l-ballun f 'saqajn Muscat." Dawk li tkellmu mal- ILLUM saħqu kif Mizzi jħoss li r-rekord tiegħu bħala Ministru, speċjalment fejn jirrigwarda l-Enemalta, huwa raġuni biżżejjed biex jinżamm fil-kariga li jokkupa. Minkejja li l-ILLUM infurmata li Muscat wasal għal deċiżjoni finali, kuntrarjament għall-aspettativa popolari, se jżomm ma' dak li dejjem qal s'issa u jippronunzja d-deċiżjoni finali tiegħu wara li jkun magħruf l-eżitu tal- investigazzjonijiet dwar il-kumpanija fil-'Panama' ta' Konrad Mizzi. Huwa mistenni jwassal dan il-messaġġ dalgħodu, fl-għeluq tal- Konferenza Ġenerali. Aqra analiżi f 'paġni 6 u 7 Louis Galea wara l-istrateġija tal-PN LEKSMINISTRU Louis Galea, li bħalissa jokkupa l-kariga ta' awditur fil- Qorti Ewropea qed iservi ta' konsulent mhux uffiċjali tal-Kap tal-Oppożizzjoni u huwa l-moħħ wara l-kampanja qawwija li għaddej biha l-PN bħalissa, b'mobilizazzjoni tal-attivisti mill-aktar akkaniti tal-PN. Galea, apparti li huwa ħabib ta' Busuttil, huwa magħruf ukoll bħala l-istrateġista ewlieni tal-PN qabel l-1987, meta kienu qed isiru wkoll numru ta' protesti fuq bażi regolari. Dawk li tkellmu magħna u li ġejjin mill-kamp li jiffavorixxi lil Mario De Marco u Claudio Grech, tnejn min-nies li ma tantx qed jaraw għajn m'għajn mal-istrateġija tal-PN fil-preżent, qalu li Galea qed jipprova jagħmel rikostruzzjoni tal-immaġini tal-Partit Nazzjonalista għaż- żmien li kien immexxi minn Eddie Fenech Adami. Tkompli f 'paġna 8 Il-ħames għażliet ta' Muscat Sikkina taqta' miż- żewġ naħat €1.00 Louis Galea wara l-istrateġija tal-PN NEWSPAPER POST Nr 496 • 17 t' April 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Gilber t Agius Ara paġni 34 u 35 'Ħudu azzjoni fuq l-imħallef ' Kulħadd jġħid li ġie l-ewwel fl-istħarriġ Ara paġni 4 u 5 Tkompli f 'paġna 9 Esperti legali jitolbu lill-Kunsill Superjuri tal-Ġudikatura biex jieħu azzjoni wara l-arrest illegali ta' Natius Esperti legali li tkellmu mal-ILLUM sostnew li għandha tittieħed azzjoni fil-konfront tal- Imħallef Giovanni Grixti wara l-iżball tiegħu li wassal biex is-sindku Laburista Natius Farrugia kien arrestat illegalment. Dawk li tkellmu mal-ILLUM qalu li jkun, "stramb jekk il-Kunsill Superjuri tal-Ġudikatura ma jiħux nota ġudizzjarja ta' dak kollu li ġara, u jagħmel dak li għandu jagħmel mingħajr ma jistenna rapporti formali dwar il-każ." L-ILLUM staqsiet ukoll lil Franco Debono, l-avukat ta' Farrugia, jekk iħossx li l-każ għandux imur quddiem il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, iżda Debono saħaq li dwar dan ma xtaqx li jikkumenta. L-esperti li tkellmu magħna, midħla tal-liġi u tal-Qorti, sostnew li l-arrest tas-Sindku Laburista Natius Farrugia kien, "illegali, mill- aktar stramb u sar bi ksur tal-liġi, hekk kif Farrugia safa' arrestat fuq akkuża li dwarha hu kien diġà ġie lliberat mill-Imħallef Francesco Depasquale." Mal-ILLUM Franco Debono spjega kif wara li ngħatat din is-sentenza, hu flimkien mal- Avukat Marion Camilleri bdew jippreparaw rikors biex Natius jinħeles mill-arrest, liema arrest Debono sejjaħlu "illegali." L-istess avukati talbu lid-deputat tal- Imħallef Grixti għal diversi drabi biex jingħataw is-sentenza, fl-istess waqt li nfurmawh li se jkun ippreżentat rikors li jiddikjara l-arrest wieħed illegali u li jikser il-liġi. Debono qal li aktarx kien f 'dan il-punt li l-Imħallef irrealizza bl-iżball li kien sar. Tkompli f 'paġna 9 Kien jivvota mal-Gvern f 'mozzjoni kontra Konrad MINKEJJA li kien imsemmi bħala wieħed mid-Deputati Laburisti li talbu għar-riżenja ta' Konrad Mizzi, il-Ministru Evarist Bartolo xorta kien jivvota mal-Gvern kieku għada, minflok mozzjoni kontra l-Gvern kollu, il-PN ressaq mozzjoni kontra Mizzi. Mal-ILLUM il-Ministru Bartolo ingħaqad ma' Godfrey Farrugia, li mas- sit illum.com.mt ukoll qal li kien jivvota kontra mozzjoni ta' sfiduċja f 'Konrad Mizzi. L-imħallef Giovanni Grixti Natius Farrugia NEWSPAPER POST analiżi f 'paġni 6 u 7 Louis Galea, li bħalissa jokkupa l-kariga ta' awditur fil- Qorti Ewropea qed iservi ta' konsulent mhux uffiċjali tal-Kap tal-Oppożizzjoni l-kampanja qawwija li għaddej biha l-PN bħalissa, b'mobilizazzjoni tal-attivisti mill-aktar akkaniti tal-PN. Galea, apparti li huwa ħabib ta' Busuttil, huwa magħruf ukoll bħala l-istrateġista ewlieni tal-PN qabel l-1987, meta kienu qed isiru wkoll numru ta' protesti fuq bażi regolari. Dawk li tkellmu magħna u li ġejjin mill-kamp li jiffavorixxi lil Mario De Marco u Claudio Grech, tnejn min-nies li ma tantx qed jaraw għajn m'għajn mal-istrateġija tal-PN fil-preżent, qalu li Galea qed jipprova jagħmel rikostruzzjoni tal-immaġini tal-Partit Nazzjonalista għaż- żmien li kien immexxi minn Eddie Fenech Adami. Tkompli Il-ħames għażliet ta' Muscat kkina aqta' miż- naħat NEWSPAPER POST numru ta' protesti fuq bażi Dawk li tkellmu magħna u li ġejjin mill-kamp li jiffavorixxi lil Mario De Marco u Claudio Grech, tnejn min-nies li ma tantx qed jaraw għajn m'għajn mal-istrateġija tal-PN fil-preżent, qalu li Galea qed jipprova jagħmel rikostruzzjoni tal-immaġini tal-Partit Nazzjonalista għaż- żmien li kien immexxi minn Eddie Fenech Adami. Tkompli f 'paġna 8 Kulħadd jġħid li ġie l-ewwel fl-istħarriġ Ara paġni 4 u 5 Tkompli f 'paġna 9 u jagħmel dak li għandu jagħmel mingħajr ma jistenna rapporti formali mingħajr ma jistenna rapporti formali dwar il-każ." L-ILLUM staqsiet ukoll lil Franco L-ILLUM staqsiet ukoll lil Franco Debono, l-avukat ta' Farrugia, Debono, l-avukat ta' Farrugia, jekk iħossx li l-każ għandux imur jekk iħossx li l-każ għandux imur quddiem il-Kummissjoni għall- quddiem il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, iżda Debono saħaq li dwar dan ma xtaqx li jikkumenta. L-esperti li tkellmu magħna, midħla tal-liġi u tal-Qorti, sostnew li l-arrest tas-Sindku Laburista Natius Farrugia kien, "illegali, mill- aktar stramb u sar bi ksur tal-liġi, hekk kif Farrugia safa' arrestat jinħeles mill-arrest, liema arrest Debono sejjaħlu "illegali." L-istess avukati talbu lid-deputat tal- Imħallef Grixti għal diversi drabi biex jingħataw is-sentenza, fl-istess waqt li nfurmawh li se jkun nfurmawh li se jkun ippreżentat rikors li jiddikjara l-arrest wieħed illegali u li jikser il-liġi. Debono qal li aktarx kien f 'dan il-punt li l-Imħallef irrealizza bl-iżball li kien sar. Tkompli f 'paġna 9 Kien jivvota mal-Gvern f 'mozzjoni kontra Konrad Kien jivvota mal-Gvern f 'mozzjoni kontra Konrad Kien jivvota mal-Gvern MINKEJJA li kien imsemmi bħala wieħed mid-Deputati Laburisti li talbu għar-riżenja ta' Konrad Mizzi, il-Ministru Evarist Bartolo xorta kien jivvota mal-Gvern kieku għada, minflok mozzjoni kontra l-Gvern kollu, il-PN ressaq mozzjoni kontra Mizzi. Mal-ILLUM il-Ministru Bartolo ingħaqad ma' Godfrey Farrugia, li mas- sit illum.com.mt sit illum.com.mt sit ukoll qal li kien jivvota illum.com.mt ukoll qal li kien jivvota illum.com.mt kontra mozzjoni ta' sfiduċja f 'Konrad Mizzi. L-imħallef Giovanni Grixti NEWSPAPER POST Nr 497 • 24 t' April 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Steve Borg Ara paġni 34 u 35 Cassar rikoverat id-dar ILKUMMISSARJU tal- Pulizija Michael Cassar bħalissa jinsab rikoverat id- dar wara li daħal l-isptar għal testijiet ftit jiem ilu ftit wara li rritorna minn vaganza. Għalkemm Cassar m'għadux l-isptar, bħalissa jinsab rikoverat id-dar u kollox se jiddependi mill-pariri li se jingħata mingħand it-tobba. Il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela spjega kif m'hemm l-ebda problema min-naħa ta' Cassar jew mill-Gvern dwar il-pożizzjoni li għandu u li Cassar lest illi jibqa' jwettaq ħidmietu f 'din il-kariga. Iżda kollox jiddependi mit-testijiet u "d-deċiżjoni Michael Cassar se jeħodha hu." Abela qal illi huwa żamm kuntatt ma' Cassar biex jara kif jinsab kif ukoll biex jawguralu fejqan ta' malajr. De Marco jesprimi lealtà sħiħa lejn Busuttil minn Albert Gauci Cunningham ILVIĊI Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco jkun lest li jirriżenja jekk Simon Busuttil jitolbu biex jagħmel dan, fid- dawl tal-każ ta' xogħlijiet li saru fid-dar tiegħu mill-kumpanija ta' Pierre Sladden. Dawn ix-xogħlijiet qatt ma sar ħlas għalihom sakemm kien żvelat kif Sladden, is-sid ta' Redmap Ltd., kien uża kumpaniji fil-British Virgin Islands għal tranżazzjoni ta' €900,000. Mistoqsi minn din il-gazzetta jekk jirreżenjax fl-eventwalità li Busuttil jitolbu jagħmel dan, De Marco sostna illi huwa dejjem emmen f 'politika li tkun ta' servizz għall-pajjiż. "Il-mument li jiena nħoss, jew il-partit, li jfisser għalija anke l-kap tal-partit, iħoss li l-preżenza tiegħi mhix qed iservi dan il-għan, allura iva, inwarrab." Iktar kmieni din il-ġimgħa Simon Mercieca, wieħed mill- awturi tar-rapport tat-telfa tal-PN u opinjonista li ta' sikwit ikun fuq it-televiżjoni tal-istess partit wissa lil Simon Busuttil biex, fid-dawl ta' dak żvelat, ikeċċi lil De Marco qabel mat-tim ta' De Marco ikeċċih hu. Minkejja li sorsi li tkellmu mal-ILLUM sostnew illi s-sentiment ta' Mercieca jinħass sew fost fazzjoni partikolari tal-PN, De Marco ċaħad li hemm xi forma ta' diżgwid intern u assigura li "t-tmexxija tal-PN hija magħquda. Jekk hemm min jaħseb bil-kontra, m'għandux idea x'enerġija hemm fil-PN bħalissa." Iżda s-sorsi tal-ILLUM viċin il-PN qalulna li nies influwenti fil-partit, fosthom uħud li kienu qrib sew tal-eks PM Gonzi, qed jaraw f 'De Marco theddida serja għal kandidata preferuta tagħhom għat-tmexxija tal-PN, f 'każ ta' telfa fl-2018. Dan hekk kif De Marco "jgawdi minn appoġġ tremend fost it-tesserati li se jkunu huma li jagħżlu kap ġdid, meta jasal dan il-mument." Tkompli f 'paġna 9 'Jekk jitlobni... Nirreżenja' April: Ferment fi l-Labour, Patrijottiżmu u Natius Olà Matul dan ix-xahar, l-ILLUM tiżvela ferment fil-Labour u fost id-delegati, hekk kif minflok irreżenja minn Deputat Mexxej, tefa' l-ballun f 'ħoġor Muscat u qal li l-PM għandu jġiegħlu jirreżenja. Il-kwistjoni Panama tinbidel fi kriżi. L-ILLUM tanalizza l-ħames għażliet ta' Muscat: Li jipprova joħloq diversiv mill-kwistjoni, li jkeċċu lil Konrad, li joħolqu diversiv kbir kontra l-PN, li jittama li l-kwistjoni tmut u li Konrad Mizzi jitlaq minn jeddu. L-għażla li jħalli l-kwistjoni tmut kienet deskritta bħala l-agħar deċiżjoni ta' Muscat u dik li Mizzi jitlaq minn jeddu, l-aktar waħda li tagħmel l-inqas ħsara lill-Gvern. Mal-ILLUM Evarist Bartolo, minkejja kull kritika lejn Konrad Mizzi, jgħid li hu dejjem mal-Gvern jivvota, kemm f 'każ ta' mozzjoni kontra l-Gvern u anke f 'mozzjoni kontra Mizzi stess. Hekk fil-fatt għamel. 45% tal-qarrejja qalu jridu lil Mizzi jibqa', 35% jitlaq, 19% riedu li jistennew, fl-istħarriġ online illum.com.mt. L-ILLUM irrappurtat ukoll kif kien hemm reazzjoni ta' rabja kontra l-Imħallef Giovanni Grixti wara li Natius Farrugia spiċċa arrestat illegalment. Żvelajna kif l-immigranti qed jitħallsu sa €6 fis-siegħa meta jinġabru mill-Marsa u żvelajna wkoll kif il- Patrijotti kienu se jgħaqqdu partit u jikkontestaw għall-elezzjoni ġenerali. F'intervista mal-ILLUM, Glenn Bedingfield jiġġustifika l-blog tiegħu 'għax il-Laburisti xebgħu jaqilgħu,' nitkellmu ma' Peppi Azzopardi u Quinton Scerri dwar il-programmi tagħhom, nanalizzaw l-istrateġija tal-PN u nqabbluha ma' dik ta' Eddie Fenech Adami fis-snin 80 u mal-ILLUM, Mario De Marco jgħid li jekk Simon Busuttil jew il-PN jitolbu jirreżenja, fid-dawl ta' akkużi fuq xogħlijiet li saru fid-dar tiegħu, huwa jirreżenja. Mejju: L-ILLUM tiżra' ż-żerriegħa ta' dibattitu nazzjonali dwar il-kirjiet Minkejja li l-għafsa tal-prezzijiet tal-kirjiet privati kienu ilhom ftit jinħassu, kienet l-ILLUM li żvelat il-proposta ta' Yana Mintoff għal kontrolli fuq il-kirjiet privati. Mintoff tipproponi li l-kirjiet ma jiżdiedux b'aktar minn 5% tal-medja tal-kirjiet f 'dik il-lokalità jew żona, għal numru ta' snin. Il-proposta tiftaħ dibattitu sħiħ nazzjonali bis- suġġett ikun diskuss fuq diversi mezzi tax-xandir, fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali u saħansitra fil-Kabinett. Dan sakemm fl- aħħar baġit, il-Gvern wettaq l-ewwel, minn dak li nifhmu li huwa elenku, ta' miżuri f 'dan il-qasam. Matul Mejju l-ILLUM analizzat ir-reshuffle fil-kabinett, b'Manwel Mallia lura bħala ministru u Konrad Mizzi, bħala ministru bla portafoll. F'intervista, Arnold Cassola jgħid li l-PL ma jistax jerġa' jirkupra l-appoġġ li tilef minħabba l-każ Panama, niżvelaw li l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta kien avviċinat biex isir Kummissarju imma ma jaċċettax u nippubblikaw it-tieni stħarriġ dwar it-trasport pubbliku, fejn 50% jgħidu li dan sejjer għall-aħjar u 36% għall-għar. L-ILLUM tibda tirraporta dwar is-sitwazzjoni ta' ħwienet żgħar, iddaħħal lill- qarrejja fid-deni tal-Eurovision li seħħ fl-istess xahar, u tirraporta b'mod estensiv dwar ir- rapport tal-Caritas. fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali u saħansitra fil-Kabinett. Dan sakemm fl- NEWSPAPER POST Nr 499 • 08 ta' Mejju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' ma' Fabrizio Ravanelli Ara paġni 34 u 35 Ma jaċċettax • Silvio Valletta ma jaċċettax li jsir Kummissarju tal-Pulizija • Mhux eskluż li jinħatar Lawrence Cutajar minn Albert Gauci Cunningham LILLUM tista tiżvela li fost il-persuni li ġew avviċinati biex jokkupaw il-kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija kien hemm l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta. Is-sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija li tkellmu mal-ILLUM qalu li minkejja li Valletta kien ikkunsidrat bħala kandidat mill-aktar idoneu għall-kariga, hu m'aċċettax. Għalkemm għadu mhux ċar x'inhuma r-raġunijiet kollha għal dan ir-rifjut, dawk li tkellmu magħna qalu li waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn Valletta ma xtaqx li jokkupa l-ogħla kariga fil-korp kien minħabba l-kariga politika ta' martu, Justyne Caruana. Nies li tkellmu ma' Valletta qalu li l-Assistent Kummissarju jħoss li l-fatt li Caruana hija Membru tal-Kabinett u persuna prominenti fil-Partit Laburista, seta' jitfa' wisq piż u dell fuq l-operat tiegħu kieku aċċetta li jkun fit-tmun tal-Korp. Intant l-ILLUM hija nfurmata li f 'dan l-istadju, il-Gvern mistenni jżomm lil Lawrence Cutajar bħala Aġent Kummissarju, u li għall-futur, mhux jeskludi li jaħtar lill-istess Cutajar bħala Kummissarju tal-Pulizija. Din il- gazzetta bagħtet numru ta' mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali. Ir-risposta li rċevejna kienet biss li deċiżjonijiet lil hinn mill- ħatra ta' Cutajar bħala Aġent Kummissarju, "se jittieħdu f 'mument ieħor" Tkompli f 'paġna 9 'Irrid nara l-qalb soċjali tħabbat' Ira - Beda d-deni tal-Eurovision Ara paġna 17 Ara paġni 6-7 l-PL ma jistax jerġa' jirkupra l-appoġġ li tilef minħabba l-każ Panama, niżvelaw li l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta kien avviċinat biex isir Kummissarju imma ma jaċċettax u nippubblikaw it-tieni stħarriġ NEWSPAPER POST Nr 500 • 15 ta' Mejju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' ma' Jean-Marc Bosman Ara paġni 34 u 35 Nr 500 • 15 ta' Mejju 2016 PROSIT IRA 'Nixtri ma nistax u jekk nikri nissallab' minn John Busuttil HEKK sostna mal-ILLUM ġuvni li jgħix b'paga minima u li qed jipprova jsib post fejn jgħix lil hinn mid-dar tal-ġenturi tiegħu. "Nixtri ma nistax għax il-bank mhux se jtini self u bil-prezzijiet tal-kirjiet bħalissa, biex nikri nissallab." L-ILLUM titkellem ukoll ma' mara separata, wara 24 sena żwieġ li qed tipprova tgħajjex żewġt itfal b'paga ta' 'chambermaid' f 'lukanda u li tgħix f 'post mikri. Bla mistenni, is-sid iddeċieda li jgħollilha l-kirja b'€100 fix-xahar minħabba li l-prezz tal-kirjiet bħalissa qed jiżdied sew, sforz domanda qawwija. F'paġni 4 u 5, din il- gazzetta tinvestiga f 'aktar dettall ir-realtà soċjali li s'issa għadha qed tinħeba taħt id- dell tas-suċċess fis-settur tal-proprjetà. Din hija realtà ta' nies li la jifilħu jikru għax il-kirjiet qed jogħlew ħafna u lanqas jieħdu self mill-bank biex jixtru, għax id-dħul tagħhom huwa baxx. Min imexxi Strickland Foundation kien il-kap tal-ministeru ta' De Marco LEKS Segretarju Permanenti ta' Mario De Marco, Peter Portelli huwa ċ-chief executive officer ta' Strickland Foundation, waqt li għandu impjieg full-time mal-Gvern fejn għandu paga ta' iktar minn €40,000. Strickland Foundation hija l-ikbar azzjonista tal-gazzetta The Times. Portelli, li qabel kien fis-segretarjat f 'Kastilja ma' Richard Cachia Caruana kien spiċċa ma' De Marco meta kien responsabbli mit-turiżmu. Portelli kkonferma mal- ILLUM li huwa CEO part-time mas-Strickland Foundation. Mario Demarco dejjem qal li hu m'għandu l-ebda influwenza fuq dak li jiġri t-Times. Nies li jaħdmu ma' din il-gazzetta qalulna li inflwenza fuq it- Times dejjem kienet hemm u safrattant kien hemm prassi fil- passat li l-editorjali jintbagħtu lil ċerti membri ta' Strickland foundation. Tkompli f 'paġna 6 40% raw titjib fis-servizz Stħarriġ tal-ILLUM dwar it-trasport pubbliku MINN stħarriġ li sar mill- gazzetta ILLUM fost 50 passiġġier fil-venda tal-Belt Valletta, jirriżulta li 40% ta' dawk li jużaw it-trasport pubbliku raw titjib fis- servizz offrut fl-aħħar xhur. F'Jannar, meta kien sar stħarriġ simili ftit wara l-bidliet fir-rottot, 67% tan-nies li pparteċipaw fl- istħarriġ qalu li s-servizz kien mar għall-agħar. Minkejja dan, 36% ta' dawk li tkellmet magħhom l-ILLUM iħossu li s-servizz mar għall-agħar, filwaqt li 24% iħossu li s-servizz baqa' kif kien. Ara paġna 3 Ira Losco tagħti prestazzjoni eċċelenti waqt li kienet qed tirrapreżenta lil pajjiżna bid-diska 'Walk on Water' fis-serata finali tal-bieraħ fi Stokkolma pubbliku, fejn 50% jgħidu li dan sejjer għall-aħjar u 36% għall-għar. tirraporta dwar is-sitwazzjoni ta' ħwienet żgħar, iddaħħal lill- qarrejja fid-deni tal-Eurovision li seħħ fl-istess xahar, u tirraporta b'mod estensiv dwar ir- NEWSPAPER POST 'Nixtri ma nistax u jekk nikri nissallab' mistenni, is-sid iddeċieda li jgħollilha l-kirja b'€100 fix-xahar minħabba li l-prezz tal-kirjiet bħalissa qed jiżdied sew, sforz domanda F'paġni 4 u 5, din il- gazzetta tinvestiga f 'aktar dettall ir-realtà soċjali li s'issa għadha qed tinħeba taħt id- dell tas-suċċess fis-settur tal-proprjetà. Din hija realtà ta' nies li la jifilħu jikru għax il-kirjiet qed jogħlew ħafna u lanqas jieħdu self mill-bank biex jixtru, għax id-dħul tagħhom huwa baxx. Min imexxi Strickland Foundation kien il-kap tal-ministeru ta' De Marco safrattant kien hemm prassi fil- passat li l-editorjali jintbagħtu lil ċerti membri ta' Strickland foundation. Tkompli f 'paġna 6 raw titjib tan-nies li pparteċipaw fl- istħarriġ qalu li s-servizz kien mar għall-agħar. Minkejja dan, 36% ta' dawk li tkellmet magħhom l-ILLUM iħossu li s-servizz mar għall-agħar, filwaqt li 24% iħossu li s-servizz baqa' Ara paġna 3 NEWSPAPER POST Nr 502 • 29 ta' Mejju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' esklussiva ma' Luciano Moggi Ara paġni 34 u 35 ... imma Muscat jgħidilha li m'hemmx ċans minn Albert Gauci Cunningham BINT l-eks-Prim Ministru Dom Mintoff, Yana Mintoff Bland ressqet mozzjoni f 'isem il-Forum Komunità Bormliża, lill-Prim Ministru u lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali li fiha qed tipproponi li jkunu kkontrollati l-prezzijiet tal-kirjiet kummerċjali. Hi qed tipproponi li l-Gvern jimponi massimu ta' kemm tista' tiżdied il- kera ta' proprjetà. Mal-ILLUM Mintoff spjegat kif bil-proposta tal-Forum, il- prezz ta' kirja ma jistax jiżdied b'iktar minn 5% tal-medja tal-kirjiet f 'dik il-lokalità jew żona. Dan ifisser li jekk f 'żona partikolari l-kirja medja hija ta' €100 kull xahar (bħala eżempju), sid il-post ma jistax jitlob aktar minn €105. Mintoff qed tipproponi wkoll li dan il-massimu jkun rivedut kull numru ta' snin. Il-proposta ta' Mintoff iżda ma sabitx l-appoġġ tal-Prim Ministru Muscat li, skont Mintoff, f 'laqgħa informali li kellu magħha, għarrafha li l-Gvern ma jemminx li għandu jindaħal f 'suq ħieles u huwa għalhekk li l-proposta mhux se tkun milqugħa. Mintoff spjegat ukoll kif Muscat qalilha li hu jaqbel biss li l-Gvern għandu jkompli jgħin permezz ta' sussidji u proġetti soċjali. Tkompli f 'paġna 4 FIŻŻMIEN li ġej mistennija titħabbar skema li għandha l-għan li tagħti imbuttatura lil negozji żgħar, speċjalment dawk li huma mmaniġġjati mill-familja. Dan żvelatu mal-gazzetta ILLUM il-Kap Eżekuttiv tal-GRTU Abigail Psaila Mamo li spjegat kif wara diskussjonijiet mal-Gvern u fid- dawl tal-kompetizzjoni qawwija li qed jaffaċċjaw negozji żgħar, speċjalment fil-qasam tal-ħwejjeġ, kull min jixtieq jaqleb in-negozju tiegħu onlajn se jingħata għotja bħala inċentiv. "L-iskema se tkopri għotja ta' madwar nofs l-ispejjeż li jkollu negozjant biex jagħmel din il-qalba, bil-premessa li s-sit ikun wieħed li mhux biss juri l-prodotti imma li joffri wkoll il-faċilità li l-konsumatur jixtri l-istess prodotti onlajn." Aqra l-artiklu kollu dwar is- sitwazzjoni li qed iħabbtu wiċċhom magħha numru ta' negozji żgħar fis- settur tal-ħwejjeġ u l-kummenti ta' Psaila Mamo f 'paġna 5. Mintoff trid kontrolli fuq il-prezz tal-kera Minn Ġanni sa John Tal-bott il-blu jagħlqu 100 sena Ara paġni 12-13 Għotja ta' nofs l-ispiża biex taqleb in-negozju onlajn Ġunju: L-oranġjo ta' Marlene, Cardona rebbieħ u l-Morning After Pill L-ILLUM kienet l-unika gazzetta bil-Malti li segwiet l-elezzjoni għal Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista mill-qrib, b'intervisti mat-tliet kandidati, Chris Cardona, Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi, reazzjonijiet u opinjonijiet tad-Delegati, stħarriġ onlajn li anke jekk mhux xjentifiku, ta stampa reali tal-għażla tad-delegati, artikli u aħbarijiet. L-għada li Cardona kien elett Deputat Mexxej, l-ILLUM irraportat kif Cardona kien wiegħed f 'sms lid-delegati tal-PL li se jinkoraġġixxi deċiżjonijiet fil-PBS. Nies qrib Cardona kienu qalu li l-programm Xarabank kien fil-mira tal-istess Cardona. F'Ġunju, l-ILLUM irrapurtat dwar il-partit il-ġdid ta' Marlene, evalwat il-proposti tal-PN dwar it-traffiku, kienet l-ewwel u l-unika gazzetta li rrapurtat kif l-ebda deputat mara fil-Parlament Malti ma kienet favur il-Morning After Pill (ftit siegħat wara Helena Dalli ħarġet favur), u trattat il-problema ta' storbju li ġej mill-Freeport. Matul dan ix-xahar, il-gazzetta ILLUM analizzat mill-qrib u rraportat b'mod estensiv fuq is-sit illum.com.mt ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit, b'vot favur Brexit. Marlene, Cardona rebbieħ u kandidati, Chris Cardona, Owen Bonnici u Stefan F'Ġunju, l-ILLUM irrapurtat dwar il-partit il-ġdid ta' Marlene, evalwat il-proposti tal-PN dwar it-traffiku, kienet l-ewwel u l-unika minn Albert Gauci Cunningham MIDDISA' deputati Parlamentari nisa, ħadd m'esprima ruħu favur il-legalizzazzjoni tal- morning after pill, jew pillola meħuda mill-mara bħala forma ta' kontraċettiv wara l-att sesswali. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' kull deputata Parlamentari, erbgħa min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, tlieta mill- Partit Laburista u waħda indipendenti u staqsiethom jekk jaqblux li din il-pillola tkun legalizzata. Minn dawn, erba' deputati wieġbu li ma jaqblux, tnejn illimitaw ir-risposta tagħhom għall-abort biss u d-deputati nisa min-naħa tal-Gvern, jew ma weġbux jew qalu li għadhom indeċiżi. L-iktar deputata assertiva u inekwivoka fir-risposta tagħha kontra l-legalizzar tal-morning after pill kienet Claudette Buttigieg li għall-mistoqsija tal- ILLUM, pronta qalet li, "jien kontra kull ħaġa li għandha x'taqsam mal- abort." Mistoqsija imma biex twieġeb speċifikament dwar il-pillola, Buttigieg qalet "iva jien kontra ħafna," u temmet tispjega kif "dwar din il-kwistjoni ma nħossx li għandi bżonn l-ebda forma ta' gwida." Deputata oħra li esprimiet ruħha kontra, hija l-eks-Ministru tal-PN għal Għawdex Giovanna Debono li mal-ILLUM sostniet li, "din il-pillola tista' tkun abortiva u allura, la m'hemmx ċertezza, inħoss li ma nistax nieħu r-riskju." NEWSPAPER POST Nr 505 • 19 ta' Ġunju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' esklussiva ma' Victor Sciriha Ara paġni 34 u 35 L-ebda deputata mhi favur Mal-ILLUM l-ebda waħda mid-disa' deputati nisa ma tesprimi ruħha favur il-morning after pill Tkompli f 'paġna 5 Ġewwa jew barra? Ara analiżi f 'paġni 6 u 7 Ara wkoll opinjonijiet f 'paġni 17, 18, 20 u 21 Il-ħaddiema se jibqgħu fuq il-kotba tal-Gvern L1,600 persuna li bħalissa jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u fl-Isptar Karin Grech se jibqgħu kollha fuq il-kotba tal-Gvern. Dan ifisser li minkejja li l-maniġment ta' dawn iż-żewġ sptarijiet se jgħaddi għand il-Vitals Global Healtcare (VGH) fiż-żmien li ġej, se jkun il-Gvern li jibqa' joħroġ il-paga ta' dawn l-1,600 ħaddiem u dawk il-ħaddiema kollha li jidħlu bħala sostituti tagħhom. F'kummenti lill-membri tal- media l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega kif minkejja li l-operazzjonijiet se jimxu għand il-VGH, "il-Gvern se jkompli jkun hu li jaħdem direttament mal-għaqdiet tal-ħaddiem," filwaqt li r-rappreżentant tal- VGH Ram Tumuluri qal li "tul il-konċessjoni ta' 30 sena se nirrispettaw kull deċiżjoni li tkun konkluża bejn il-Gvern u l-ħaddiema." B'kollox il-VGH se tinvesti €220 miljun fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, l-Isptar Karin Grech u f 'dak li kien l-Isptar San Luqa u mistennija toħloq 800 impjieg ġdid, 600 minn dawn se jkunu f 'Għawdex. Tkompli f 'paġna 36 NEWSPAPER POST Nr 504 • 12 ta' Ġunju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' esklussiva ma' Alessandro Birindelli Ara paġni 34 u 35 Xarabank fil-mira ta' Cardona Id-delegati tkellmu: Deputat Mexxej ġdid Cardona bagħat sms lid-delegati tal-PL u wegħdhom deċiżjonijiet fil-PBS minn Albert Gauci Cunningham FLAĦĦAR jiem tal-kampanja għal Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista Chris Cardona, bagħat SMS lid-delegati kollha tal-partit u fih wegħedhom 'ġustizzja fil-PBS'. F'kuntatt ma' din il-gazzetta kelliem għat-tim ta' Cardona qal li b'dan il-messaġġ lid-delegati, Cardona kien qiegħed partikolarment jirreferi għall-programm 'Xarabank'. L-SMS li ntbagħat mit-tim ta' Cardona f 'ismu kien jgħid hekk: "F'Dissett sħaqt li trid ssir ġustizzja mhux biss mal- Laburisti imma anke mal-Partit Laburista, inkluż fil-PBS." Il-messaġġ jagħlaq bil-kliem "hemm bżonn jittieħdu d-deċiżjonijiet." Mistoqsi direttament minn l-ILLUM jekk Cardona hux qed jikkontempla bojkott, bħalma l-istess partit kien għamel fil- passat riċenti, il-kelliem pront wieġeb "le." Mitlub għalhekk, biex jispeċifika miżura li kellu f 'moħħu Cardona meta bagħat l-SMS, il-kelliem ma weġibx direttament u minflok irrepeta s-sentiment ta' Cardona fuq il-programm 'Dissett' fejn qal li sab ħafna ostilità l-aħħar darba li kien fuq Xarabank. Fuq 'Dissett' Cardona qal hekk: "l-ostilità li kelli fuq Xarabank min-nies preżenti kienet inkredibbli... ħassejt li jien kont f 'minoranza meta jien Ministru tal-Gvern li suppost qed jagħti direzzjoni politika lill-PBS." Meta mistoqsi minn l-ILLUM x'poter jista' jkollu deputat mexxej ta' partit fuq ix-xandir nazzjonali meta hemm Ministru responsabbli għalih, il-kelliem tat-tim ta' Cardona irrokonoxxa li dan huwa minnu, għalkemm żied jgħid li l-kariga ta' Deputat Mexxej tagħti saħħa lil din il-pożizzjoni. "Għall-inqas issa hemm xi ħadd li qed jirrikonoxxi li hemm problema," sostna mal- ILLUM. Tkompli f 'paġna 4 'Il-maniġers tal-lukandi ma ġewx ikkonsultati' -MAHE minn Veronica Lynn Mizzi ILPRESIDENT tal-Malta Association of Hospitality Executives Joe Attard, mal- gazzetta ILLUM sostna kif bħala assoċjazzjoni li tirrapreżenta lill-maniġers u lukandiera, ma ġietx ikkonsultata mill-Ministeru għat-Turiżmu qabel ma ddaħħlet l-eko-kontribuzzjoni. Minkejja li Attard, qal li huma jaqblu perfettament mal-kunċett ta' din it-taxxa l-ġdida, qal ukoll li huma kellhom diversi proposti u rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-mod ta' kif din it-taxxa tista' taħdem, li ntbagħtu wkoll lill-istess Ministeru. Minkejja dan, l-assoċjazzjoni baqgħet mingħajr tweġiba. Tkompli f 'paġna 4 KIENET taqtigħa ħarxa u tiġrija verament sal-barkun hekk kif Chris Cardona ħareġ rebbieħ u kien elett bħala Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista. Dik tal-bieraħ kienet it-tieni votazzjoni wara li Stefan Zrinzo Azzopardi kien eliminat, meta akkwista 11- il vot biss inqas minn Owen Bonnici. Cardona kienu ilu l-favorit, b'kampanja immirata lejn l-għeruq tal-Partit Laburista b'għajta u wegħda li se jindirizza l-weġġgħat ta' settur ta' Laburisti li f 'dawn l-aħħar tliet snin jew kienu diżillużi jew saħansitra abbandunaw il-Partit. 389 vot 53.3% 46.7% 339 vot NEWSPAPER POST 'Il-maniġers tal-lukandi ma huma jaqblu perfettament mal-kunċett ta' din it-taxxa l-ġdida, qal ukoll li huma kellhom diversi proposti u rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-mod taħdem, li ntbagħtu wkoll lill-istess Ministeru. Minkejja dan, l-assoċjazzjoni baqgħet Tkompli f 'paġna 4 NEWSPAPER POST Nr 506 • 26 ta' Ġunju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' esklussiva ma' John Zammit Ara paġni 34 u 35 Staġun Inawgurali Ġunju - Settembru 2016 www.visitgozo.com MINISTRY FOR GOZO Għal aktar informazzjoni żur il-paġna ta' Facebook Cittadellagozo Il-kirjiet privati quddiem il-Kabinett minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tista' tiżvela kif fil-ġimgħat li ġejjin, il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia se jkun qed iressaq numru ta' proposti quddiem il-Kabinett bil-għan li tibda tkun indirizzata r-realtà fis-suq tal-kiri. Il-proposta ta' Farrugia se tiffoka fuq is-sussidju ta' €83 fix-xahar li jagħti l-Gvern lil min qed jikri mill-privat u li għandu dħul baxx, kif ukoll għall-ewwel darba, se tkun qed tinċentiva lis-sidien biex jidħlu f 'arranġament mal-Awtorità tad-Djar dwar il-prezz tal-kirja meta jaċċettaw li jikru lil individwi u familji bi dħul baxx. Ma' din il-gazzetta iżda, l-Ministru Farrugia reġa' tenna li l-politika tal-Gvern hija kompletament kontra l-indħil fis-suq tal-kirjiet u impożizzjoni ta' kontrolli fuq kemm kera tista' tiżdied, kif fil-fatt qed tipproponi bint l-eks-Prim Ministru Laburista Dom Mintoff. XOKKANTI Tkompli f 'paġna 8 Michael Farrugia Akkużat li sawwat lill-ibnu ta' 7 snin b'wire tad-dawl, ġiegħlu jmur mal-prostituti, għajru p**ta u nfetta lin-nies b'mard sesswali minn Albert Gauci Cunningham KIEN jinfexx isawtu b'wire tad-dawl u jgħajru p**ta hekk kif ibnu ta' seba' snin ma' kienx ikollu aptit jagħmel is-sess ma' prostituta li kien iġiblu d-dar. Dan apparti li kien iġiegħlu jara l-films pornografiċi, jieħu d-drogi quddiemu u jheddu li jekk jikxfu kien se jitfgħu f 'istitut. Dawn huma wħud mill-akkużi li missier ta' 60 sena lbieraħ beda jaffaċċja quddiem awla fil-Qorti lbieraħ. Il-missier, li huwa riċediv u li diġà kellu każi li fihom instab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati, qed jiġi akkużat ukoll li konxjament għadda marda trażmessa mis-sess li kien qed ibati minnha hu lil persuna oħra. Kienet prostituta li ddeċidiet li wara żmien tara l-abbuż quddiem għajnejha tmur għand il-Pulizija u tirraporta dak kollu li kienet qed tara u tesperjenza. Ir-raġel qed ikun akkużat li kellu kollezzjoni ta' films pornografiċi li kienu jġibu diversi nisa f 'atti sesswali u li kien iġiegħel lill-ibnu jarahom. Il-Qorti semgħet kif meta t-tifel ta' seba' snin ma kienx ikollu erezzjoni waqt li kien imġiegħel ikollu x'jaqsam ma' prostituta jew jara l-pornografija, missieru kien, allegatament, jinfexx isawtu b'wire tal-elettriku u jgħajjru p**ta. F'awla numru 14, ilbieraħ l-Ispettur Joseph Busuttil spjega kif "ir-raġunament tal-missier kien li ma riedx lill-ibnu jkun gay għax kien diġà kellu żewġ membri fil-familja li kienu omosesswali," għalhekk kien jemmen li billi jisfurzah f 'att sesswali ma' prostituti kien se jżommu 'l bogħod mill-possibbiltà li jkun omosesswali. Tkompli f 'paġna 4 'Jien salib nilbes m'għonqi, mhux arma tal-PN' minn Ruben Anthony Xuereb "BĦALA Arċisqof la jiena partiġġjan u lanqas kif ried iġibni Bedingfield; sudditu tal-mexxej tal-Oppożizzjoni li minflok salib jilbes plakka tal-PN." L-Arċisqof Charles J. Scicluna sostna dan, waqt li żied jgħid li hu żgur mhux partiġġjan, għax ikun min ikun hemm fil-gvern, l-istess se jagħmel. Mistoqsi waqt il-programm tar-radju 'Għandi xi ngħid', ta' Andrew Azzopardi fuq Radju Malta, l-Arċisqof spjega li kellu kull dritt jagħmel kritika fuq id-dawl ta' Kastilja u l-famuż riklam tal- Prim Ministru fil-kċina, "għax fl-aħħar mill-aħħar dawk flus il-poplu kienu." Tkompli f 'paġna 6

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2016